12004V043

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU V - EŻERĊIZZJU TAL-KOMPETENZI TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI - Artikolu I-43

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0032 - 0032


Artikolu I-43

Klawżola ta' solidarjetà

1. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jaġixxu flimkien fi spirtu ta' solidarjetà jekk xi Stat Membru jkun il-vittma ta' attakk terroristiku jew il-vittma ta' diżastru naturali jew magħmul mill-bniedem. L-Unjoni għandha tuża l-istrumenti kollha li għandha għad-disposizzjoni tagħha, inklużi r-riżorsi militari magħmula disponibbli mill-Istati Membri, sabiex:

a) - tipprevjeni t-theddida ta' l-att terroristiku fit-territorju ta' l-Istati Membri;

- tħares l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-popolazzjoni ċivili minn kull attakk terroristiku;

- tassisti lil xi Stat Membru fit-territorju tiegħu fuq talba ta' l-awtoritajiet politiċi tiegħu f'każ ta' attakk terroristiku;

b) — tassisti lil xi Stat Membru fit-territorju tiegħu, fuq talba ta' l-awtoritajiet politiċi tiegħu, f'każ ta' diżastru naturali jew magħmul mill-bniedem.

2. L-arranġamenti fid-dettall għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu huma previsti fl-Artikolu III-329.

--------------------------------------------------