<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-154/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0154</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:560">EU:C:2018:560</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180711">11.7.2018</DATE> – Kawża C-154/17</HT></P><P>E LATS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20180711">11 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Punt 1 tal-Artikolu 311(1)</KEYWORD><KEYWORD>Sistema partikolari ta’ oġġetti użati</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Oġġetti li fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż mibjugħa mill-ġdid minn negozjant</KEYWORD><KEYWORD>Konverżjoni tal-imsemmija oġġetti wara l-bejgħ</KEYWORD><KEYWORD>Irkupru ta’ metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑154/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākā tiesa (il-Qorti Suprema, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170321">21 ta’ Marzu 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20170327">27 ta’ Marzu 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SIA <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>E LATS<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Valsts ieņēmumu dienests</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn E. Levits, President tal-Awla, A. Borg Barthet u F. Biltgen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20180125">25 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal SIA <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/> E LATS <QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, minn Ņ. Podvinska, advokāte u J. Lagzdiņš, advokāts,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn I. Kucina u J. Davidoviča, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u E. Kalniņš, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn SIA <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>E LATS<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (minn hawn il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>E LATS<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) u Valsts ieņēmumu dienests (amministrazzjoni tat-taxxa tal-Latvja), dwar il-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u, b’mod iktar partikolari, tal-applikabbiltà tas-sistema ta’ tassazzjoni tal-marġni ta’ profitt mill-bejgħ ta’ oġġetti li jikkonsistu, b’mod partikolari, mid-deheb, mill-fidda u minn ħaġar prezzjuż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 51 tad-Direttiva tal-VAT tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Hu xieraq li tiġi adottata sistema ta’ tassazzjoni tal-Komunità li għandha tkun applikata għall-oġġetti użati, xogħlijiet ta’ l-arti, antikitajiet u oġġetti tal-kollezzjoni, bil-għan li tkun evitata t-taxxa doppja u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn persuni taxxabbli.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-prinċipju tas-sistema komuni ta’ VAT tinvolvi l-applikazzjoni ta’ taxxa ġenerali fuq il-konsum fuq merkanzija [oġġetti] u servizzi li hi eżattament proporzjonali għall-prezz tal-merkanzija u s-servizzi, ikunu kemm ikunu t-transazzjonijet li jkunu saru fil-proċess ta’ produzzjoni u distribuzzjoni qabel l-istadju li fih hi imposta t-taxxa.</ALINEA><ALINEA>Fuq kull transazzjoni, il-VAT, kalkulata fuq il-prezz tal–merkanzija jew tas-servizzi bir-rata applikabbli għat-tali merkanzija jew servizzi, għandha tkun imposta wara t-tnaqqis ta’ l-ammont tal-VAT li qed jinġarr direttament mid-diversi komponenti tal-prezz.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-Titolu XII tad-Direttiva tal-VAT, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Skemi speċjali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jinkludi l-Kapitolu 4, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Arranġamenti speċjali għal oġġetti użati, xogħlijiet ta’ l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li huwa kkostitwit mill-Artikoli 311sa 343 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-punti 1 u 5 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>“1</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2019" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser proprjetà mobbli tanġibbli li tista’ tiġi użata ulterjorment kif inhi jew wara li tissawwa, minbarra xogħlijiet ta’ l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet u minbarra metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż kif definit mill-Istati Membri;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>negozjant taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser kwalunkwe persuna taxxabbli li, matul l-attività ekonomika tagħha u bil-għan li terġa’ tbiegħ, tixri, jew tapplika għall-għanijiet tan–negozju tagħha, jew timporta, oġġetti użati, xogħlijiet ta’ l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet, kemm jekk dik il-persuna taxxabbli qed taġixxi għaliha nnifisha jew f’isem persuna oħra skond kuntratt li permezz tiegħu titħallas kummissjoni fuq ix-xiri jew il-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Latvja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 138 tal-Pievienotās vērtības nodokļa likums (il-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Liġi tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) jistabbilixxi fil-Latvja sistema partikolari tal-VAT li tapplika għal tranżazzjonijiet li jinvolvu oġġetti użati, xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet li għandha tiżgura t-traspożizzjoni fid-dritt intern tas-sistema speċjali tal-VAT prevista, b’mod partikolari, fl-Artikolu 311 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur Latvjan iddefinixxa l-oġġetti użati bħala oġġetti tanġibbli li ġew użati u huma adattati għal użu ulterjuri kif inhuma jew wara trasformazzjoni jew tiswija, minbarra xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet u oħrajn ħlief metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż. Madankollu, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ oġġett użat, ix-xogħlijiet li fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż, jekk il-bejjiegħ, imsemmi fl-Artikolu 138(4) tal-Liġi tal-VAT, ikkunsinna jew ittrasferixxa dawn l-oġġetti lil rivenditur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikoli 183 u 184 tal-Ministru kabineta <DATE ISO="20130103">2013. Gada 3. Janvāra</DATE> noteikumi Nr. 17 <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Pievienotās vērtības nodokļa likuma normu piemērošanas kārtība un atsevišķas prasības pievienotās vērtības nodokļa maksāšanai un administrēšanai<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> (ir-Regolament Nru 17 tal-Kunsill tal-Ministri tat-<DATE ISO="20130103">3 ta’ Jannar 2013</DATE> dwar il-proċedura għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-VAT u diversi rekwiżiti għall-ħlas u l-amministrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud), li jitqiesu bħala xogħlijiet li fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż, l-oġġetti li jikkorrispondu mal-Kapitoli 71, 82, 83, 90 jew 96 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti. Dawn il-kapitoli jinkludu, b’mod partikolari, ċrieket, brazzuletti, ġiżirajjen, labar, imsielet tal-widnejn, ktajjen tal-arloġġi u pendenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>E LATS hija kumpannija suġġetta għall-VAT. Hija tagħti self lil individwi, mhux suġġetti għall-VAT, bi skambju għal oġġetti mirhuna magħmulin minn metalli prezzjużi u oġġetti li fihom id-deheb u/jew il-fidda, bħal ġiżirajjen, pendenti, ċrieki, ċrieket taż-żwieġ, l-pożati tal-mejda jew materjali dentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>ELATS biegħet mill-ġdid lil kummerċjanti oħrajn, suġġetti għall-VAT, oġġetti mirhuna mhux mifdija u prijoritizzati skont it-tip u l-purità tagħhom. Hija applikat għal dawn it-tranżazzjonijiet sistema speċjali tal-VAT u ħallset il-VAT biss fuq id-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-prezz tal-bejgħ ta’ oġġetti magħmulin minn metalli prezzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni tat-taxxa wettqet verifika tal-VAT mingħand E LATS u kkonkludiet li din tal-aħħar kienet tbigħ oġġetti ta’ metall prezzjuż bħala skart u mhux bħala prodotti użati. Billi, f’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sistema partikolari tal-VAT prevista fl-Artikolu 138 tal-Liġi dwar il-VAT ma kinitx applikabbli, l-amministrazzjoni tat-taxxa ddeċidiet li timponi ammont addizzjonali ta’ VAT lil E LATS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-rikors ippreżentat minn E LATS kontra din id-deċiżjoni ġie miċħud mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali, il-Latvja) għar-raġuni li E LATS kienet reġgħet biegħet l-oġġetti tad-deheb u l-fidda bħala skart u mhux bħala prodotti użati u għaldaqstant ma kinitx iġġustifikata li tapplika s-sistema ta’ marġni ta’ profitt prevista fl-Artikolu 138 tal-Liġi dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell ta’ kassazzjoni tagħha quddiem l-Augstākā tiesa (il-Qorti Suprema, il-Latvja), E LATS sostniet, b’mod partikolari, li l-applikazzjoni tas-sistema ta’ marġni ta’ profitt ma tistax tiddependi mill-punt jekk hija kellhiex jew le għarfien tal-użu, jiġifieri l-bejgħ mill-ġdid jew il-konverżjoni, li x-xerrej kien ser ikollu tal-oġġetti mibjugħa u li huwa illoġiku li jiġi kkunsidrat li l-aggregazzjoni ta’ prodotti ta’ ġojjellerija jwassal għal rikwalifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>fdal<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-oġġetti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma ċeduti bl-uniku skop li jiġu rkuprati metalli prezzjużi u ħaġar prezzjuż li jinsabu fihom, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li jinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-VAT, iżda taħt dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>metalli prezzjużi u ħaġar prezzjuż<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li tinsab f’din id-dispożizzjoni. Hija wkoll tal-opinjoni li din id-dispożizzjoni ma tagħtix setgħa diskrezzjonali lill-Istati Membri f’dan ir-rigward. Madankollu, skont il-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ddeċidietx fuq tali interpretazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni u l-interpretazzjoni tagħha għandha importanza determinanti għas-soluzzjoni tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Augstākā tiesa (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>Il-punt (1) tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li xogħlijiet użati, mixtrija minn rivenditur, li jkollhom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż (bħal f’dan il-każ) u li jerġgħi jinbiegħu primarjament sabiex jinkisbu dawn il-metalli u dan il-ħaġar, jistgħu jitqiesu bħala oġġetti użati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva, sabiex tiġi llimitata l-applikazzjoni ta’ din is-sistema partikolari, huwa rilevanti li r-rivenditur jkun jaf bl-intenzjoni ulterjuri tax-xerrej li jikseb il-metalli prezzjużi jew il-ħaġar prezzjuż li jkunu jinsabu f’dawn ix-xogħlijiet użati, jew huma rilevanti l-karatteristiċi oġġettivi tat-tranżazzjoni (il-kwantità tal-prodotti, l-istatus legali tal-parti l-oħra fit-tranżazzjoni, eċċ)?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 1 tal-Artikolu 311(1), tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jinkludi oġġetti użati li jkun fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż u li jinbiegħu mill-ġdid bil-għan li jiġu rkuprati dawn il-metalli jew dan il-ħaġar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiġi interpretata dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti, b’mod partikolari tal-oriġini ta’ din il-leġiżlazzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Egenberger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑414/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:257">EU:C:2018:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kliem tal-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-VAT, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, jikkostitwixxu oġġetti użati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>proprjetà mobbli tanġibbli li tista’ tiġi użata ulterjorment kif inhi jew wara li tissawwa, minbarra xogħlijiet ta’ l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet u minbarra metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż kif definit mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala oġġett użat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, oġġett għandu jissodisfa diversi kundizzjonijiet, jiġifieri, fl-ewwel lok, ikun proprjetà mobbli tanġibbli, sussegwentement, jiġu użati mill-ġdid kif inhuma jew wara li jissewwew, u, fl-aħħar nett, ma jaqax fil-kategorija ta’ xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet la metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel u t-tieni kundizzjonijiet, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ġġudikat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-VAT, ma jeskludix proprjetà mobbli tanġibbli li tista’ tiġi użata ulterjorment kif inhi jew wara li tissawwa, li ġejja minn oġġett ieħor li fih hija inkorporata bħala parti kostitwenti u li l-kwalifika ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>oġġett użat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> teħtieġ biss li l-oġġett użat ikun ippreżerva l-funzjonalitajiet li kellu fi stat ġdid, u li jista’ minħabba f’hekk, jiġi utilizzat mill-ġdid kif inhu jew wara li jissewwa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Sjelle Autogenbrug</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑471/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:20">EU:C:2017:20</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni, għandu jiġi rrilevat li għalkemm huwa minnu li, skont il-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-VAT, ix-xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, xorta jibqa’ l-fatt li dawn l-oġġetti, bid-differenza ta’ metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż, madankollu jistgħu jibbenefikaw mis-sistema ta’ tassazzjoni tal-marġni ta’ profitt imwettqa mir-rivenditur taxxabbli li jikkostitwixxi sistema derogatorja għas-sistema ġenerali tad-Direttiva tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Litdana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑624/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:389">EU:C:2017:389</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-VAT jirreferi b’mod espliċitu għal metalli prezzjużi u l-ħaġar prezzjuż bħala tali, iżda ma fih l-ebda referenza espressa għal oġġetti li fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż u suġġetti għal użu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kuntest li fih il-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-VAT jitniżżel, għandu jitfakkar li dan l-Artikolu 311 jikkostitwixxi artikolu uniku tat-Taqsima 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tal-Kapitolu 4 tad-Direttiva tal-VAT, iddedikat għas-sistemi partikolari applikabbli fil-qasam tal-oġġetti użati, xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet, dawn is-sistemi partikolari li jidderogaw mis-sistema ġenerali tad-Direttiva tal-VAT u li għandhom jiġu applikati biss sa fejn neċessarju biex jilħqu l-għan tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051208">8 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Jyske Finans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:753">EU:C:2005:753</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, peress li l-ebda dispożizzjoni tal-imsemmi Kapitolu 4 ma tirrigwarda l-metalli prezzjużi jew il-ħaġar prezzjuż lanqas oġġetti li jkun fihom dawn il-metalli jew ħaġar, ebda konklużjoni ma tista’ tinsilet mill-kuntest li fih fil-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-VAT jitniżżel biex tistabbilixxi sa fejn oġġetti magħmulin minn metalli prezzjużi u/jew ħaġar prezzjuż jistgħu jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tielet nett, għandu jsir riferiment għall-għan imfittex fil-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabelxejn, għandu jitfakkar li l-imsemmija dispożizzjoni tinkludi d-definizzjonijiet applikabbli għas-sistema ta’ marġni ta’ profitt u li jirriżulta mill-premessa 51 tad-Direttiva tal-VAT li l-għan tas-sistema tal-marġni ta’ profitt huwa li tkun evitata t-taxxa doppja u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn persuni taxxabbli fil-qasam tal-oġġetti użati, xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Litdana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑624/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:389">EU:C:2017:389</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sussegwentement, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 49 sa 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-esklużjoni ta’ metalli prezzjużi u ħaġar prezzjuż mis-sistema ta’ marġni ta’ profitt hija minħabba li l-valur li għandu jingħata għal metalli prezzjużi u ħaġar prezzjuż ma jirriżultax biss mill-utilità tagħhom bħala materja prima għall-produzzjoni ta’ oġġetti oħra, imma huwa sostanzjalment funzjoni skont il-valur intrinsiku li jista’ jiġi attribwit lilhom. Għaldaqstant, mingħajr ma hemm bżonn li jiġu integrati jew għat-trasformazzjoni tagħhom fi prodotti b’funzjonalità speċifika, dawn il-metalli u dan il-ħaġar għandhom funzjonalità stess li hija li jirrappreżentaw valur finanzjarju vijabbli fis-suq ta’<?PAGE NO="6"?> metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż. Barra minn hekk, dan il-valur intrinsiku ma jintilifx peress li l-imsemmija metalli u ħaġar jistgħu jkunu suġġetti għal użu mill-ġdid għal diversi drabi minħabba li dawn il-materjali jistgħu jiġu rkuprati faċilment u filwaqt li jżommu il-valur tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jirriżulta mill-oriġini tad-Direttiva tal-Kunsill 94/5/KE, tas-<DATE ISO="19940214">14 ta’ Frar 1994</DATE>, li tissupplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li temenda d-Direttiva 77/388/KEE dwar arranġamenti speċjali applikabbli għal oġġetti wżati, xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9 Vol. 1, p. 255), li introduċiet fis-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol.1, p. 23), l-Artikolu 26a li l-kliem tiegħu huwa identiku għal dak tal-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-VAT, li l-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li, sa ċertu punt, jibbenefika oġġetti li fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż tal-imsemmija sistema tal-marġni ta’ profitt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-proposta tagħha għad-Direttiva [COM (88) 846 finali], il-Kummissjoni Ewropea kienet issuġġeriet li jaqgħu taħt l-imsemmija sistema <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>oġġetti […] f’deheb jew f’metall ieħor prezzjuż jew ħaġar prezzjuż, fejn il-valur ta’ dawn il-materjali użati ma jaqbiżx 50 % tal-prezz tal-bejgħ ta’ dawn l-oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], u tintroduċi distinzjoni bejn, minn naħa, il-metalli prezzjużi u l-ħaġar u, min-naħa l-oħra, oġġetti magħmula minn dawn il-materjali, bħal ġojjelli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 45 sa 48 tal-konklużjonijiet tiegħu, fil-verżjoni finali tal-Artikolu 26a tas-Sitt Direttiva 77/388, kwalunkwe referenza għal oġġetti li fihom metall prezzjuż jew ħaġar prezzjuż huwa nieqes u biss huma esklużi mill-iskema ta’ marġni ta’ profitt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>metalli prezzjużi u ħaġar prezzjuż<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> bħala tali, id-definizzjoni ta’ dak li għandu jinftiehem b’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> jaqa’ fuq l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, għalkemm il-leġiżlatur tal-Unjoni b’hekk ħalla lill-Istati Membri s-setgħa li jiddefinixxu l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, tali setgħa ta’ definizzjoni ssib, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-limitu tagħha fil-projbizzjoni li tippreġudika mhux biss l-istess kliem tad-deroga stabbilita mill-Unjoni, billi żżomm definizzjoni daqstant wiesgħa li ċċaħħad il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> mill-kontenut tagħha (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>JP Morgan Fleming Claverhouse Investment Trust u The Association of Investment Trust Companies</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:391">EU:C:2007:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>ATP PensionService</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑464/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:139">EU:C:2014:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) iżda wkoll għall-għanijiet segwiti mid-Direttiva tal-VAT u għall-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti fis-sistema komuni tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>ATP PensionService</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑464/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:139">EU:C:2014:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sabiex tkun tista’ taqa’ taħt il-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-VAT, li jistgħu jibbenefikaw mis-sistema partikolari ta’ marġni ta’ profitt u mhux dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> li huma esklużi mill-benefiċċju ta’ din is-sistema, oġġett magħmul minn tali metalli jew ħaġar kellu jkollu funzjonalità għajr dik li hija inerenti għall-materjali komponenti tiegħu, li tista’ tinżamm u tiġi użata mill-ġdid kif inhuwa jew wara li jissewwa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, peress li oġġett ma għandu l-ebda funzjonalità oħra għajr dik inerenti għall-materjali tiegħu jew li ma jkunx kapaċi jissodisfa tali funzjonalità oħra, l-oġġett inkwistjoni ma jistax jibbenefika mis-sistema partikolari ta’ marġni ta’ profitt peress li ma jibqax fiċ-ċiklu ekonomiku li kien tiegħu, u li kien ikun utli biss biex jiġi ttrasformat f’oġġett ġdid li jagħraf ċiklu ġdid ekonomiku b’tali mod li r-riskju ta’ tassazzjoni doppja, li huwa l-oriġini tal-introduzzjoni tas-sistema ta’ marġni ta’ profitt, jisparixxi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fost l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat, f’każ speċifiku, jekk oġġett ta’ bejgħ mill-ġdid jaqa’ fil-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> jew dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>metalli prezzjużi u ħaġar prezzjuż<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, jidhru ċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha li fihom it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ mill-ġdid ikun sar. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċetti miżmuma mid-Direttiva tal-VAT għandhom natura oġġettiva u japplikaw irrispettivament mill-għanijiet u mir-riżultati tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Kittel u Recolta Recycling</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/04 u C‑440/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:446">EU:C:2006:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’hekk, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi bħall-intenzjoni ta’ persuna suġġetta għat-taxxa li tipparteċipa f’tranżazzjoni tmur, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, kontra l-għanijiet tas-sistema komuni tal-VAT li tiżgura ċ-ċertezza legali u li tiffaċilita l-atti inerenti għall-applikazzjoni tal-VAT mit-teħid inkunsiderazzjoni tan-natura oġġettiva tat-tranżazzjoni kkonċernata (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Kittel u Recolta Recycling</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/04 u C‑440/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:446">EU:C:2006:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 78 u 82 tal-konklużjonijiet tiegħu, elementi bħal preżentazzjoni tal-oġġetti in kwistjoni, il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-valur tal-imsemmija oġġetti u l-metodu ta’ ħlas, jiġifieri bl-ingrossa (gross/piż) jew kull biċċa, jikkostitwixxu karatteristiċi oġġettivi li jistgħu validament jittieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li, sa fejn il-valur taxxabbli ddeterminat skont is-sistema tal-marġni ta’ profitt għandu jirriżulta minn kontabbiltà li tippermetti li jiġi vverifikat li l-kundizzjonijiet kollha ta’ applikazzjoni ta’ din is-sistema huma ssodisfatti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Sjelle Autogenbrug</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑471/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:20">EU:C:2017:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-kontabbiltà tal-persuna taxxabbli negozjant u l-kontijiet marbuta magħha jistgħu, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, jagħtu informazzjoni oġġettiva dwar it-tranżazzjonijiet inkwistjoni u l-oġġetti mibjugħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> ma jinkludix oġġetti użati li jkun fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż jekk dawn l-oġġetti ma għadhomx kapaċi jissodisfaw il-funzjonalità inizjali u żammew biss il-funzjonalitajiet inerenti għal dawn il-metalli u għal dan il-ħaġar, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika fid-dawl taċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha rilevanti ta’ kull każ partikolari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>oġġetti użati<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> ma jinkludix oġġetti użati li jkun fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż jekk dawn l-oġġetti ma għadhomx kapaċi jissodisfaw il-funzjonalità inizjali u żammew biss il-funzjonalitajiet inerenti għal dawn il-metalli u għal dan il-ħaġar, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika fid-dawl taċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha rilevanti ta’ kull każ partikolari.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>