2015R1089 — MT — 01.01.2015 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1089

tas-6 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistipulaw is-sehem speċjali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja

(ĠU L 176 7.7.2015, p. 29)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2032 tat-13 ta' Novembru 2015

  L 298

6

14.11.2015




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1089

tas-6 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistipulaw is-sehem speċjali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 ( 1 ) u b'mod partikolari l-Artikoli 20(3), 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) and 53(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kroazja innotifikat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar 2015 bl-oqsma identifikati f'konformità mal-Artikolu 57a(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 ( 2 ), li kienu ngħataw lura għall-użu agrikolu, fis-sena kalendarja 2014. Dik in-notifika inkludiet ukoll l-għadd ta' intitolamenti għal pagament disponibbli għall-bdiewa fil-31 ta' Diċembru 2014 kif ukoll l-ammont li baqa' ma ntefaqx f'riżerva speċjali għat-tneħħija tal-mini f'dik id-data.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kummissjoni kkalkulat sussegwentement l-ammonti li għandhom jiżdiedu għas-snin kalendarji 2015 'il quddiem mal-ammonti tal-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament, għall-finanzjament tal-appoġġ li għandu jingħata għal artijiet li jitneħħewlhom il-mini skont l-iskemi elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Din iż-żieda, li żdiedet bir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/851 ( 3 ) mal-limitu massimu nazzjonali tal-Kroazja stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa ta' 700 000 EUR fl-2015.

(3)

Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-sehem li għandu jiġi applikat għal din iż-żieda, bl-iskop li tinkludi l-ammont li jirriżulta f'riżerva speċjali għat-tneħħija tal-mini għal skopijiet ta' allokazzjoni ta' intitolamenti għal pagament għal artijiet li jitneħħewlhom il-mini. Dak is-sehem għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-proporzjon bejn il-livell massimu tal-iskema ta' pagament bażiku għall-2015 u l-limitu massimu nazzjonali għal dik is-sena stipulata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u mingħajr ma titqies iż-żieda miżjuda bir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/851.

(4)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta' pagament bażiku stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 22(1) ta' dak ir-Regolament għall-2015 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kwalunkwe żidiet applikati mill-Istati Membri skont din id-dispożizzjoni għandhom jiġu kkunsidrati.

(5)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-skema ta' pagament uniku skont l-erja prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 36(4) ta' dak ir-Regolament għall-2015 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqas mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament il-limiti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament.

(6)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-pagament ridistributtiv previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament għas-sena 2015 għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-perċentwal notifikat minn dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 42(1) ta' dak ir-Regolament.

(7)

Fir-rigward tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2015, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl- Artikolu 47(3) ta' dak ir-Regolament għall-2015 għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 47(1) ta' dak ir-Regolament u jammontaw għal 30 % tal-limitu massimu nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti kif stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament.

(8)

Għal Stati Membri li jagħtu l-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali previst fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 49(2) ta' dak ir-Regolament għall-2015 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-perċentwal notifikat mill-Istati Membri rilevanti skont l-Artikolu 49(1) ta' dak ir-Regolament.

(9)

Fir-rigward tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ, previst fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 51(4) ta' dak ir-Regolament għall-2015 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-perċentwal notifikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament u abbażi ta' massimu ta' 2 % stabbilit f'din l-istess dispożizzjoni.

(10)

Meta l-ammont total tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ applikat fl-2015 fi Stat Membru jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dak l-Istat Membru, id-differenza għandha tiġi ffinanzjata mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 51(2) ta' dak ir-Regolament filwaqt li jiġi rrispettat l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit dan l-ammont massimu għal kull Stat Membru.

(11)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-appoġġ akkoppjat volontarju previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2015, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 53(7) ta' dak ir-Regolament għall-2015 fuq il-bażi tal-perċentwal notifikat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament.

(12)

Fir-rigward tas-sena 2015, l-implimentazzjoni ta' skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdew fl-1 ta' Jannar 2015. Għal raġunijiet ta' konsistenza bejn l-applikabbiltà ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2015 u l-applikabbiltà ta' limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Is-sehem imsemmi fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 ikun sabbilit għal 43,3496 % għas-sena 2015. Skont dan, l-ammont li għandu jiġi inkluż fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini tal-Kroazja sabiex jiġu allokati drittijiet ta' pagamenti għaż-żoni msemmija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jkun ta' EUR 303 447 .

Artikolu 2

1.  Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-iskema ta' pagament bażiku msemmi fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt I tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 applikabbli għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmi fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt II tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.  Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament(UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt III tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

4.  Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-pagamenti ta' prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt IV tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

5.  Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt V tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

6.  Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VI tal-Anness għal dan ir-Regolament.

7.  L-ammonti massimi għall-2015 għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

8.  Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

I.   IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT BAŻIKU IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 22(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013



(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

Il-Belġju

231 512

Id-Danimarka

565 119

Il-Ġermanja

3 063 113

L-Irlanda

828 305

Il-Greċja

1 205 698

Spanja

2 809 785

Franza

3 577 319

Il-Kroazja

79 648

L-Italja

2 345 126

Il-Lussemburgu

22 859

Malta

648

In-Netherlands

521 770

L-Awstrija

471 284

Il-Portugall

279 102

Is-Slovenja

74 803

Il-Finlandja

267 423

L-Iżvezja

383 289

▼M1

Ir-Renju Unit

2 100 795

▼B

II.   IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 36(4) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013



(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

Il-Bulgarija

305 708

Ir-Repubblika Ċeka

462 980

L-Estonja

75 485

Ċipru

31 041

Il-Latvja

96 858

Il-Litwanja

159 842

L-Ungerija

737 469

Il-Polonja

1 544 022

Ir-Rumanija

721 556

Is-Slovakkja

247 436

III.   IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENT RIDISTRIBUTTIV IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 42(2) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013



(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

Il-Belġju

48 911

Il-Bulgarija

55 917

Il-Ġermanja

343 894

Franza

365 837

Il-Kroazja

18 374

Il-Litwanja

62 684

Il-Polonja

280 424

Ir-Rumanija

92 345

▼M1

Ir-Renju Unit

16 134

▼B

IV.   IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENTI GĦAL PRATTIKI AGRIKOLI TA' BENEFIĊĊJU GĦALL-KLIMA U L-AMBJENT KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 47(3) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013



(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

Il-Belġju

157 097

Il-Bulgarija

237 273

Ir-Repubblika Ċeka

253 456

Id-Danimarka

261 225

Il-Ġermanja

1 473 832

L-Estonja

34 313

L-Irlanda

364 501

Il-Greċja

576 590

Spanja

1 452 797

Franza

2 190 642

Il-Kroazja

55 121

L-Italja

1 170 612

Ċipru

15 235

Il-Latvja

54 313

Il-Litwanja

125 367

Il-Lussemburgu

10 081

L-Ungerija

403 724

Malta

1 572

In-Netherlands

224 795

L-Awstrija

207 920

Il-Polonja

1 013 581

Il-Portugall

169 745

Ir-Rumanija

535 028

Is-Slovenja

41 396

Is-Slovakkja

131 490

Il-Finlandja

157 000

L-Iżvezja

209 067

Ir-Renju Unit

951 997

V.   IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENT GĦAL ŻONI B'RESTRIZZJONIJIET NATURALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 49(2) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013



(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

Id-Danimarka

2 857

VI.   IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENT GĦAL BDIEWA ŻGĦAŻAGĦ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 51(4) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013



(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

Il-Belġju

9 898

Il-Bulgarija

3 717

Ir-Repubblika Ċeka

1 690

Id-Danimarka

17 415

Il-Ġermanja

49 128

L-Estonja

343

L-Irlanda

24 300

Il-Greċja

38 439

Spanja

96 853

Franza

73 021

Il-Kroazja

3 675

L-Italja

39 020

Ċipru

508

Il-Latvja

2 716

Il-Litwanja

7 313

Il-Lussemburgu

504

L-Ungerija

2 691

Malta

21

In-Netherlands

14 986

L-Awstrija

13 861

Il-Polonja

33 786

Il-Portugall

11 316

Ir-Rumanija

32 000

Is-Slovenja

1 380

Is-Slovakkja

2 403

Il-Finlandja

5 233

L-Iżvezja

13 938

▼M1

Ir-Renju Unit

51 798

▼B

VII.   AMMONTI MASSIMI GĦALL-PAGAMENT GĦAL BDIEWA ŻGĦAŻAGĦ IMSEMMI FL-ARTIKOLU 51(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013



(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

Il-Belġju

10 473

Il-Bulgarija

15 818

Ir-Repubblika Ċeka

16 897

Id-Danimarka

17 415

Il-Ġermanja

98 255

L-Estonja

2 288

L-Irlanda

24 300

Il-Greċja

38 439

Spanja

96 853

Franza

146 043

Il-Kroazja

3 675

L-Italja

78 041

Ċipru

1 016

Il-Latvja

3 621

Il-Litwanja

8 358

Il-Lussemburgu

672

L-Ungerija

26 915

Malta

105

In-Netherlands

14 986

L-Awstrija

13 861

Il-Polonja

67 572

Il-Portugall

11 316

Ir-Rumanija

35 669

Is-Slovenja

2 760

Is-Slovakkja

8 766

Il-Finlandja

10 467

L-Iżvezja

13 938

Ir-Renju Unit

63 466

VIII.   IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-APPOĠĠ AKKOPJAT VOLONTARJU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 53(7) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013



(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

Il-Belġju

87 237

Il-Bulgarija

118 636

Ir-Repubblika Ċeka

126 728

Id-Danimarka

24 135

L-Estonja

4 237

L-Irlanda

3 000

Il-Greċja

141 600

Spanja

584 919

Franza

1 095 321

Il-Kroazja

27 560

L-Italja

429 224

Ċipru

4 000

Il-Latvja

27 157

Il-Litwanja

62 684

Il-Lussemburgu

160

L-Ungerija

201 862

Malta

3 000

In-Netherlands

3 500

L-Awstrija

14 554

Il-Polonja

506 791

Il-Portugall

117 535

Ir-Rumanija

219 064

Is-Slovenja

20 698

Is-Slovakkja

56 970

Il-Finlandja

104 667

L-Iżvezja

90 596

Ir-Renju Unit

52 600



( 1 ) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

( 3 ) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/851 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (ĠU L 135, 2.6.2015, p. 8).