|
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta’ Lulju 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4385)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/373/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (2) jistabbilixxi, għall-finijiet ta’ konklużjonijiet statistiċi magħmula għal skopijiet xjentifiċi, il-kundizzjonijiet li bihom jista’ jingħata l-aċċess għal data kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Komunità u r-regoli ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex ikun iffaċilitat dan l-aċċess. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE stabbiliet (3) lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jista’ jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi. |
|
(3) |
L-Università Sabanci, Tuzla/Istanbul, it-Turkija, l-Università McGill, Montreal, il-Kanada u d-Direttorat Servizz Ekonomiku u Riformi Strutturali, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea jridu jitqiesu bħala istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika (Kumitat SSE), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/452/KE qed jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Olli REHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
ANNESS
“ANNESS
Istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jista’ jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi
Il-Bank Ċentrali Ewropew
Il-Bank Ċentrali Spanjol
Il-Bank Ċentrali Taljan
L-Università ta’ Cornell (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)
Id-Dipartiment tax-Xjenza Politika, Baruch College, l-Università tal-Belt ta’ New York (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)
Il-Bank Ċentrali Ġermaniż
L-Unità tal-Analiżi tal-Impjiegi, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea
L-Università ta’ Tel. Aviv (l-Iżrael)
Il-Bank Dinji
Iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-Benessri (CHW – Centre of Health and Wellbeing) tal-Iskola Woodrow Wilson tal-Affarijiet Pubbliċi u Internazzjonali fl-Università ta’ Princeton, New Jersey, l-Istati Uniti tal-Amerika
L-Università ta’ Chicago (UofC – University of Chicago), Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerika
L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD)
It-Taqsima tal-Istatistika tal-Istudji tal-Familja u x-Xogħol tal-Kanada, Ottawa, Ontario, il-Kanada
L-Unità tal-Ekonometrika u l-Appoġġ Statistiku Kontra l-Frodi (ESAF), id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
L-Unità tal-Appoġġ liż-Żona Ewropea ta’ Riċerka (SERA – Support to the European Research Area), id-Direttorat Ġenerali, iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Katedra tar-Riċerka tal-Kanada tal-Iskola tax-Xjenza Soċjali fil-Fakultà ta’ Atkinson għall-Istudji Liberali u Professjonali fl-Università ta’ York, f’Ontario, il-Kanada
L-Università ta’ Illinios f’Chicago (UIC), Chicago, l-Istati Uniti tal-Amerika
Rady School of Management fl-Università ta’ California, San Diego, l-Istati Uniti tal-Amerika
Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji u l-Istatistika (Direction de l’Animation de la Recherche, des Études et des Statistiques - DARES) fil-Ministeru tax-Xogħol, ir-Relazzjonijiet Industrijali u s-Solidarjetà, Pariġi, Franza
Ir-Research Foundation of State University of New York (RFSUNY), Albany, l-Istati Uniti tal-Amerika
Iċ-Ċentru Finlandiż għall-Pensjonijiet, (Eläketurvakeskus – ETK), il-Finlandja
Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji, l-Evalwazzjoni u l-Istatistika (Direction de la Recherche, des Études, de l’Évaluation et des Statistiques – DREES) fil-Ministeru tax-Xogħol, id-Djalogu Soċjali u s-Solidarjetà; il-Ministeru tas-Saħħa, iż-Żgħażagħ u l-Isport u l-Ministeru tal-Baġit, il-Kontijiet Pubbliċi u r-Riforma tal-Istat, Pariġi, Franza
L-Università Duke (DUKE), North Carolina, l-Istati Uniti tal-Amerika
L-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Finlandja (Kansaneläkelaitos – KELA), il-Finlandja
L-Università Ebrajka ta’ Ġerusalemm (HUJI - Hebrew University of Jerusalem), l-Iżrael
Is-Servizz Pubbliku Federali tas-Sigurtà Soċjali, il-Belġju
L-Università Sabanci, Tuzla/Istanbul, it-Turkija
L-Università McGill, Montreal, il-Kanada
Id-Direttorat Servizz Ekonomiku u Riformi Strutturali, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea”