|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/828 |
15.1.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11152 — TERNA / MAURO MIGLIAZZI / DXT / WESII)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/828)
1.
Fl-4 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Terna Rete Elettrica Nazionale S.p.A. (‘TERNA’, l-Italja), ikkontrollata minn Cassa Depositi e Prestiti S.p.A., permezz tas-sussidjarja tagħha Terna Forward S.r.l., |
|
— |
DxT Commodities S.A. (“DxT”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Duferco Participations Holding S.A., |
|
— |
Is-Sur Mauro Migliazzi, |
|
— |
Wesii S.r.l. (‘Wesii’, l-Italja), ikkontrollata b’mod konġunt minn DxT Commodities S.A. u s-Sur Mauro Migliazzi. |
TERNA, DxT u s-Sur Migliazzi se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Wesii.
Il-konċentrazzjoni qiegħda ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Terna hija attiva fit-trażmissjoni u l-konsenja tal-elettriku u f’attivitajiet oħra fis-settur tal-enerġija, |
|
— |
DxT hija attiva fil-kummerċ tal-komoditajiet, |
|
— |
Is-Sur Mauro Migliazzi huwa persuna fiżika u l-fundatur ta’ Wesii, |
|
— |
Wesii hija attiva f’servizzi ta’ spezzjoni multispettrali (permezz ta’ teknoloġiji ta’ telerilevament bl-użu ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u intelliġenza artifiċjali) lil klijenti attivi fis-settur fotovoltajku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11152 — TERNA / MAURO MIGLIAZZI / DXT / WESII
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/828/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)