1983R2290 — MT — 01.01.2007 — 008.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2290/83

tad-29 ta' Lulju 1983

li jfassal dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 to 59b, 63a u 63b tar-REGOLAMENT tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf fil-Komunità sistema ta' ħelsien minn dazju

▼B

(ĠU L 220, 11.8.1983, p.20)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1745/85 tas-26 ta' Ġunju 1985

  L 167

21

27.6.1985

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (EEC) Nru 3399/85 tat-28 ta' Novembru 1985

  L 322

10

3.12.1985

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3893/88 ta' l-14 ta' Diċembru 1988

  L 346

32

15.12.1988

►M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1843/89 tas-26 ta' Ġunju 1989

  L 180

22

27.6.1989

►M5

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) nru 734/92 tal-25 ta' Marzu 1992

  L 81

15

26.3.1992

►M6

COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*)

  L 362

1

20.12.2006


Emendat bi:

 A1

  L 302

23

15.11.1985

►A2

  C 241

21

29.8.1994

►A3

  L 236

33

23.9.2003



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

▼M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2290/83

tad-29 ta' Lulju 1983

li jfassal dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 to 59b, 63a u 63b tar-REGOLAMENT tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf fil-Komunità sistema ta' ħelsien minn dazju

▼B



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 918/83 issostitwixxa, permezz ta' l-Artikoli tiegħu 50 sa 59, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1798/75 ta' l-10 ta' Lulju 1975 dwar l-importazzjoni mingħajr dazji tat-Tariffa Doganali Komuni ta' materjali edukattivi, xjentifiċi u kulturali ( 2 ); billi għalhekk huwa meħtieġ illi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2784/79 tat-12 ta' Diċembru 1979 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1798/75 ( 3 ) jiġi sostitwit b'Regolament ġdid li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 sa 59 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Arranġamenti tad-Duty-Free,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼M4

L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jfassal dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 to 59b, 63a u 63b tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 918/83, minn issa 'l quddiem jissejjah bhala r-“Regolament bażiku”.

▼B



IT-TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI



A.

L-obbligi ta' l-istabbiliment jew ta' l-organizzazzjoni li lilha jiġu kkonsenjati l-oġġetti

L-Artikolu 2

▼M5

1.  Id-dħul mingħajr dazji ta' materjal edukattiv, xjentifiku u kulturali msemmi fl-Artikolu 51, 52(1) u 53 tar-Regolament bażiku, hawn aktar il quddiem magħrufa bħala “oġġetti”, għandu jkollu l-obbligazzjonijiet li ġejjin da parti ta' l-impriża jew organizzazzjoni li lilhom jiġu kkonsenjati l-oġġetti:

— sabiex jintbgħatu l-oġġetti msemmija direttament lejn il-post dikjarat ta' destinazzjoni,

— sabiex jingħata kont tagħhom fl-inventarju tiegħu,

— sabiex tiġi ffaċilitata kull verifika li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw meħtieġa sabiex jassiguraw li l-kondizzjonijiet biex jingħata dħul liberu minn dazji jkunu onorati, jew jibqgħu onorati.

B'żieda ma' dan, fil-każ ta' oġġetti msemmija fl-Artikoli 52(1) u 53 u r-Regolament bażiku, għandu jkun hemm l-obbligu da parti ta' l-impriża jew organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jkunu kkonsenjati li jużaw l-oġġetti hawn fuq imsemmija esklussivament għal finijiet mhux kummerċjali skond it-tifsira tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 54 tar-Regolament bażiku.

▼B

2.  Il-kap ta' l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu kkonsenjati l-oġġetti, jew ir-rappreżentant awtrorizzat tiegħu, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti bi prospett fejn huwa jiddikjara li jaf bl-obbligi varji elenkati fil-paragrafu 1 u li jinkludi impenn li huwa sejjer iħarishom.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-prospett imsemmi fis-subparagrafu preċedenti jiġi ppreżentat qabel kull importazzjoni, jew għal bosta importazzjonijiet, jew għall-importazzjonijiet kollha li jkunu ħa jsiru mill-istabbiliment jew mill-organizzazzjoni li lilha jkunu konsenjati l-oġġetti.



B.

Dispożizzjonijiet li għandhom jiġu applikati meta l-oġġetti jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti

L-Artikolu 3

1.  Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) tar-Regolament bażiku, l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilha jiġu mikrija, mislufa jew trasferiti l-oġġetti għandha, mid-data ta' meta tirċievi l-oġġetti, tikkonforma ma' l-istess obbligi li huma stipulati fl-Artikolu 2.

▼M5

2.  Meta l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jiġu msellfa, mikrija jew ittrasferiti jkun jinsab fi Stat Membru minbarra dak li fih l-istabbiliment li jsellef, jikri jew jitrasferixxi l-oġġetti jkun qiegħed, mat-tluq ta' dawk l-oġġetti l-uffiċċju tad-dwana ta' dak l-Istat Membru tal-kunsinna għandu joħroġ kopja ta' Kopja ta' Kontroll T 5 b'konformità mar-regoli stabbiliti f'Regolament (KEE) Nru 2823/87 sabiex jassigura li dawk l-oġġetti jintużaw billi jintitolahom li jkomplu li jikkwalifikaw għal dħul b'xejn ta' drittijiet ta' importazzjoni:

▼M1

— “UNESCO-varer: Fortsat fritagelse betinget af overholdelse af artikel 57, stk. 2, første afsnit, i forordning (EOF) nr. 918/83”;

— “UNESCO-Gegenstand: Weitergewährung der Zollbefreiung abhängig von der Voraussetzung des Artikels 57 Absatz 2 erster Unterabsatz der Verordnung (EWG) Nr. 918/83”;

— “Αντικείμενο UNESCO: Διατήρηση της ατέλειας εξαρτώμενη από την τήρηση του άρθρου 57 παράγραφος 2 πρώτο εδάφιο του κανονισμού (ΕΟΚ) αριθ. 918/83”;

— “UNESCO goods: continuation of relief subject to compliance with the first subparagraph of Article 57 (2) of Regulation (EEC) No 918/83”;

— “Objet UNESCO: maintien de la franchise subordonné au respect de l'article 57 paragraphe 2 premier alinéa du règlement (CEE) no 918/83”;

— “Oggetto UNESCO: è mantenuta la franchigia a condizione che venga rispettato l'articolo 57, paragrafo 2, primo comma del regolamento (CEE) n. 918/83”;

— “UNESCO-voorwerp: handhaving van de vrijstelling is afhankelijk van de nakoming van artikel 57, lid 2, eerste alinea van Verordening (EEG) nr. 918/83”;

▼M2

— “Objeto UNESCO: se mantiene la franquicia subordinada al respeto del artículo 57, apartado 2, primer párrafo, del Reglamento (CEE) no 918/83”;

— “Objectos UNESCO: é mantida a franquia desde que seja respeitado o n.°. 2, primeiro parágrafo do artigo 57.°. do Regulamento (CEE) n.°. 918/83”;

▼A2

— “UNESCO-tavarat: tullittomuus jatkuu, edellyttaeen ettae asetuksen (ETY) n:o 918/83 57 artiklan 2 kohdan 1 alakohdan ehtoja noudatetaan/UNESCO-varor: Fortsatt tullfrihet under förutsaettning att villkoren i artikel 57.2 första stycket i förordning (EEG) nr 918/83 uppfylls”;

— “UNESCO-varor: Fortsatt tullfrihet under förutsaettning att villkoren i artikel 57.2 första stycket i förordning (EEG) nr 918/83 uppfylls”;

▼A3

— “Zboží UNESCO: zachování osvobození za předpokladu splnění podmínek čl. 57 odst. 2 prvního pododstavce nařízení (EHS) č. 918/83”;

— “UNESCO kaup: impordimaksudest vabastamise jätkamine vastavalt määruse (EMÜ) nr 918/83 artikli 57 (2) esimesele alapunktile”;

— “UNESCO preces: atbrīvojuma turpmāka piemērošana atkarīga no atbilstības Regulas (EEK) Nr. 918/83 57. panta 2. punkta pirmajai daļai”;

— “UNESCO prekės: atleidimo nuo muitų taikymo pratęsimas laikantis Reglamento (EEB) Nr. 918/83 57 straipsnio 2 dalies pirmosios pastraipos nuostatų”;

— “UNESCO áruk: a vámmentesség fenntartása a 918/83/EGK rendelet 57. cikkének (2) bekezdésében foglalt feltételek teljesítése esetén”;

— “Oġġetti tal-UNESCO: tkomplija ta' ħelsien mid-dazju suġġetta għal osservanza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 57 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 918/83”;

— “Towary UNESCO: kontynuacja zwolnienia z zastrzeżeniem zachowania warunków określonych w art. 57 ust. 2 akapit pierwszy rozporządzenia (EWG) nr 918/83”;

— “Blago oproščeno plačila uvoznih dajatev (UNESCO). Izvajanje člena 57(2) uredbe (EGS) št. 918/83”;

— “Tovar UNESCO: naďalej oslobodený, pokiaľ spĺňa podmienky ustanovené v článku 57 odseku 2 prvom pododseku nariadenia (EHS) č. 918/83”.

▼M6

— “стоки на ЮНЕСКО: продължаването на митническите облекчения е съобразно условията на член 57, параграф 2, първа алинея на Регламент (ЕИО) № 918/83”

— “Articole UNESCO: menținerea scutirii este condiționată de respectarea prevederilor articolului 57 alineatul (2) primul paragraf din Regulamentul (CEE) nr. 918/83”.

▼B

3.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-self, għall-kiri jew għat-trasferiment ta' spare parts, komponenti jew aċċessorji speċifiċi għal strumenti jew apparat xjentifiku, u għal għodda ta' manutenzjoni, kontroll, kalibrazzjoni jew tiswija ta' strumenti jew apparat xjentifiku, li jkunu ddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 53 tar-Regolament bażiku.



IT-TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAD-DĦUL MINGĦAJR DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' MATERJALI EDUKATTIVI, XJENTIFIĊI JEW KULTURALI SKOND L-ARTIKOLU 51 TAR-REGOLAMENT BAŻIKU

L-Artikolu 4

Sabiex jikseb id-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' oġġetti skond l-Artikolu 51 tar-Regolament bażiku, il-kap ta' l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu konsenjati, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn jinstab l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni.

Ma' din l-applikazzjoni għandha tingħata l-informazzjoni kollha li l-awtorità kompetenti tqis li hija meħtieġa sabiex jiġi determinat jekk il-kundizzjonijiet stipulati għall-konċessjoni tad-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni humiex issodisfati.



▼M5

IT-TITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR L-IMPORTAZZJONI LIBERA MINN DRITTIJIET TA' IMPORTAZZJONI TA' STRUMENTI XJENTIFIĊI U APPARAT TAĦT L-ARTIKOLI 52 U 54 TAR-REGOLAMENT BAŻIKU

L-Artikolu 5

Għall-finijiet ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 54 tar-Regolament bażiku, il-karatteristiċi tekniċi oġġettivi ta' strument xjentifiku jew apparat għandu jinftiehem li jfisser dawk il-karatteristiċi li jirriżultaw mill-kostruzzjoni ta' dak l-istrument jew apparat jew minn aġġustament lejn strument jew apparat standard li jagħmilha ppossibbli li jintlaħaq livell għoli ta' qadi 'il fuq minn dawk li huma normalment meħtieġa għall-użu industrijali jew kummerċjali.

Billi mhux possibbli li jiġi stabbilit b'mod ċar abbażi tal-karatteristiċi tekniċi oġġettivi tagħha jekk strument jew apparat għandux jitqies bħala strument jew apparat xjentifiku, għandha ssir riferenza għall-użu ta' l-istrument jew apparat li għalih id-dħul mingħajr drittijiet ta' importazzjoni tiegħu ikun intalab. Jekk dan l-eżami juri li l-istrument jew apparat imsemmi jkun użat għal finijiet xjentifiċi, dan għandu jitqies li jkun ta' natura xjentifika.

▼B

L-Artikolu 6

1.  Sabiex jikseb d-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' strument jew apparat xjentifiku taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 52(1) tar-Regolament bażiku, il-kap ta' l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilu jiġu konsenjati l-oġġetti, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn jinstab l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni.

▼M5

2.  L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-istrument jew apparat imsemmi:

(a) id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument jew apparat użat mill-fabbrikant, in-nomenklatura magħquda preżunta tagħha u l-karattersitiċi tekniċi oġġettivi li abbażi tagħhom l-istrument jew apparat ikun kunsidrat li jkun xjentifiku;

(b) l-isem jew l-isem kummerċjali u indirizz tal-fabbrikant u, jekk disponibbli, tal-fornitur;

(ċ) il-pajjiż ta' oriġini ta' l-istrument jew apparat;

(d) il-post fejn l-istrument jew l-apparat ikun sejjer jintuża;

(e) l-użu preċiż li jkun sejjer isir mill-istrument jew apparat ikun intiż;

(f) il-prezz ta' l-istrument jew apparat jew il-valur tiegħu għal finijiet ta' dwana;

(g) il-kwantità ta' l-istrument jew apparat in kwistjoni.

Xhieda dokumentata li tipprovdi kull informazzjoni meħtieġa dwar il-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi ta' l-istrument jew apparat għandha tingħata ma' l-applikazzjoni.

L-Artikolu 7

L-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu kunsinnati l-oġġetti għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 6 fil-każijiet kollha.

▼B

L-Artikolu 8

L-awtorizzazzjonijiet għal dħul mingħajr dazji għandhom ikunu validi għal perjodu ta' sitt xhur.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perjodu itwal fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull każ.

▼M5 —————

▼B



IT-TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DĦUL MINGĦAJR DAZJI TA' SPARE PARTS, KOMPONENTI, AĊĊESSORJI SPEĊIFIĊI U GĦODDA TAĦT L-ARTIKOLU 53 TAR-REGOLAMENT BAŻIKU

L-Artikolu 12

Għall-iskop ta' l-Artikolu 53(a) tar-Regolament bażiku aċċessorji speċifiċi tfisser dawk l-oġġetti iddisinjati speċifikament għall-użu ma' strument jew apparat xjentifiku għall-iskop tat-titjib tal-prestazzjoni u l-portata tiegħu.

L-Artikolu 13

Sabiex jikseb dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 53 tar-Regolament bażiku, jew ta' spare parts, komponenti jew aċċessorji speċifiċi, jew ta' għodda, il-kap ta' l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilha jiġu konsenjati l-oġġetti, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni.

Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mit-tagħrif kollu meqjus meħtieġ mill-awtorità kompetenti bl-iskop li jiġi stabilit jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 53 tar-Regolament bażiku humiex issodisfati.

▼M5

L-Artikolu 14

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu l-oġġetti jkunu kunsinnati għandu jieħu deċiżjoni diretta għar-rigward ta' l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 13.

▼B

L-Artikolu 15

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 għandhom japplikaw għal awtorizzazzjonijiet għal dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni maħruġa taħt l-Artikolu 53 tar-Regolament bażiku.

▼M3



IT-TITOLU Va

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR ID-DĦUL MINGĦAJR DAZJI TA' IMPORTAZZJONI TA' STRUMENTI JEW APPARAT MEDIKU TAĦT L-ARTIKOLI 63a u 63b TAR-REGOLAMENT BAŻIKU

L-Artikolu 15a

1.  Sabiex jinkiseb dħul mingħajr il-ħlas ta' dazji ta' importazzjoni ta' strumenti jew apparat taħt l-Artikoli 63a u 63b tar-Regolament bażiku, il-kap ta' l-impriża jew organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jkunu kkonsenjati, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissotometti kull applikazzjoni lill-awtorità komptenti ta' l-Istat Membru li fih l-impriża jew organizzazzjoni tkun qiegħda.

2.  L-applikazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-istrument jew apparat inkwistjoni:

▼M5

(a) id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument jew apparat użat mill-fabbrikant, u l-klassifikazzjoni preżunta tiegħu fin-nomenklatura magħquda;

▼M3

(b) l-isem jew l-isem kummerċjali u indirizz tal-fabbrikant u, jekk disponibbli, tal-fornitur;

(ċ) il-pajjiż ta' oriġini ta' l-istrument jew apparat;

(d) il-post fejn l-istrument jew l-apparat ikun ser jintuża;

(e) l-użu li jkun ser isir mill-istrument jew apparat.

3.  Fil-każ ta' rigal, l-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll:

(a) l-isem tal-kumpannija isem u indirizz tad-donatur;

(b) kull dikjarazzjoni mill-applikant fis-sens li:

(i) id-donazzjoni ta' l-istrument jew apparat inkwistjoni ma jaħbix xi intenzjoni kummerċjali da parti tad-donatur;

(ii) id-donatur bl-ebda mod ma jkun assoċjat mal-fabbrikant ta' l-istrumenti jew apparat li għalihom jintalab id-dħul mingħajr il-ħlas ta' dazju.

▼M5 —————

▼M5

L-Artikolu 15ċ

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu kunsinnati l-oġġetti għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet fil-każijiet kollha.

L-Artikolu 15d

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 15a u 15ċ japplikaw mutatis mutandis għal spare parts, komponenti, aċċessorji speċifiċi u għodda li jintużaw għal manutenzjoni, ċċekkjar, kalibrazzjoni jew tiswija ta' strumenti jew apparat li jkunu daħlu mingħajr il-ħlas ta' dazju bis-saħħa ta' l-Artikolu 63a(2)(a) u (b) tar-Regolament bażiku.

▼M3

L-Artikolu 15e

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 għandhom japplikaw, mutatis mutandis.

▼B



IT-TITOLU VI

KOMUNIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI LILL-KUMMISSJONI U LILL-ISTATI MEMBRI

▼M5

L-Artikolu 16

1.  Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista ta' l-istrumenti, apparat, spare parts, komponenti, aċċessorji u għodda li l-prezz jew il-valur tagħhom għal finijiet ta' dwana jeċċedu Ecu 5 000 u li dwarhom ikun awtorizza jew irrifjuta dħul mingħajr il-ħlas ta' dazju skond l-Artikoli 7, 14 jew 15ċ.

Il-lista għandha tagħti d-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-kodiċi ta' nomenklatura magħquda bi tmien ċifri. Din għandha tinkludi wkoll l-isem tal-fabbrikant jew fabbrikanti, il-pajjiż jew pajjiżi ta' oriġini u l-prezz jew valur ta' dwana ta' l-oġġetti in kwistjoni.

2.  Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbgħatu matul l-ewwel u t-tielet kwartta' kull sena u għandu jkollhom dettalji ta' l-oġġetti li d-dħul tagħhom mingħajr il-ħlas ta' drittijiet ta' importazzjoni jkun ġie awtorizzat jew rifjutat matul is-sitt xhur ta' qabel.

3.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-listi lill-Istati Membri l-oħra.

▼M5 —————

▼M5

L-Artikolu 18

Sabiex jiġi assigurat tħaddim uniformi tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità, il-listi msemmija fl-Artikolu 16 għandhom jiġu eżaminati mill-Kumitat dwar Arranġamenti ta' Ħelsien minn Dazju.

▼M4



TITOLU VIa

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI RELATTIVI GĦAL DĦUL ĦIELES MINN DAZJU TA' TAGĦMIR TAĦT L-ARTIKOLI 59A U 59B TAR-REGOLAMENT BAŻIKU

L-Artikolu 18a

1.  Sabiex jikseb dħul ħieles minn dazju ta' tagħmir taħt l-Artikoli 59a u 59b tar-Regolament bażiku, il-kap ta'l- istituzzjoni jew organizzazzjoni ta' riċerka xjentifika bażata barra l-Komunità jew rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu joffri applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni jew organizzazzjoni TA' riċerka xjentifika bażata fil-Komunità tinsab.

2.  L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) kopja tal-ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika bejn istituzzjonijiet li jinsabu fil-Komunità u fil-pajjiżi tat-tielet dinja;

▼M5

(b) id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument kif ukoll il-kwantità u valur tiegħu u, meta jkun xieraq, il-klassifikazzjoni preżunta tiegħu fin-nomenklatura magħquda;

▼M4

(ċ) il-pajjiż t' oriġini u dak tal- kunsinna tat-tagħmir;

(d) il-post fejn it-tagħmir ser jiġi użat;

(e) l-użu li għalih it-tagħmir hu maħsub u d-dewmien ta'l- użu tiegħu.

L-Artikolu 18b

1.  Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li fih l-istituzzjoni jew organizzazzjoni bażata fil-Komunità tinsab tirċievi applikazzjoni għad-dħul ħieles minn dazju ta' tagħmir kif definit fl-Artikolu 59a tar-Regolament bażiku, l-applikazzjoni u nformazzjoni relattiva għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati fil-Kumitat ta' ftehim fuq ħelsien minn dazju qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-imsemmija awtorità kompetenti.

Għal l-iskopijiet ta' dan l-eżami, informazzjoni addizzjonali għandha tintbgħat lill-Kummissjoni fuq talba tagħha.

2.  L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni li tkun ħadet li għandha x'taqsam ma’ ħelsien ta' dazju.

▼M5

L-Artikolu 18ċ

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

▼B



IT-TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 19

Ir-Regolament (KEE) Nru 2784/79 huwa imħassar permezz tal-preżenti.

L-Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1984.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

( 2 ) ĠU L 184, tal-15.7.1975, p. 1.

( 3 ) ĠU L 318, tat-13.12.1979, p. 32.