|
7.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1860
tas-6 ta’ Novembru 2019
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1313/2014 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreservat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni ġiet ikkuntattjata minn Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd., li talbet bidla f’isimha. |
|
(2) |
Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd. indikat li kienet bidlet isimha għal Zhejiang Juzhou Foods Co., Ltd. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1313/2014 (2). |
|
(4) |
Barra minn hekk, Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd. innotifikat lill-Kummissjoni li ma kinitx għadha relatata ma’ Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd. |
|
(5) |
Waqt l-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet marġni medju peżat ta’ dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, ta’ 136,3 % għal Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd. u l-produttur relatat tagħha Hubei Xinshiji Foods Co. (3). Ġew imposti miżuri anti-dumping ta’ EUR 490,7/tunnellata fuq Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd. u l-produttur relatat tagħha Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd. skont il-kodiċi TARIC A888. |
|
(6) |
Wara li vvalutat l-evidenza pprovduta lilha, il-Kummissjoni aċċettat li tabilħaqq kien hemm biżżejjed evidenza biex Zhejiang Xinshiji Foods Co., Ltd. u Hubei Xinshiji Foods Co. ma jibqgħux jitqiesu relatati għall-finijiet tal-liġi tal-UE dwar l-anti-dumping. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat il-ġbir effettiv tad-dazji anti-dumping fis-seħħ, il-Kummissjoni qieset li kien meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1313/2014 biex jirrifletti l-marġnijiet ta’ dumping individwali ta’ dawn iż-żewġ produtturi. Wara l-iżvelar lill-partijiet ikkonċernati, ma waslu l-ebda kummenti. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilita bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1313/2014 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
‘2. L-ammont tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandu jkun kif ġej:
|
Kumpanija |
EUR/tunnellata ta’ piż nett tal-prodott |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Yichang Rosen Foods Co., Ltd, Yichang, Zhejiang |
531,2 |
A886 |
|
Zhejiang Taizhou Yiguan Food Co. Ltd, Huangyan, Zhejiang |
361,4 |
A887 |
|
Zhejiang Juzhou Foods Co., Ltd, Sanmen, Zhejiang |
499,9 |
C528 |
|
Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd., Dangyang City, Hubei Province |
489,7 |
A888 |
|
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kif imniżżel fl-Anness |
499,6 |
A889 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
531,2 |
A999’ |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 354, 11.12.2014, p. 17.
(3) ĠU L 350, 30.12.2008, p. 35, premessa (23) u ĠU L 178, 5.7.2008, p. 19, premessa (49).