|
21.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 47/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 104/2007
tat-28 ta' Settembru 2007
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 394/2007 tat-12 ta' April 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għaliha fi prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II li jinsab mal-Ftehim:
|
“— |
32007 R 0394: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 394/2007 tat-12 ta' April 2007 (ĠU L 98, 13.4.2007, p. 3).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 394/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 328, 13.12.2007, p. 18.
(*1) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.