31993L0048



Official Journal L 250 , 07/10/1993 P. 0001 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0231
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0231


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/48/KEE

tat-23 ta’ Ġunju 1993

li tistabbilixxi pjan li jindika l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv tal-pjanti tal-frott u mill-pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni ta’ frott, permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’April 1992 dwar is-suq ta’ materjal propagattiv ta’ pjanti tal-frott u s-suq ta’ pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott [1], u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha,

Billi, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, hu xieraq li wieħed jikkunsidra ċ-ċikli ta’ produzzjoni tal-materjali differenti;

Billi, permezz tal-punt (i) ta’ l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/34/KEE, ħtiġiet rigward id-dokument tal-fornitur li jakkompanjaw materjal propagattiv u pjanti tal-frott CAC għandhom ikunu stabbiliti fil-pjan stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 4;

Billi sistema ta’ ċertifikazzjoni għal materjal bħal dan (għal dak li jirrigwarda ċerti speċi) ġie żviluppat jew qed jiġi sviluppat f’livell internazzjonali mill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO/OEPP);

Billi il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jiġu kunsidrati bħala standard minimu aċċettabbli bħalissa meta tqis il-kondizzjonijiet kurrenti ta’ produzzjoni fil-Komunità; billi ser jiġu progressivament żviluppati u raffinati biex fl-aħħar jilħqu livell għoli ta’ kwalità;

Billi l-mizuri li hemm provediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għal Ġeneri u Speċi ta’ Materjal Propagattiv u Pjanti tal-Frott,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-iskeda referuta fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/34/KEE, u tistabilixxi kondizzjonijiet meħtieġa għal-ittikkettjar u s-siġillar referuti fl-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva.

2. L-iskeda tapplika għall-uċuh li jikbru u l-materjal propagattiv (inklużi zkuk bl-għeruq), u pjanti tal-frott derivati minnhom, ta’ kull ġeneru u speċi referuti f’L-Anness II tad-Direttiva 92/34/KEE, u għal zkuk bl-għeruq ta’ ġeneri u speċi oħrajn referuti fil-punt (iii) ta’ l-Artikolu 4(1), irrispettivament mis-sistema propagattiva użata, dawk l-oġġetti minn hawn il-quddiem referuti bhala ‘il-materjal’.

3. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu applikati progressivament, billi jittieħed kont taċ-ċikli tal-produzzjoni tal-materjal referut fil-paragrafu 2.

Artikolu 2

Il-materjal għandu, meta applikabbli, jkun konformi mal-kondizzjonijiet relevanti għas-saħħa tal-pjanti kif stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE2 [2].

Artikolu 3

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, fil-każ ta’ materjal CAC, il-materjal għandu jkun, mill-anqas fuq l-ispezzjoni viżiva, sostanzjalment ħieles minn organiżmi ta’ ħsara u mard li jdgħajfu l-kwalità, jew sinjali jew sintomi oħrajn, li jnaqqsu l-utilità tal-materjal propagattiv jew tal-pjanti tal-frott u li jkun partikolarment ħieles minn dawk l-organiżmi u l-mard elenkati fl-Anness rigward il-ġeneri u l-ispeċi konċernati.

2. Kull materjal li juri sinjali jew sintomi visibbli ta’ organiżmi ta’ hsara jew tal-mard referut fil-paragrafu 1 waqt l-istadju tat-kabir ta’ l-uċuh għandu jkun trattat kif imiss immedjatament malli jidhru jew, meta xieraq, jkun imwarrab.

3. Fil-każ ta’ materjal taċ-ċitru dawn il-ħtiġiet li ġejjin għandhom ikunu mħarsa:

(i) ikun derivat minn materjal inizjali li:

- jkun ġie vverifikat u nstab li ma wera l-ebda sintomi tal-virus relevanti, tal-organiżmi li jixbħu l-virus jew tal-mard elenkati fl-Anness t’hawnhekk,

- ikun ġie ttestjat individwalment b’metodi xierqa għas-sejba ta’ virus, l-organiżmi li jixbħu l-virus jew tal-mard bħal dawn u jkun instab ħieles minnhom;

(ii) ikun ġie kontrollat u nstab sostanzjalment ħieles minn virus, l-organiżmi li jixbħu l-virus u mard bħal dawn mill-bidu ta’ l-aħħar ċiklu tal-veġitazzjoni; u

(iii) fil-każ ta’ żbir, ikun miżbur fuq zkuk bl-għeruq li m’humiex suxxettibbli għal virojdi.

Artikolu 4

1. Il-materjal CAC ikollu identità u purtà adekwati relativi għall-ġeneru u l-ispeċi msemmija u wkoll, mingħajr preġudizzju għat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 92/34/KEE, ikollu identità u purità rigward il-varjetà.

2. Fil-każ ta’ varjetajiet normalment magħrufa kif referuri fil-punt(i) ta’ l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, l-isem uffiċjali tal-varjetà għandu jkun użat mill-fornitur.

3. Fil-każ ta’ varjetajiet li huma diġa suġġetti ta’ applikazzjoni għad-drittijiet ta’ min ikabbar il-pjanti jew tar-registrazzjoni uffiċjali referiti fil-punt (1) ta’ l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/34/kEE, ir-referenza ta’ min ikabbar jew l-isem propost għandhom jintużaw sakemm tingħata l-awtorizzazzjoni.

4. Fil-każ ta’ varjetajiet f’listi miżmuma mill-fornituri permess tal-punt (ii) ta’ l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, il-ħtieġa referuta fil-paragrafu 1 rigward il-varjetà għandha tkun bażata fuq deskrizzjonijiet dettaljati kif mogħtija fil-listi miżmuma mill-fornituri.

Artikolu 5

Il-materjal CAC irid ikun sostanzjalment ħieles minn kull difetti li jistgħu jnaqqsu il-kwalità tiegħu bħala materjal propagattiv jew pjanti tal-frott.

Artikolu 6

Fil-każ ta’ materjal pre-bażiku, bażiku u ċertifikat, il-ħtiġiet stabbiliti f’L-Artikoli 3, 4 (1) u 5 ta’ din huma applikabbli sakemm l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni referuti fl-Artikolu 7 ma jimponux kondizzjonijiet aktar iebsa.

Artikolu 7

Sakemm tkun stabbilita skema ta’ ċertifikazzjoni tal-Komunità, il-materjal pre-bażiku, bażiku u ċertifikat għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet għal kull kategorija rispettiva kif elenkata fi skemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni basta li dawn ikunu konformi, sakemm hu possibbli, ma skemi internazzjonali eżistenti ta’ ċertifikazzjoni.

Artikolu 8

1. Id-dokument tal-fornitur rigward materjal CAC referut fl-Artikolu 11(i) tad-Direttiva 92/34/KEE għabdu jkun ta’ materjal adattat li ma jkunx intuża qabel u jkun stampat f’mill-anqas waħda mill-lingwi tal-Komunità. Ikollu fih dawn l-intestaturi informattivi:

(i) l-indikazzjoni "kwalità KEE";

(ii) l-indikazzjoni tal-kodiċi ta’ l-Istat Membru tal-KEE;

(iii) l-indikazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli jew il-kodiċi distintiv tiegħu;

(iv) in-numru ta’ reġistrazzjoni jew ta’ l-akkreditament;

(v) l-isem tal-fornitur;

(vi) in-numru individwali tas-serje, tal-gimgħa jew tal-grupp;

(vii) id-data ta’ ħruġ tad-dokument tal-fornitur;

(viii) l-isem botaniku;

(ix) l-isem tal-varjetà: fil-każ ta’ zkuk bl-għeruq, l-isem il-varjetà jew id-desinjazzjoni tagħha;

(x) il-kwantità;

(xi) il-kategorija;

(xii) fil-każ ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi permezz ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, isem il-pajjiż fejn sar il-qtugħ.

2. Meta l-materjal hu akkumpanjat minn passaport ta’ pjanti skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE [3], dan il-passaport jista, jekk il-fornitur hekk jixtieq, iservi ta’ dokument tal-fornitur kif referut fil-paragrafu 1. B’dana kollu l-indikazzjoni ‘kwalità KEE’ u indikazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli permezz tad-Direttiva 92/34/KEE għandu jingħata flimkien ma’ referenza għall-isem tal-varjetà jew taz-zkuk bl-għeruq u l-kategorija. Fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi permezz ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, l-isem tal-pajjiż tal-qtugħ għandu wkoll ikun mogħti. Din l-informazzjoni tista’ tkun fl-stess dokument bħal ma hu l-passaport ta’ pjanti imma separata b’mod ċar.

Artikolu 9

1. Il-kondizzjonijiet tal-ittikkettjar u s-siġillar tal-materjal kwalifikat bħala pre-bażiku, bażiku jew ċertifikat permezz tal-punt (ii) ta’ l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/34/KEE, huma dawk stabbiliti fl-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazjoni referuti fl-Artikolu 7 tiegħu.

2. L-Istati Membri għandhom b’dana kollu jassiguraw li l-ittikkettjar uffiċjali bħal dan ma jinkludix l-informazzjoni kollha stabbilita fl-Artikolu 8(1) ta’ din, bl-eċċezzjoni ta’ l-intestaturi (iv), (v) u (vii), dik l-informazzjoni għandha tkun miżjuda. Apparti minn hekk, l-indikazzjoni jekk il-materjal hux ‘ħieles minn virus’ jew ‘ittestjat kontra l-virus’ għandha tingħata wkoll.

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1993. Huma għandhom minnufih jinformaw b’dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom refernza ghal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-wat tal-publikazzjoni ufiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-ligi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 11

Din id-direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-23 ta’ Ġunju 1993.

Għall-Kummissjoni

RENE Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 10.

[2] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

[3] ĠU L 4, tat-8.1.1993, p. 22.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LISTA TA’ ORGANIŻMI TA’ ĦSARA U MARD SPEĊIFIKU LI JISTGĦU JAFFETTWAW IL-KWALITÀ

Genus jew speċi | Organiżmi u mard speċifiċi li jagħmlu ħsara |

–Citrus aurantifolia (Christm) Swing–Citrus Limonn L. Burm. F–Citrus paradisi Macf.–Citrus reticulata Blanco–Citrus sinensis (L.) Osbeck | Insetti, miti u nematojdi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Aleurothrixus floccosus (Mashell)Meloidogyne spp.Parabemisia myricae (Kuwana)Tylenchulus semipenetrans |

Fungi (faqiegħ) Phytophthora spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarme nt Weraq taċ-ċitru rugoseMard li jinduċi s-sintomi tal-weraq ġdid qisu psorosis bħal ngħidu aħna: psorosis, tikka forma ta' ċurkett, cristacortis, impietratura, ħanek konkaviVarjegazzjoni infettużaVirojdi bħal exocortis, cachexiaxloporosis |

–Corylus avellana | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Epidiaspis leperiiEriphis avellanaePseudaulacaspis pentagonaQuadraspidiotus perniciosus |

Batteria Agrobacterium tumefaciansXanthomonas campestris pv. corylina |

Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaPhyllactinia guttataVerticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikularment Il-virus mużajk tat-tuffieħHazel maculatura lineare MLO |

–Cydonia Miller–Pyrus communis L. | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Anarsia lineatellaEriosoma lanigeriumInsetti tal-qoxra, partikolarment:Epidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotus perniciosus |

Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. syringae |

Fungi (faqqiegħ) Amillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaPhytophthora spp.Rosellinia necatrixVerticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus Kollha |

–Fragaria x ananassa duch | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Aphelenchoides spp.Ditylenchus dispaciTarsonemidae |

Fungi (faqqiegħ) Phtophthora cactorumVerticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Il-werqa ħadra tal-frawli MLO |

–Juglans regia L. | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Insetti tal-qoxra, partikolarment:Epidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotis perniciosus |

Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. syringae |

Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaNectria galligenaChondrostereum purpureumPhytophtora spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Cherry leaf roll virus |

–Malus Miller | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Anarsia leneatellaEriosoma lanigerumInsetti tal-qoxra, partikolarmentEpidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotis perniciosus |

Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. syringae |

Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaPhytophtora cavtorumRosellinia necatrixVenturia spp.Verticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus Kollha |

–Olea europea | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Eusophera pinguisMeloidogyne spp.Saissetia oleae |

Batteria Pseudomonas syringae pv. savastanoi |

Fungi (faqqiegħ) Verticillium dahliae |

Virus u organiżmi bħal virus Kollha |

–Pistacia Vera | Fungi (faqqiegħ) Verticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus Kollha |

–Prunus domestica L.–Prunus salicina | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Aculops fockeuiCapnodis tenebrionisEriophyes similisMeloidogyne spp.Insetti tal-qoxra, partikolarmentEpidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotus perniciosus |

Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. Mors prunorumPseudomonas syringae pv. syringae |

Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaRosellinia necatrixVerticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment virus virus tal-pruna nanavirus prunus necrotic tat-tikka forma ta' ċurkett |

–Prunus armeniaca (L.)–Prunus amygdalus Batsch–Prunus Petrsica (L.) Batsch | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Anarsia lineatellaCaġpnodis tenebrionisMeloidogyne spp.insetti tal-qoxra, partikolarmentEpidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotus perniciosus |

Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. Mors prunorumPseudomonas syringae pv. syringae |

Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaRosellinia necatrixTaphrina deformansVerticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment virus tal-pruna nanavirus prunus necrotic tat-tikka forma ta' ċurkett |

–Prunus aavium (L.)–Prunus cerasus | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Caġpnodis tenebrionisMeloidogyne spp.insetti tal-qoxra, partikolarmentEpidiaspis leperii, Pseudaulacaspis pentagona, Quadraspidiotus perniciosus |

Batteria Agrobacterium tumefaciensPseudomonas syringae pv. Mors prunorumPseudomonas syringae pv. syringae |

Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaChondrostereum purpureumNectria galligenaRosellinia necatrixVerticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment virus tal-pruna nanavirus prunus necrotic tat-tikka forma ta' ċurkett |

–Ribes | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Aphelenchoides spp.Cecidophyopsis ribis |

Batteria Agrobacterium tumefaciens |

Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaNectria cinnabarinaRosellinia necatrixVerticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Taqlib tal-pasolina sewdaAġent infettus tal-varjegazzjoni tal-pasolina sewda |

–Rubus | Insetti, miti u nematodi f'kull stadju ta' l-iżvilupp tagħhom Aceria essigi |

Batteria Agrobacterium rhizogenesAgrobacterium tumefaciensRhodococcus fascians |

Fungi (faqqiegħ) Armillariella melleaDidymelia applanataPernospora rubiPhytophthora fragariae var. rubiVerticillium spp. |

Virus u organiżmi bħal virus, u partikolarment Raspberry bushy dwarf virusRaspberry leaf curl virus |

--------------------------------------------------