|
16.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 20/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8941 — EQT/Widex/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 20/10)
1.
Fid-9 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sivantos Pte. Ltd (“Sivantos”, Singapore), ikkontrollata minn EQT VI Limited u EQT Fund Management S.à r.l. (riferuti flimkien bħala “EQT”); |
|
— |
Widex A/S (“Widex”, id-Danimarka), ikkontrollata minn Widex Holding A/S (“Widex Holding”); |
|
— |
MergeCo A/S, entità ġdida (joint venture, “JV”, id-Danimarka). |
Widex Holding u EQT jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV, li tgħaqqad l-attivitajiet ta’ Widex u Sivantos.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture).
L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fl-4 ta’ Ottubru 2018, iżda l-avviż ġie sussegwentement irtirat fit-30 ta’ Ottubru 2018.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Sivantos: manifattur u fornitur dinji ta’ apparat tas-smigħ u ta’ aċċessorji tas-smigħ;
— Widex: manifattur u fornitur dinji ta’ apparat tas-smigħ u ta’ aċċessorji tas-smigħ;
— il-JV: manifattur u fornitur dinji ta’ apparat tas-smigħ u ta’ aċċessorji tas-smigħ.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.8941 — EQT/WIDEX/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).