9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

164


REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 708/2005

tal-10 ta' Mejju 2005

li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 (Azeites do Norte Alentejano) [DOP]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 9 u l-Artikolu 6(3) u (4), it-tieni inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, it-talba tal-Portugall biex ibiddel xi partijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Azeites do Norte Alentejano”, irreġistrata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (3).

(2)

Billi ma waslet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni għand il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, dawn il-bidliet għandhom jiġu rreġistrati u għandhom jidhru f’pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini “Azeites do Norte Alentejano” jinbidlu skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sinteżi tal-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta' Mejju 2005

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1829/2002 (ĠU L 277, 15.10.2002, p. 10).

(3)   ĠU C 262, 31.10.2003, p. 17 (“Azeites do Norte Alentejano”).


ANNESS I

IL-PORTUGALL

“Azeites do Norte Alentejano”

It-tibdil li sar:

—

kapitolu tal-ispeċifikazzjoni:

Isem

Image 1

Deskrizzjoni

Image 2

Żona ġeografika

Provi tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Konnessjoni

Tikketjar

Rekwiżiti nazzjonali:

—

Emendi:

Deskrizzjoni — Iż-żejt taż-żebbuġa ta' Alentejo ta' Fuq huwa żejt taż-żebbuġa kemmxejn magħqud, b'togħma ta' frott u ta' lewn isfar jagħti fl-aħdar, li jissodisfa l-grad minimu ta' 6,5 għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni u 6,0 taż-żejt taż-żebbuġa verġni.

Fid-dawl ta' studji ulterjuri mwettqa dwar il-karatteristiċi ta' dan iż-żejt taż-żebbuġa, ħarġet il-ħtieġa li jiġu korretti wħud mill-parametri tiegħu, speċifikament: Delta K, Trigliċeridi LLL, OLLn, PLLn, OLL, PLL, POL, POO, OOO, PPO; aċidi grassi C 16:0, C16:1 C17:0, C17:1, C18:0, C18:1, C18:2 et C18:3; aċidi grassi trans, Kolesterol, Kampestanol u Delta 7 — Stigmasterol.

Il-varjetajiet reġjonali Carrasquenha, Redondil u Azeiteira (jew Azeitoneira) żdiedu mal-varjetajiet awtorizzati.

Żona Ġeografika — Estensjoni taż-żona ġeografika ta' produzzjoni biex tinkludi l-muniċpalitajiet ta' Alandroal, Nisa, Reguengos de Monsaraz, Évora (freguesias ta' Na Sr.a de Machede, S. Mansos, S. Vicente do Pigeiro, S. Miguel de Machede u S. Bento do Mato) kif ukoll Mourão (freguesias ta' Luz u Mourão), sakemm:

—

dawn il-muniċipalitajiet u freguesias ikollhom kondizzjonijiet identiċi ta' klima u ħamrija;

—

iż-żejt taż-żebbuġa prodott hawnhekk għandu l-istesss karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi bħal dak miksub fiż-żona ġeografika kkonċernata;

—

ir-residenti ta' dawn il-muniċipalitajiet wirtu l-istess użanzi u l-istess għerf tas-sengħa leali u kostanti tar-residenti tal-bqija taż-żona.


ANNESS II

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) NRU 2081/92

“AZEITES DO NORTE ALENTEJANO”

(KE NRU: PO/0266/24.1.1994)

DPO (X) IĠP ( )

Din il-lista hija sinteżi stabbilita bl-iskop ta' informazzjoni. Għall-infomazzjoni kompluta, partikolarment għall-produtturi tal-prodotti koperti bid-DOP (Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta) jew bl-IĠP (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) ikkonċernata, ikun aħjar li wieħed jikkonsulta l-verżjoni kompluta tal-ispeċifikazzjonijiet kemm fil-livell nazzjonali, kif ukoll mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea (1).

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Instituto de Desenvolvimento Rural e Hidráulica

Indirizz:

Av. Afonso Costa, 3 — 1949-002 Lisboa. il-portugall

Tel:

+ 351 21 844 22 00

Numru tal-faks:

+ 351 21 844 22 02

Posta elettronika:

idrha@idrha.min-agricultura.pt

2.   Konsorzju:

Isem:

APAFNA — AGRUPAMENTOS DE PRODUTORES AGRÍCOLAS E FLORESTAIS DO NORTE ALENTEJANO

Indirizz:

Parque de Leilões de Gado de Portalegre, Estrada Nacional 246, Apartado n.o 269 — 7300-901 Portalegre Portugal

Tel:

+ 351 245 33 10 64

Numru tal-faks:

+ 351 245 20 75 21

Posta elettronika:

aadp1@iol.pt

Magħmula minn

:

produtturi/proċessuri (X) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott

Klassi 1.5 — Żjut u xaħmijiet — żejt taż-żebbuġa

4.   Speċifikazzjoni

(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2))

4.1.    Isem: “Azeites do Norte Alentejano”

4.2.    Deskrizzjoni: It-titolu “Azeites do Norte Alentejano” jingħata lil-likwidu żejtni magħsur b'mod mekkaniku mill-frotta ladarba l-ilma tal-ħaxix ikun mifrud mill-karfa tal-frott, partikoli tal-qoxra, polpa u żerriegħa taż-żebbuġ tal-varjetajiet tal-Galega, il-Carrasquenha, ir-Redondil, l-Azeiteira jew l-Azeitoneira, il-Blanqueta jew il-Branquita kif ukoll il-Cobrançosa, tal-ispeċi Olea europea sativa li ġejjin minn imsaġar taż-żebbuġ li jinsabu fiż-żona ġeografika deskritta hawn fuq u li fiha stess jitwettqu l-ipproċessar u t-tħejjija għas-suq.

Iż-żebbuġ ta' Alentejo ta' Fuq huma żebbuġ kemmxejn ħoxnin, b'togħma tal-frotta u ta' lewn isfar jagħti fl-aħdar, li jissodisfa l-grad minimu ta' 6,5 għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni u 6,0 taż-żejt taż-żebbuġa verġni.

4.3.    Żona ġeografika: Limitata għall-muniċipalitajiet ta' Alandroal, Borba, Estremoz, għall-freguesias ta' Na Sr.a de Machede, S. Mansos, S. Vicente do Pigeiro, S. Miguel de Machede u S. Bento do Mato tal-muniċipalità ta' Évora, għall-freguesias ta' Luz u Mourão tal-muniċipalità ta' Mourão, għall-muniċipalitajiet ta' Redondo, Reguengos de Monsaraz u Vila Viçosa tad-distrett ta' Évora, għall-muniċipalitajiet ta' Alter do Chão, Arronches, Avis, Campo Maior, Castelo de Vide, Crato, Elvas, Fronteira, Marvão, Monforte, Nisa, Portalegre u Sousel tad-distrett ta' Portalegre.

4.4.    Prova tal-oriġini: L-oriġini awtorizzat mid-drawwa b'mod partikolari fid-dawl tat-tradizzjoni kulinari reġjonali u s-sengħa li ġejja miż-żmien imbiegħed.

Biex jipproduċu dan iż-żejt taż-żebbuġa, il-proċessuri jistgħu jużaw biss żebbuġ minn produtturi rreġistrati u minn varjetajiet awtorizzati.

Għal kull operatur approvat mill-konsorzju ta' ġestjoni tad-DOP, jinżamm u jiġi aġġornat reġistru deskrittiv, li fih informazzjoni dwar l-oriġini taż-żebbuġ użat, tal-kondizzjonijiet reali tal-produzzjoni/tat-twassil u tal-kondizzjonijiet teknoloġiċi fis-seħħ.

Dan ir-reġistru ta' kuljum irid juri l-ismijiet tal-fornituri taż-żebbuġ, il-kwantitajiet li waslu mingħand kull produttur u l-kwantità ta' żejt taż-żebbuġa prodott.

Il-varjetajiet iridu jkunu rreġistrati minn min ikabbar iż-żebbuġ jew mir-rappreżentanti tagħhom (il-kooperattivi).

Il-produtturi jrid ikollhom u jrid iżommu aġġornat reġistru li fih il-kwantitajiet ta' żebbuġ iddestinati għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li se jkollu d-DOP ta' Alentejano ta' Fuq.

4.5.    Metodu ta' produzzjoni: Il-prodott isir billi jitħalltu kwantitajiet magħsura mill-varjetajiet imsemmija hawn fuq, fil-proporzjonijiet li ġejjin:

Varjetà obbligatorja

Galega

Minimu ta' 65 %

Varjetajiet tollerati

Azeiteira; Blanqueta; Carrasquenha; Redondil

Massimu ta' 5 %

Cobrançosa

Massimu ta' 10 %

Fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċjali li jikkaratterizzaw il-muniċipalitajiet ta' Campo Maior u Elvas (li huma xierqa b'mod partikolari għall-produzzjoni taż-żebbuġ ippreservat), bħala eċċezzjoni l-varjetajiet li ġejjin jistgħu jintużaw iżda biss fil-perċentwali li ġejjin fiż-żona żgħira tal-masġar taż-żebbuġ maħsuba għaż-żejt taż-żebbuġ li jifdal:

Varjetà obbligatorja

Galega

Minimu ta' 50 %

Varjetajiet tollerati

Azeiteira; Carrasquenha; Redondil; Cobrançosa

Massimu ta' 10 %

Blanqueta

Massimu ta' 5 %

Il-varjetà Picual hija pprojbita fi kwalunkwe ċirkustanza; minkejja dan, jistgħu jintużaw varjetajiet tradizzjonali oħra, fi proporzjoni massima ta' 5 %, bil-kondizzjoni li jkunu awtorizzati mill-konsorzju ta' ġestjoni tad-DOP.

Il-frott irird jinġabar meta jkun misjur fl-aqwa stat, u ż-żebbuġ li jinġabar minn mal-art ma jistax jintuża għall-produzzjoni taż-żejt li għandu din id-denominazzjoni tal-oriġini, filwaqt li t-trasport isir f'kaxxi li jistgħu jitgħabbew fuq xulxin, filwaqt li jittieħed ħsieb li jkun hemm ventilazzjoni.

Il-varjetajiet iridu jkunu rreġistrati minn min ikabbar iż-żebbuġ jew mir-rappreżentanti tagħhom u l-pressi jistgħu jirċievu esklussivament, fl-ambitu ta' din il-produzzjoni, iż-żebbuġ ta' produtturi rreġistrati u l-varjetajiet awtorizzati, dejjem f'kondizzjonijiet iġjeniċi u sanitarji impekkabbli.

It-temperatura tal-pasta fil-pressa jew fir-reċipjent tan-naqal kif ukoll tal-mikser tal-ilma/żejt fil-magna ċentrifuga ma tista' qatt taqbeż il - 35°Ċ.

Minħabba li ż-żejt taż-żebbuġa kapaċi jifforma taħlita omoġena u sabiex jiġi evitat kwalunkwe ostaklu għall-kapaċità ta' rintraċċar meta jsir kontroll, it-tħejjija għas-suq tista' ssir unikament minn operaturi approvati kif xieraq, fiż-żona tal-oriġini, sabiex tiġi ggarantita l-kwalità u l-awtentiċità tal-prodott u sabiex il-konsumatur ma jitqarraqx. It-tħejjija għas-suq se ssir f'reċipjenti magħmula minn materjali impermeabbli, inerti u innokwi li jissodisfaw kull standard iġjeniku u sanitarju.

4.6.    Rabta: Il-kondizzjonijiet ta' klima u ħamrija ta' dan ir-reġjun huma l-oriġini tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dan iż-żejt taż-żebbuġa.

4.7.   Korp ta' kontroll:

Isem

:

AADP — Associação de Agricultores do Distrito de Portalegre

Indirizz

:

Parque de Leilões de Gado de Portalegre, Estrada Nacional 246, Apartado n.o 269 7300-901 Portalegre

Tel

:

+ 351 245 20 12 96/245 33 10 64

Numru tal-faks

:

+ 351 245 20 75 21

Posta elettronika

:

aadp1@iol.pt

4.8.    Tikkettar: It-titolu “AZEITES DO NORTE ALENTEJANO — Denominação de Origem Protegida” irid bilfors jidher, flimkien mal-logotip approvat mill-konsorzju ta' ġestjoni tad-DOP, għaż-żjut taż-żebbuġa tal-Alentejo ta' Fuq u l-logotip Komunitarju approvat għad-DOP.

Rekwiżiti nazzjonali

:

—


(1)   Il-Kummissjoni Ewropea — Direttorat Ġenerali tal-Agrikultura — It-taqsima tal-Politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli — B-1049 Brussell.