<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑124/16</NO.CASE><NO.CASE>C‑188/16</NO.CASE><NO.CASE>C‑213/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0124</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:228">EU:C:2017:228</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>spitemacjeSENTENZA TAT-<DATE ISO="20170322">22.3.2017</DATE> – KAWŻI MAGĦQUDA C-124/16, C-188/16 U C-213/16</P><P>TRANCA <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2012/13/UE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża</KEYWORD><KEYWORD>Tifsira ta’ digriet kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet</KEYWORD><KEYWORD>Nomina obbligatorja ta’ mandatarju</KEYWORD><KEYWORD>Persuna akkużata li ma hijiex residenti u li ma tgħix f’post fiss</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ oppożizzjoni li jibda jiddekorri mill-mument tan-notifika lill-mandatarju</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-124/16, C-188/16 u C-213/16,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Amtsgericht München (qorti tad-distrett ta’ München, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tad-<DATE ISO="20160219">19 ta’ Frar 2016</DATE> (C-124/16) u tat-<DATE ISO="20160412">12 ta’ April 2016</DATE> (C-213/16), li waslu għand il-Qorti tal-Ġustizzja, rispettivament, fid-29 ta’ Frar u fit-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>, u mill-Landgericht München I (qorti reġjonali ta’ München I, il-Ġermanja), b’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160323">23 ta’ Marzu 2016</DATE> (C-188/16), li waslet għand il-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20160404">4 ta’ April 2016</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ianos Tranca</HT> (C-124/16),</P><P><HT TYPE="BOLD">Tanja Reiter</HT> (C-213/16)</P><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">Ionel Opria</HT> (C-188/16),</P></PLAINTIFS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Staatsanwaltschaft München I,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, A. Tizzano (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, M. Berger, A. Borg Barthet u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għas-Staatsanwaltschaft München I, minn H. Kornprobst, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u M. Hellmann, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Troosters u S. Grünheid, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 3(1)(c), kif ukoll tal-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE>, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 142, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali kontra Ianos Tranca u Ionel Opria, għal serq, kif ukoll kontra Tanja Reiter, għal daqqiet u feriti u reżistenza għall-forzi tal-ordni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/13 jiddelimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar fit-termini segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Din id-Direttiva tapplika minn meta l-persuni jiġu informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu reat sa ma jiġu fi tmiemhom il-proċeduri, jiġifieri meta tintlaħaq deċiżjoni finali dwar jekk is-suspettat jew il-persuna akkużata tkunx wettqet ir-reat kriminali jew le, inkluż, fejn applikabbli, l-għoti tas-sentenza u r-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe appell.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi d-dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati jingħataw fil-pront informazzjoni dwar tal-anqas id-drittijiet proċedurali li ġejjin, kif dawn japplikaw taħt il-liġi nazzjonali, sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv ta’ dawk id-drittijiet:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>id-dritt li l-persuna tkun informata bl-akkuża, f’konformità mal-Artikolu 6;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Id-dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi, fil-paragrafi (1) u (3) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati tingħatalhom informazzjoni dwar l-att kriminali li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu. Dik l-informazzjoni għandha tingħata fil-pront u bid-dettal meħtieġ sabiex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard mit-tressiq tal-merti tal-akkuża quddiem il-qorti, tingħata informazzjoni dettaljata dwar l-akkuża, inklużi n-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat kriminali, kif ukoll in-natura tal-parteċipazzjoni tal-persuna akkużata.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tas-Strafprozessordnung (kodiċi tal-proċedura kriminali, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201D" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>StPO<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Jekk persuna tiġi prekluża milli tosserva terminu mhux b’riżultat ta’ nuqqas min-naħa tagħha, id-dekadenza għandha, fuq talba tagħha, titwaqqaf. Persuna li ma tkunx ġiet informata konformement mal-ewwel u mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 35a ma għandhiex taħti għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu ta’ rikors […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 116 tas-StPO jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="116.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-qorti għandha tissospendi l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest immotivat biss mir-riskju ta’ ħarba meta jkun possibbli li jitqies b’ċertezza suffiċjenti li miżuri inqas onerużi jkunu wkoll jippermettu li jintlaħaq l-għan imfittex mid-detenzjoni provviżorja. B’mod partikolari għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni […]</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>l-għoti ta’ garanzija xierqa mill-persuna mfittxija jew minn ħaddiehor<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 116a(3) tas-StPO huwa mfassal b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-persuna mħarrka li titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest b’korrispettiv għall-għoti ta’ garanzija u li ma tgħix fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ din il-liġi hija b’hekk marbuta li tagħti prokura lil persuna li tgħix fil-ġurisdizzjoni tal-qorti kompetenti għall-finijiet li tirċievi n-notifiki.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 127a tas-StPO jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="127A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta l-persuna mfittxija ma tkunx residenti jew ma tkunx tgħix f’post fiss fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ din il-liġi, u meta l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest ikunu ssodisfatti biss minħabba r-riskju ta’ ħarba, l-ordni jew iż-żamma ta’ arrest tista’ tiġi miċħuda</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>jekk ma jkunx mistenni li l-ksur imwettaq jiġi ssanzjonat b’piena li ċċaħħad il-libertà jew b’miżura ta’ mmultar u ta’ prevenzjoni li ċċaħħad il-libertà, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>jekk il-persuna mfittxija tagħti garanzija xierqa li tkopri l-multa mistennija u l-ispejjeż ġudizzjarji.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="127A.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>L-Artikolu 116a(1) u (3) japplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 132(1) tas-StPO jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Jekk il-persuna akkużata li hija ssuspettata li wettqet att punibbli ma għandhiex domiċilju fiss jew residenza skont din il-liġi, iżda r-rekwiżiti sabiex jinħareġ mandat ta’ arrest ma humiex issodisfatti, huwa possibbli li jiġi ordnat, sabiex jiġi żgurat l-iżvolġiment tal-proċeduri kriminali, li l-persuna akkużata</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>tagħti garanzija xierqa li tkopri l-multa mistennija u l-ispejjeż ġudizzjarji, u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>tagħti mandat lil persuna residenti fil-ġurisdizzjoni tal-qorti kompetenti sabiex tirċievi n-notifiki.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 410 tas-StPO huwa mfassal kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="410.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna akkużata tista’ tikkontesta d-digriet kriminali billi tippreżenta, f’terminu ta’ ġimgħtejn min-notifika tiegħu, oppożizzjoni quddiem il-qorti li tat id-digriet, bil-miktub jew verbalment mar-Reġistru. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="410.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>L-oppożizzjoni tista’ tkun limitata għal ċerti punti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="410.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk digriet kriminali ma jiġix ikkontestat fit-terminu preskritt, huwa jikseb in-natura ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawżi C-124/16 u C-213/16</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-Kawża C-124/16, I. Tranca, akkużat b’serq, jista’ jeħel multa kuljum għal 20 sa 30 jum. Fil-Kawża C-213/16, T. Reiter, akkużata b’daqqiet u feriti u reżistenza għall-forzi tal-ordni, tista’ teħel multa kuljum għal 50 sa 70 jum. Mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li kemm I. Tranca kif ukoll T. Reiter ma għandhomx residenza u ma jgħixux f’post fiss la fil-Ġermanja u lanqas fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-prosekutur ta’ München talab lill-qorti istruttorja kompetenti tal-Amtsgericht München (qorti tad-distrett ta’ München, il-Ġermanja) sabiex toħroġ mandati ta’ arrest kontrihom, biex dawn jinżammu f’detenzjoni provviżorja minħabba r-riskju li dawn jaħarbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tesponi li, fl-eżami ta’ din it-talba, il-qorti istruttorja għandha, skont id-dritt Ġermaniż, tevalwa b’mod partikolari n-natura proporzjonata tad-detenzjoni u, għal dan il-għan, għandha tivverifika jekk jistgħux jiġu stabbiliti miżuri inqas onerużi mid-detenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fill-fatt, f’każijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikoli 116, 116a u 127a tas-StPO jipprevedu b’mod partikolari li l-qorti għandha tissospendi l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest li jkun immotivat biss mir-riskju ta’ ħarba meta l-persuna mħarrka tista’ tagħti garanzija xierqa li tkopri l-ammont prevedibbli tal-multa li tista’ tiġi imposta fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Minn dawn l-Artikoli jirriżulta wkoll li persuna mħarrka mhux residenti fit-territorju Ġermaniż, li kontriha jkun inħareġ tali mandat ta’ arrest, hija marbuta li tinnomina mandatarju għall-finijiet li tirċievi n-notifika tal-miżuri jew tal-atti li jikkonċernawha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kuntest tal-eżami li jippreċedi l-ħruġ jew l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest, il-qorti istruttorja għandha tivverifika wkoll jekk tali miżuri alternattivi jippermettux li jiġi żgurat għeluq rapidu tal-proċedura kriminali fl-istess kundizzjonijiet bħallikieku l-persuna mħarrka kienet tpoġġiet f’detenzjoni provviżorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Issa, dan ikun il-każ biss jekk ikun possibbli li digriet kriminali jiġi nnotifikat lil persuna imputata b’mod li dan ikun jista’ jsir definittiv. B’mod partikolari, meta l-post fejn tgħix il-persuna imputata ma jkunx magħruf, dan ifisser li dan id-digriet kriminali jkun jista’ jiġi nnotifikat lill-mandatarju tagħha u li din in-notifika tagħti bidu għad-dekorrenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni, li mal-iskadenza tiegħu id-digriet kriminali jsir <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u jsir eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tiddubita li l-proċedura tad-digriet kriminali stabbilita mil-liġi Ġermaniża hija konformi mad-Direttiva 2012/13, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1)(c) u kif ukoll l-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, timponi fuq il-persuna akkużata li ma tirrisjedix f’dan l-Istat Membru li tinnomina rappreżentant għall-finijiet tan-notifika ta’ digriet kriminali li jikkonċernaha, bil-kundizzjoni li din il-persuna tibbenefika effettivament mit-terminu sħiħ biex tressaq oppożizzjoni kontra d-digriet imsemmi, jiġifieri li dan it-terminu ma jistax jitnaqqas miż-żmien neċessarju għall-mandatarju li jinforma bid-digriet imsemmi lid-destinatarju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, skont il-qorti tar-rinviju, din is-soluzzjoni, applikata għall-proċeduri pendenti quddiemha, li fiha l-post fejn jgħixu l-persuni ssuspettati ma jkunx magħruf, għandha l-konsegwenza li tipprekludi li d-digriet kriminali isir definittiv. Fil-fatt, peress li dan ma jkunx jista jingħata personalment lid-destinatarju tiegħu, it-terminu ta’ oppożizzjoni ma jkunx jista’ jibda jiddekorri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’hekk, skont din il-qorti, tqum il-kwistjoni dwar jekk il-liġi Ġermaniża hijiex konformi mal-liġi tal-Unjoni kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn din il-liġi nazzjonali hija interpretata fis-sens li n-notifika ta’ digriet kriminali lill-mandatarju ta’ persuna mħarrka li l-post fejn tgħix tagħha ma huwiex magħruf tagħti bidu għad-dekorrenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni kontra dan id-digriet, iżda li, fil-każ li dan jiddekadi, il-persuna ssusspettata jkollha madankollu l-possibbiltà li titlob it-tneħħija tad-dekadenza biex tippreżenta oppożizzjoni kontra d-digriet imsemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li l-alternattiva għal din il-possibbiltà li jintuża mandatarju fiċ-ċirkustanzi fejn il-persuna mħarrka ma jkollhiex post fejn tgħix magħruf, li tkun b’hekk tikkonsisti fl-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest maħruġ kontra tagħha u fid-detenzjoni tagħha, sabiex ikun possibbli li d-digriet kriminali jiġi nnotifikat lilha, tidher li hija iktar oneruża mill-interpretazzjoni proposta tal-liġi nazzjonali. Din hija wkoll tal-fehma li li din l-interpretazzjoni tosserva l-prinċipju ta’ ekwità proċedurali, sa fejn il-persuna mħarrka tkun taf l-isem u l-indirizz tal-mandatarju, tkun ġiet informata bir-rwol tiegħu u tkun libera li tirreferi għalih fir-rigward tal-ħruġ ta’ digriet kriminali maħruġ kontriha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Amtsgericht München (qorti tad-distrett ta’ München) iddeċidiet li tissospendi d-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tal-ħruġ tal-mandati ta’ arrest inkwistjoni u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja id-domandi preliminari segwenti, ifformulati f’termini identiċi fil-Kawżi C-124/16 u C-213/16:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 2 u 6(1) u (3) tad-[Direttiva 2012/13], jipprekludu dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru:</TXT><P>li tobbliga lil persuna mħarrka fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali taħtar mandatarju għall-finijiet tan-notifika ta’ digriet kriminali li tkun id-destinatarja tiegħu, meta din ma jkollhiex domiċilju f’dan l-Istat Membru,</P><P>anki jekk, minħabba f’hekk, il-persuna mħarrka ma tibbenefikax mit-terminu kollu stabbilit sabiex tifforma oppożizzjoni kontra dan id-digriet,</P><P>iżda wkoll ma għandhiex indirizz fejn dan id-digriet jista’ jiġi kkomunikat lilha bil-prova tal-wasla tiegħu, u l-ħatra nominali tal-mandatarju b’indirizz jagħtiha l-possibbiltà li tinforma lill-imsemmi mandatarju bil-post fejn digriet kriminali jkun jista’ jintbagħat bil-prova tal-komunikazzjoni tiegħu?</P></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 2(1) u 6(1) u (3) tad-[Direttiva 2012/13], jipprekludu dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru:</TXT><P>li tobbliga lil persuna mħarrka fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali taħtar mandatarju għall-finijiet tan-notifika ta’ digriet kriminali li jikkonċernaha, meta din ma jkollhiex domiċilju f’dan l-Istat Membru,</P><P>u li tipprevedi li n-notifika lil mandatarju hija suffiċjenti fiha nfisha sabiex tagħti bidu għad-dekorrenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni,</P><P>meta l-persuna mħarrka li minħabba f’hekk tkun iddekadiet mid-drittijiet tagħha tista’ titlob li tiġi rreintegrata fid-drittijiet tagħha bl-iskuża unika tal-fatt li d-digriet kriminali jkun ġie ritrażmess lilha u li hija tkun għamlet l-oppożizzjoni fit-terminu stabbilit wara r-ritrażmissjoni tal-istess digriet, fi kliem ieħor meta hija tkun tista’ sussegwentement tibbenefika mit-terminu kollu billi tiġi rreintegrata fl-istat preċedenti għall-benefiċċju tagħha,</P><P>anki jekk bħala regola l-liġi tipprevedi l-eżekuzzjoni tad-digriet [kriminali] fil-każ ta’ dekadenza?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-188/16</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>I. Opria, ċittadin Rumen, huwa akkużat b’serq fil-Ġermanja. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din il-persuna ma għandhiex residenza jew post fejn tgħix magħruf la fit-territorju Ġermaniż u lanqas fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>I. Opria nnomina mandatarju għall-finijiet li jirċievi n-notifika ta’ kull miżura kriminali li tikkonċernah. Fuq talba tal-uffiċċju tal-prosekutur, l-Amtsgericht München (qorti tad-distrett ta’ München), fit-<DATE ISO="20151013">13 ta’ Ottubru 2015</DATE>, ħarġet digriet kriminali kontrih u imponiet fuqu multa ta’ € 300. Dan id-digriet kriminali ġie nnotifikat lill-mandatarju nnominat, li ffirma għal dawn id-dokumenti fis-<DATE ISO="20151027">27 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li ma hija mistennija ebda dikjarazzjoni mill-persuna mħarrka lil din il-qorti fit-terminu ta’ oppożizzjoni previst, ir-reġistratur tal-qorti msemmija, fil-<DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>, kiteb fuq id-digriet imsemmi n-nota li tgħid li dan kien sar <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>B’referenza għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-uffiċċju tal-prosekutur, bħala awtorità kompetenti għall‑eżekuzzjoni tal-piena, wara li ġew miċħuda lilu diversi rikorsi oħra intiżi biex tiġi stabbilita l-legalità tal-eżekuzzjoni tal-piena, talab lill-imsemmi reġistratur sabiex iħassar in-nota msemmija. Din it-talba ġiet miċħuda permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160202">2 ta’ Frar 2016</DATE>. Sussegwentement, l-uffiċċju tal-prosekutur ippreżenta rikors f’dan is-sens quddiem l-Amtsgericht München (qorti tad-distrett ta’ München) li, b’digriet tas-<DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>, ċaħditu bħala inammissibbli. B’hekk, fit-<DATE ISO="20160222">22 ta’ Frar 2016</DATE>, ġie ppreżentat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>rikors immedjat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (<HT TYPE="ITALIC">sofortige Beschwerde</HT>) quddiem il-Landgericht München I (qorti reġjonali ta’ München I) bħala qorti tal-aħħar istanza, kontra dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li s-soluzzjoni tat-tilwima pendenti quddiemha, relattiva għal-legalità tal-kitba tan-nota eżekuttiva fuq id-digriet kriminali inkwistjoni, tiddependi mill-kwistjoni jekk it-terminu ta’ oppożizzjoni bediex jiddekorri min-notifika ta’ dan id-digriet kriminali lill-mandatarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Wara li kkonstatat li, konformement mas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-obbligu, f’ċerti ċirkustanzi, għal persuna mħarrka fil-kuntest ta’ proċedura kriminali li tinnomina mandatarju għall-finijiet li jirċievi n-notifika tad-digriet kriminali li tikkonċernaha huwa<?PAGE NO="7"?> ammess bil-kundizzjoni li din il-persuna tibbenefika effettivament mit-terminu kollu mogħti biex titressaq oppożizzjoni kontra d-digriet kriminali, il-qorti tar-rinviju eżaminat interpretazzjonijiet differenti tal-liġi Ġermaniża inkwistjoni li jippermettu li tiġi sodisfatta din il-kundizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont din, interpretazzjoni inizjali tikkonsisti fil-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni biss mill-mument meta l-persuna mħarrka tkun effettivament ġiet innotifikata bid-digriet kriminali li jikkonċernaha. Madankollu, din l-interpretazzjoni hija, essenzjalment, <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT>, peress li l-liġi Ġermaniża applikabbli tipprovdi kjarament li dan it-terminu jibda jiddekorri min-notifika ta’ dan id-digriet lill-mandatarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>It-tieni interpretazzjoni tikkonsisti f’li titqies <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> bħala inammissibbli kull notifika tad-digrieti kriminali lil mandatarji, liema ħaġa tkun tinvolvi ksur sostanzjali tas-sistema legali Ġermaniża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tat-tielet interpretazzjoni possibbli ta’ din il-liġi, id-dispożizzjonijiet nazzjonali relattivi għar-reintegrazzjoni fid-drittijiet jistgħu jinqraw fid-dawl tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13. B’hekk, l-oppożizzjoni kontra d-digriet kriminali jkollha titqies <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> bħala li tressqet fit-terminu mogħti meta din tkun tressqet, bil-miktub, fi żmien ġimagħtejn mill-mument meta l-persuna kkonċernata effettivament issir taf b’dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-Landgericht München I (qorti reġjonali ta’ München I), għandha dubji dwar jekk din l-aħħar interpretazzjoni hijiex konformi mad-Direttiva 2012/13, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Artikoli 2, 3(1)(c) u 6(1) u (3) tad-[Direttiva 2012/13] għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjonijiet leġiżlattivi ta’ Stat Membru li permezz tagħhom, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali kontra persuna mħarrka li ma għandhiex domiċilju stabbilit jew residenza stabbilita f’dan l-Istat Membru, digriet kriminali kontra tagħha jista’ jiġi nnotifikat lil mandatarju għall-finijiet tan-notifika nnominat mill-persuna mħarrka bil-konsegwenza li, fl-iskadenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni (ta’ ġimagħtejn) li jibda jiddekorri min-notifika lill-mandatarju, id-digriet kriminali jikseb is-saħħa ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, anki jekk, skont id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Istat Membru [msemmi], il-persuna mħarrka, li, fi żmien ġimagħtejn dekorribbli mid-data li fiha hija tkun ħadet konjizzjoni tal-eżistenza tad-digriet kriminali, tressaq, bil-miktub, quddiem il-qorti kompetenti, oppożizzjoni kontra dan id-digriet kriminali, għandha tiġi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> rreintegrata fid-drittijiet tagħha bil-konsegwenza li, b’effett mill-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ reintegrazzjoni fid-drittijiet tagħha, il-proċeduri għandhom jitkomplew bħalkieku l-oppożizzjoni saret fit-terminu stabbilit?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Bid-domandi tagħhom, li għandhom jiġu kkunsidrati flimkien, il-qrati tar-rinviju essenzjalment jistaqsu jekk l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1)(c) kif ukoll l-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, tipprevedi li l-persuna mħarrka li ma għandhiex residenza f’dan l-Istat Membru u lanqas ma għandha post fejn tgħix fiss f’dan tal-aħħar jew fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha hija marbuta li tinnomina mandatarju għall-finijiet li jirċievi n-notifika ta’ digriet kriminali li jikkonċernaha u li t-terminu biex titressaq oppożizzjoni kontra dan id-digriet, qabel ma dan isir eżegwibbli, jibda jiddekorri min-notifika tad-digriet imsemmi lil dan il-mandatarju, fejn madankollu l-persuna kkonċernata tista’ titlob ir-reintegrazzjoni fid-drittijiet jekk din ma kellhiex għarfien effettiv tad-digriet kriminali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 2, 3 u 6 tad-Direttiva 2012/13, in-notifika ta’ digriet kriminali, bħal dik stabbilita mil-liġi Ġermaniża inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha titqies bħala<?PAGE NO="8"?> forma ta’ komunikazzjoni tal-akkuża miġjuba kontra l-persuna kkonċernata, b’tali mod li din għandha tosserva r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu 6 (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Ċertament, id-Direttiva 2012/13 ma tirregolax il-metodi skont liema l-informazzjoni dwar l-akkuża, stabbilita fl-Artikolu 6 tagħha, għandha tiġi kkomunikata lil din il-persuna (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci</NAME.CASE> <NO.CASE>C-216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, dawn il-metodi ma jistgħux jiksru l-għan imfittex b’mod partikolari minn din id-dispożizzjoni, li jikkonsisti, hekk kif jirriżulta wkoll mill-premessa 27 ta’ din id-direttiva, fil-possibbiltà li l-persuni ssuspettati jew il-persuni mħarrka għal reat kriminali jkunu jistgħu jippreparaw id-difiża tagħhom u biex tiżgura n-natura ekwa tal-proċedura (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi li d-digriet kriminali jiġi nnotifikat lill-mandatarju tal-persuna akkużata u li din tal-aħħar tiddisponi minn terminu ta’ ġimagħtejn biex tifforma oppożizzjoni kontra dan id-digriet, liema terminu jibda jiddekorri min-notifika tiegħu lill-mandatarju msemmi. Mal-iskadenza ta’ dan it-terminu, id-digriet isir <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat li kemm l-għan li jikkonsisti f’li l-persuna mħarrka tkun tista’ tipprepara d-difiża tagħha kif ukoll il-ħtieġa li tiġi evitata kull diskriminazzjoni bejn, minn naħa, il-persuni akkużati li għandhom residenza li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi nazzjonali kkonċernata u, min-naħa l-oħra, dawk li r-residenza tagħhom ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, li huma biss huma marbuta li jinnominaw mandatarju għall-finijiet tan-notifika tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, jeżiġu li l-persuna mħarrka jkollha dan it-terminu ta’ oppożizzjoni kollu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, huwa ċertament minnu li, jekk it-terminu ta’ ġimagħtejn inkwistjoni fil-kawża prinċipali jibda jiddekorri mill-mument meta l-persuna mħarrka tkun effettivament taf bid-digriet kriminali, ikun żgurat li din il-persuna jkollha dan it-terminu kollu għad-dispożizzjoni tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 ma jimponix li t-terminu msemmi jibda jiddekorri mill-mument meta l-persuna mħarrka tkun effettivament ġiet innotifikata bid-digriet kriminali li jikkonċernaha. Min-naħa l-oħra, il-proċedura għandu jkollha natura ekwa u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża għandu jiġi żgurat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat li dan ikun il-każ meta, fil-każ fejn leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li t-terminu ta’ oppożizzjoni jibda jiddekorri min-notifika tad-digriet kriminali lill-mandatarju ta’ din il-persuna, it-tul ta’ dan it-terminu ma jitnaqqasx miż-żmien li kien neċessarju għall-mandatarju biex iwassal id-digriet kriminali lid-destinatarju tiegħu, b’tali mod li dan jibbenefika mit-tul kollu ta’ dan it-terminu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Hija għalhekk is-sistema legali interna ta’ kull Stat Membru li għandha tiddetermina l-konsegwenzi legali tal-mogħdija ta’ tali terminu, fosthom, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet li fihom deċiżjoni fil-qasam kriminali ssir definittiva u tikseb karattru eżekutorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>B’hekk, imur manifestament kontra l-għan tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13, imfakkar fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, jekk id-destinatarju ta’ digriet kriminali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jsir definittiv u eżegwibbli, ma jkunx iktar jista’ jopponih, għaliex ma kienx jaf bl-eżistenza u bil-kontenut ta’ dan id-digriet f’mument fejn seta’ jeżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu, peress li, minħabba li l-post fejn jgħix ma huwiex magħruf, dan ma setax jiġi nnotifikat lilu personalment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali sitwazzjoni, id-destinatarju ta’ tali digriet, minflok ma jibbenefika mit-terminu kollu għal oppożizzjoni kontra d-digriet, ikun kompletament imċaħħad minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>B’hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni mħarrka jew issusspettati fil-kuntest ta’ reat kriminali, li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jirċievu n-notifika tal-akkuża miġjuba kontrihom biss fil-mument tal-fażi tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni definittiva ta’ kundanna, iżommu madankollu l-fakultà li jeżerċitaw b’mod sħiħ id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Għal dan il-għan, minn meta persuna mħarrka tkun effettivament ġiet innotifikata b’deċiżjoni kriminali li tikkonċernaha, din għandha titpoġġa fl-istess sitwazzjoni li kienet tkun fiha kieku d-deċiżjoni msemmija ġiet innotifikata lilha personalment u għandha, b’mod partikolari, tkun tista’ tibbenefika mit-terminu ta’ oppożizzjoni b’mod sħiħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jippreċiżaw il-qrati tar-rinviju, għalkemm il-liġi nazzjonali tipprevedi li digriet kriminali jsir definittiv mal-iskadenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni, li jibda jiddekorri min-notifika tad-digriet lill-mandatarju tal-persuna akkużata, din tippermetti wkoll lil din il-persuna li titlob li reintegrazzjoni fid-drittijiet tagħha u li b’hekk tibbenefika, minħabba dan, minn terminu tal-istess tul biex tippreżenta oppożizzjoni għal dan id-digriet, mill-mument meta l-persuna kkonċernata tkun saret taf bih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>B’hekk, huma l-qrati tar-rinviju li għandhom jinterpretaw il-liġi nazzjonali, u b’mod partikolari l-proċedura ta’ reintegrazzjoni fid-drittijiet u l-kundizzjonijiet li huwa suġġetti għalihom l-eżerċizzju ta’ din il-proċedura, b’mod konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi preliminari għandha tkun li l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1)(c) kif ukoll l-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, tipprevedi li l-persuna mħarrka li ma għandhiex residenza f’dan l-Istat Membru u lanqas ma għandha post fejn tgħix fiss f’dan tal-aħħar jew fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha hija marbuta li tinnomina mandatarju għall-finijiet li jirċievi n-notifika ta’ digriet li jikkonċernaha u li t-terminu biex titressaq oppożizzjoni kontra dan id-digriet, qabel ma dan isir eżegwibbli, jibda jiddekorri min-notifika tad-digriet imsemmi lil dan il-mandatarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 jeżiġi li, fl-eżekuzzjoni tad-digriet kriminali, minn meta l-persuna kkonċernata tkun effettivament ġiet innotifikata b’dan id-digriet, din għandha titpoġġa fl-istess sitwazzjoni li kienet tkun fiha kieku d-deċiżjoni msemmija ġiet innotifikata lilha personalment u, b’mod partikolari, din għandha tibbenefika mit-terminu ta’ oppożizzjoni kollu, jekk ikun il-każ, billi tibbenefika minn reintegrazzjoni fid-drittijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li l-proċedura nazzjonali ta’ reintegrazzjoni fid-drittijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet li huwa suġġett għalihom l-eżerċizzju ta’ din il-proċedura jiġu applikati b’mod konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u li din il-proċedura tippermetti b’hekk l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li jistabbilixxi l-imsemmi Artikolu 6.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1)(c) kif ukoll l-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE>, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, tipprevedi li l-persuna mħarrka li ma għandhiex residenza f’dan l-Istat Membru u lanqas ma għandha post fejn tgħix fiss f’dan tal-aħħar jew fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha hija marbuta li tinnomina mandatarju għall-finijiet li jirċievi n-notifika ta’ digriet li jikkonċernaha u li t-terminu biex titressaq oppożizzjoni kontra dan id-digriet, qabel ma dan isir eżegwibbli, jibda jiddekorri min-notifika tad-digriet imsemmi lil dan il-mandatarju.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Madankollu, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 jeżiġi li, fl-eżekuzzjoni tad-digriet kriminali, minn meta l-persuna kkonċernata tkun effettivament ġiet innotifikata b’dan id-digriet, din għandha titpoġġa fl-istess sitwazzjoni li kienet tkun fiha kieku d-deċiżjoni msemmija ġiet innotifikata lilha personalment u, b’mod partikolari, din għandha tibbenefika mit-terminu ta’ oppożizzjoni kollu, jekk ikun il-każ, billi tibbenefika minn reintegrazzjoni fid-drittijiet.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li l-proċedura nazzjonali ta’ reintegrazzjoni fid-drittijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet li huwa suġġett għalihom l-eżerċizzju ta’ din il-proċedura jiġu applikati b’mod konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u li din il-proċedura tippermetti b’hekk l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li jistabbilixxi l-imsemmi Artikolu 6.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>