31990L0612



Official Journal L 326 , 24/11/1990 P. 0058 - 0059
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0255
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0255


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Ottubru 1990

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi tal-purità għal emulsjonanti, stabbilizzaturi, thickeners u gelling agents għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel

(90/612/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta’ l-Istati Membri dwar additivi għall-ikel awtorizzati sabiex jintużaw f’oġġetti ta’ l-ikel maħsubin għall-konsum mill-bniedem [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,

Billi huwa meħtieġ li wieħed iqis l-ispeċifikazzjonijiet riveduti tal-Codex Alimentarius għal sustanzi E407 u E466, jawtorizza tekniki ġodda ghall-produzzjoni ta’ E473 u jaghmel distinzjoni bejn sustanza E407 kif deskritta fl-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE [2], kif emendata bid-Direttiva 82/504/KEE [3], u prodotti simili mhux koperti b’dak l-Anness;

Billi l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel ġie kkonsultat, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/107/KEE, dwar dawk id-dispożizzjonijiet li aktarx jaffetwaw is-saħħa pubblika;

Billi l-miżuri stabbiliti b’din id-Direttiva jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta’ l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 78/663/KEE huwa hawnhekk emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn 12-il xahar wara n-notifikazzjoni tad-Direttiva preżenti. Għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Maghmula fi Brussel, fis-26 ta’ Ottubru 1990.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Il-Viċi-President:

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27.

[2] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p. 7.

[3] ĠU L 230, tal-5.8.1982, p. 35.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Taħt E 407 -

Carrageenan

, il-punt li għandu x’jaqsam ma’ rmid li ma jinħalx f’1 % v/v aċidu sulfuriku għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"rmid li ma jinħalx bl-aċidu (ma jinħalx f’10 % w/v aċidu idrokloriku) | mhux aktar minn 1 % tal-materja niexfa |

materja li ma tinħalx fl-aċidu (ma jinħalx f’1 % v/v aċidu sulfuriku) | mhux aktar minn 2 % tal-materja xotta" |

2. Taħt E 466 - Carboxymethylcellulose, il-punt li għandu x’jaqsam mal-piż molekulari għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "ogħla minn madwar 17000 (grad ta’ polimerizazzjoni ta’ madwar 100)".

3. Taħt E 473 – Sucrose esters:

(a) l-aħħar sentenza tal-punt li għandu x’jaqsam mad-deskrizzjoni kimika għandha tiġi mibdula bis-sentenza li ġejja: "L-ebda solvent organiku għajr dimethylsulphoxide, dimethylformamide, ethyl acetate, isopropanol u isobutanol ma jista’ jintuża fil-preparazzjoni tagħhom";

(b) taħt il-punt dwar il-kontenut ta’ rmid sulfat, il-punt li ġej huwa miżjud:

"kontenut ta’ dimethylsulphoxide | mhux aktar minn 2 mg/kg" |

;

(ċ) taħt il-punt dwar il-kontenut ta’ metanol, għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

"kontenut ta’ isobutanol | mhux aktar minn 10 mg/kg" |

.

--------------------------------------------------