21.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/62


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1262

tal-20 ta' Settembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, klomażon, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, diuron, fludioksonil, flufenaċet, flurtamon, fostijażat, indoksakarb, MCPA, MCPB, prosulfokarb, tijofanat-metil u tribenuron

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, flufenaċet, flurtamon, fostijażat, indoksakarb, MCPA, MCPB, tijofanat-metil u tribenuron ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1511 (3). Il-perjodi ta' approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Ottubru 2018.

(3)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva diuron se jiskadi fit-30 ta' Settembru 2018.

(4)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klomażon, fludioksonil u prosulfokarb se jiskadu fil-31 ta' Ottubru 2018.

(5)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi ġew ippreżentati f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (4).

(6)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk x'aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk hemm bżonn li l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(7)

Billi l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, f'dak li għandu x'jaqsam ma' każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni tiffissa data ta' skadenza li tkun l-istess data ta' qabel ma sar dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. F'każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tipprova tiffissa, skont kif ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi, l-iktar data tal-applikazzjoni bikrija possibbli.

(8)

Billi l-approvazzjoni tas-sustanza attiva diuron tiskadi fit-30 ta' Settembru 2018, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1511 tat-30 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, flufenaċet, flurtamon, forklorfenuron, fostijażat, indoksakarb, iprodion, MCPA, MCPB, is-siltijofam, tjofanat-metil u tribenuron (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 115).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fir-ringiela 40, għal “Deltamethrin”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(2)

fir-ringiela 48, għal “Beta-cyfluthrin”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(3)

fir-ringiela 64, għal “Flurtamone”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(4)

fir-ringiela 65, għal “Flufenacet”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(5)

fir-ringiela 67, għal “Dimethenamid-p”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(6)

fir-ringiela 69, għal “Fosthiazate”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(7)

fir-ringiela 101, għal“Chlorothalonil”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(8)

fir-ringiela 102, għal “Chlorotoluron”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(9)

fir-ringiela 103, għal “Cypermethrin”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(10)

fir-ringiela 104, għal “Daminozide”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(11)

fir-ringiela 105, għal “Thiophanate-methyl”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(12)

fir-ringiela 106, għal “Tribenuron”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(13)

fir-ringiela 107, għal “MCPA”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(14)

fir-ringiela 108, għal “MCPB”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(15)

fir-ringiela 117, għal “1-methylcyclopropene”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(16)

fir-ringiela 119, għal “Indoxacarb”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(17)

fir-ringiela 160, għal “Prosulfocarb”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(18)

fir-ringiela 161, għal “Fludioxonil”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(19)

fir-ringiela 162, għal “Clomazone”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tal-“31 ta' Ottubru 2019”;

(20)

fir-ringiela 192, għal “Diuron”, fis-sitt kolonna tal-intestatura “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data tat-“30 ta' Settembru 2019”.