|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2375 |
27.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2375
tas-26 ta’ Ottubru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2025/609 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati tal-Mauritania
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Marzu 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/609 (1). |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Mejju 2026, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà appoġġa r-riallokazzjoni maħsuba tal-fondi disponibbli fl-2026, inkluż żieda ta’ EUR 8 000 000 għall-miżura ta’ assistenza b’appoġġ għall-Forzi Armati tal-Mauritania. |
|
(3) |
Jeħtieġ li jingħata appoġġ komplementari, inkluż assistenza navali teknika, għal perjodu lil hinn mid-data tat-tmiem attwali tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2025/609. Għalhekk, jenħtieġ li t-tul ta’ żmien tal-miżuri ta’ assistenza jiġi estiż b’24 xahar mill-24 ta’ Marzu 2028 sat-23 ta’ Marzu 2030. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2025/609 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2025/609 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Id-durata tal-miżura ta’ assistenza għandha tkun ta’ 60 xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-miżura ta’ assistenza għandu jkun ta’ EUR 28 000 000.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. HEYDON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/609 tal-24 ta’ Marzu 2025 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati tal-Mauritania (ĠU L, 2025/609, 25.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/609/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2375/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)