|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/790 |
9.11.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11341 – BFM / SP / BRASOL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/790)
1.
Fit-30 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BlackRock Financial Management, Inc. (‘BFM’, l-Istati Uniti tal-Amerka), fil-kapaċità tagħha ta’ maniġer tal-investiment għall-Climate Finance Partnership Fund, SCSP (‘CFP’, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn BlackRock, Inc. (‘BlackRock’, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Siemens Participações LTDA. (‘SP’, il-Brażil), sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Siemens AG (‘Siemens’, il-Ġermanja), |
|
— |
Brasol Participações e Empreendimentos S.A. (‘Brasol’, il-Brażil), bħalissa kkontrollata minn SP. |
BFM u SP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artiklu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab indirett ta’ Brasol.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
BFM: kumpanija tal-immaniġġar tal-investiment li toffri servizzi ta’ kostruzzjoni ta’ portafolli, immaniġġar tal-assi, u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment, |
|
— |
SP: kumpanija azzjonista stabbilita fil-Brażil bil-għan esklużiv li tagħmel investimenti fil-Brażil u f’pajjiżi oħra, |
|
— |
Brasol: entità involuta fin-negozju tal-iżvilupp, il-finanzjament, l-akkwist, il-ġestjoni u l-bejgħ ta’ proġetti relatati mal-enerġija fil-Brażil, inklużi żviluppi ta’ ġenerazzjoni solari u oħrajn, proġetti ta’ effiċjenza enerġetika u tranżizzjoni tal-enerġija, u l-forniment ta’ servizzi tal-enerġija distribwiti anċillari. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11341 – BFM / SP / BRASOL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/790/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)