|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2205 |
5.11.2025 |
DIRETTIVA (UE) 2025/2205 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Ottubru 2025
dwar il-liċenzji tas-sewqan, li temenda r-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Fl-2017, f'Malta, il-Kunsill informali tat-Trasport qabel li l-għadd persistentement għoli ta' mwiet u ta' korrimenti gravi tat-traffiku jikkostitwixxi problema soċjetali kbira, u stabbilixxa l-mira li sal-2030 inaqqas l-għadd ta' korrimenti gravi fl-Unjoni bin-nofs. Id-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta dwar is-Sikurezza fit-Toroq mill-Ministri għat-Trasport tal-Istati Membri tal-Unjoni tad-29 ta' Marzu 2017 appellat lill-Kummissjoni biex tħejji politika msaħħa tal-Unjoni dwar is-sikurezza fit-toroq u qafas legali għad-deċennju li kellu jibda fl-2020 li jinkludi l-mira ambizzjuża fit-tul li l-għadd ta' mwiet iqarreb lejn iż-żero sal-2050, waqt li jsaħħaħ il-protezzjoni tal-utenti tat-toroq, b'mod partikolari l-utenti vulnerabbli tat-toroq, li huma l-aktar ta' spiss il-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku. L-isforzi magħmula qabel mill-awtoritajiet pubbliċi rriżultaw fi tnaqqis fl-imwiet mit-traffiku minn 51 400 fl-2001 għal 19 800 fl-2021. Madankollu, dawk iċ-ċifri ma laħqux il-mira tal-Unjoni ta' tnaqqis ta' 75 % fl-imwiet tat-traffiku bejn l-2001 u l-2020, u mbagħad il-progress li sar lejn it-tnaqqis bin-nofs tal-għadd ta' mwiet bħal dawn matul l-ewwel deċennju staġna. L-Unjoni hija impenjata li kemm jista' jkun, sal-2050 tqarreb l-għadd ta' vittmi ta' inċidenti tat-traffiku lejn iż-żero. Il-Komunikazzjoni tad-9 ta' Diċembru 2020 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (l-“Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti”) tagħti l-istrateġija “Viżjoni Żero” marbuta ma' dak l-għan. |
|
(2) |
Ir-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan huma elementi essenzjali tal-politika tat-trasport komuni, jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, u jiffaċilitaw il-moviment liberu ta' persuni li jittrażlokaw fi Stat Membru li ma jkunx dak li joħroġ il-liċenzja tas-sewqan. Minħabba l-importanza ta' mezzi ta' trasport individwali, il-pussess ta' liċenzja tas-sewqan rikonoxxuta debitament minn Stat Membri ospitanti tippromwovi u tiffaċilita l-moviment liberu u l-libertà ta' stabbiliment tal-persuni. Bl-istess mod, kwalunkwe kisba illegali ta' dokument bħal dan jew id-dritt ta' sewqan, jew it-telf ta' liċenzja tas-sewqan miksuba b'mod leġittimu permezz ta' mġiba illegali, taffettwa mhux biss lill-Istat Membru li fih ikun twettaq ksur bħal dan, iżda wkoll lis-sikurezza fit-toroq madwar l-Unjoni. |
|
(3) |
Il-qafas stabbilit bid-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jenħtieġ li jiġi aġġornat biex ikun adatt għall-era l-ġdida, sostenibbli, inklużiv, intelliġenti u reżiljenti. Jenħtieġ li jqis il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-konsum tal-enerġija mit-trasport, fost l-oħrajn b'aktar użu ta' vetturi ta' fjuwil alternattiv, u d-diġitalizzazzjoni, ix-xejriet demografiċi u l-iżviluppi teknoloġiċi sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. B'mod partikolari, fir-rigward ta' xi vetturi ta' fjuwil alternattiv, il-massa akbar tagħhom meta mqabbla mal-vetturi konvenzjonali jenħtieġ li tiġi riflessa fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan. Huwa importanti li jiġu ssimplifikati u diġitalizzati l-proċeduri amministrattivi sabiex jitneħħew l-ostakli li jifdal, bħall-piż amministrattiv, għall-moviment liberu ta’ persuni li jkunu sewwieqa li jittrażlokaw fi Stat Membru li ma jkunx dak li joħroġ il-liċenzja tas-sewqan. Qafas armonizzat tal-Unjoni għal-liċenzji tas-sewqan standard jenħtieġ li jinkludi kemm il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi kif ukoll il-liċenzji tas-sewqan diġitali (liċenzji tas-sewqan “mobbli”) fil-kategoriji kollha, u jipprevedi r-rikonoxximent reċiproku tagħhom, fejn ikunu nħarġu kif xieraq f'konformità ma' din id-Direttiva. |
|
(4) |
Il-Komunità Ewropea introduċiet l-ewwel liċenzja tas-sewqan fiżika li kienet “mudell Komunitarju” fl-4 ta' Diċembru 1980. Minn dak iż-żmien, ir-regoli relatati mal-mudell Komunitarju saru l-pedament tal-aktar strutturi avvanzati tal-liċenzji tas-sewqan fid-dinja, li jkopru aktar minn 250 miljun sewwieq. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva tibni fuq l-esperjenza u l-prattika akkumulati u tistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-istandards tal-Unjoni għal-liċenzji tas-sewqan fiżiċi. Il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi maħruġa fl-Unjoni jenħtieġ li, b'mod partikolari, jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni, permezz ta' miżuri kontra l-falsifikazzjoni, u l-possibbiltà li jiġu inkorporati mikroċipep jew kodiċijiet QR. |
|
(5) |
Kwalunkwe pproċessar ta' data personali għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jikkonforma mal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(6) |
Din id-Direttiva tistabbilixxi bażi legali għall-ħżin ta' sett obbligatorju ta' data personali f'liċenzji tas-sewqan fiżiċi u l-mikroċipep jew l-kodiċijiet QR tagħhom, u fil-liċenzji tas-sewqan mobbli, għall-fini li jiġi ppruvat u vverifikat id-dritt ta' persuna li ssuq u l-identità tagħha, sabiex jiġi ggarantit livell għoli ta' sikurezza fit-toroq madwar l-Unjoni. Tali data jenħtieġ li tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ bħala prova tad-dritt ta' persuna li ssuq, għall-identifikazzjoni ta' dik il-persuna, u għall-verifika tad-dritt tas-sewqan u tal-identità ta' dik il-persuna. Il-ħżin u pproċessar ieħor ta' dik id-data jeħtieġ li jikkonformaw, b'mod partikolari, mal-Artikolu 6(1), il-punt (e), u, fir-rigward tad-data bijometrika, mal-Artikolu 9(2), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2016/679. Din id-Direttiva tipprevedi wkoll salvagwardji addizzjonali biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali żvelata lil verifikatur matul il-proċess ta' verifika, u miżmuma minnu. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-verifikatur ikun jista' jżomm tali data biss jekk ikun awtorizzat jagħmel dan mid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali; pereżempju, uffiċjal tal-pulizija jista' jkun awtorizzat jinkludi data dwar il-liċenzji tas-sewqan f'rapport tal-pulizija, jew kumpanija tal-kiri tista' tkun awtorizzata timla d-data dwar il-liċenzja tas-sewqan f'kuntratt ta' kiri ta' vettura. |
|
(7) |
Sabiex tiġi prevista ċ-ċarezza ġuridika, u biex tiġi ggarantita t-tranżizzjoni mingħajr xkiel bejn din id-Direttiva u d-Direttiva 2006/126/KE, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħżnu data personali addizzjonali fuq mikroċippa, jekk dan ikun previst fid-dritt nazzjonali li jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679. Madankollu, din id-Direttiva minnha nfisha ma tagħtix bażi legali għall-inklużjoni ta' tali data addizzjonali. |
|
(8) |
Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-kodiċi QR li għandu jiġi stabbilit b'din id-Direttiva jippermetti l-verifika tal-awtentiċità tal-informazzjoni stampata fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika. Madankollu, ma għandux jagħmilha possibbli li tinħażen informazzjoni addizzjonali għal dik fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika. |
|
(9) |
Din id-Direttiva ma tagħtix bażi legali għall-istabbiliment jew għaż-żamma ta' bażijiet tad-data fil-livell nazzjonali għall-ħżin ta' data bijometrika fl-Istati Membri, li hija kwistjoni tad-dritt nazzjonali, li jrid jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tagħtix bażi legali għall-istabbiliment jew għaż-żamma ta' bażi tad-data bijometrika ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni. |
|
(10) |
It-trasformazzjoni diġitali hija waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni. Fil-każ tat-trasport bit-triq, tikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli amministrattivi li fadal għall-moviment liberu tal-persuni, bħal dawk relatati mal-ħin meħtieġ biex jinħarġu l-liċenzji tas-sewqan fiżiċi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit standard separat tal-Unjoni għal-liċenzji tas-sewqan mobbli maħruġa fl-Unjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata d-diġitalizzazzjoni, il-liċenzji tas-sewqan mobbli jenħtieġ li jkunu l-format prestabbilit maħruġ lill-applikanti b'effett minn data 54 xahar mid-data tal-adozzjoni tal-ewwel wieħed mill-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-introduzzjoni tal-liċenzji tas-sewqan mobbli, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikant li jikseb il-liċenzja tas-sewqan f'format fiżiku jew fiż-żewġ formati permezz tal-istess applikazzjoni unika fl-istess ħin. L-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li joħorġu liċenzji tas-sewqan mobbli qabel id-data meta l-format mobbli jsir il-format prestabbilit. |
|
(11) |
F'konformità mal-għan tat-trasformazzjoni diġitali li ċittadini ma jitħallewx jibqgħu lura, kif espress fid-Dikjarazzjoni Ewropea tal-2023 dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali, huwa imperattiv li ċ-ċittadini jibqa' jkollhom id-dritt li jitolbu liċenzja tas-sewqan f'format fiżiku flimkien mal-liċenzja tas-sewqan f'format diġitali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-applikant bil-liċenzja tas-sewqan f'format fiżiku, fuq talba tal-applikant, mingħajr dewmien żejjed u b'mod ġenerali fi żmien tliet ġimgħat, meta l-applikant diġà jkollu l-format diġitali tal-liċenzja tas-sewqan ta' dak l-Istat Membru li jattesta d-drittijiet tas-sewqan ta’ dak l-applikant. Barra minn hekk, f'sitwazzjonijiet urġenti, fejn ir-riċevuta tardiva tal-liċenzja tas-sewqan fiżika twassal għal ħsara sproporzjonata għall-applikanti, l-Istati Membri huma mħeġġa jipprevedu l-possibbiltà li tintuża proċedura ta' emerġenza, li permezz tagħha tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan fiżika fi kwistjoni ta' jiem bi skambju għal żieda proporzjonata fit-tariffi amministrattivi rilevanti. |
|
(12) |
Il-liċenzja tas-sewqan mobbli jenħtieġ li ma jkunx fiha biss l-informazzjoni rrapportata fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika, iżda anke informazzjoni li tippermetti l-verifika tal-awtentiċità ta' dik id-data. Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat li anke fil-każ ta' verifika, l-ammont ta' data personali disponibbli jkun ristrett għal dak li jiġi rrapportat fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika u dak li huwa strettament meħtieġ għall-verifika tal-awtentiċità ta' tali data. Barra minn hekk, sakemm ma jkunx permess skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, id-data meħtieġa għall-verifika jenħtieġ li ma tinżammx wara li tkun saret il-verifika. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-liċenzji tas-sewqan fiżiċi u mobbli maħruġa lill-istess persuna jkunu ekwivalenti fir-rigward tad-drittijiet u l-kundizzjonijiet li taħthom dik il-persuna tkun awtorizzata ssuq, u fir-rigward tad-durata tal-validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan, kif jinsab f'din id-Direttiva. |
|
(13) |
L-Istati Membri huma kompetenti li jistabbilixxu r-regoli nazzjonali tagħhom stess li jirrikjedu l-ħlas ta' tariffa għall-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu l-attenzjoni meħtieġa biex ma jinfluwenzawx l-għażla libera taċ-ċittadini fir-rigward tal-formati tal-liċenzji tas-sewqan billi jistabbilixxu tariffi amministrattivi sproporzjonati li jiffavorixxu bla bżonn format wieħed fuq l-ieħor. |
|
(14) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jaħdmu flimkien lejn l-użu dinji u r-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan mobbli. Dan jista' jinvolvi emendi għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Trasport Motorizzat tal-24 ta' April 1926, il-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar it-Traffiku fit-Toroq tad-19 ta' Settembru 1949 u l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar it-Traffiku fit-Toroq tat-8 ta' Novembru 1968. Il-Kummissjoni tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tgħin lill-Istati Membri f'dak ir-rigward, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-interoperabbiltà li jippermettu r-rikonoxximent mifrux tal-liċenzji tas-sewqan mobbli tal-Unjoni. Bħala l-ewwel pass f'dak il-proċess, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-iżviluppi rilevanti f'pajjiżi terzi meta tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar il-liċenzji tas-sewqan mobbli. |
|
(15) |
L-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti tagħti viżjoni lill-Unjoni biex ittejjeb b'mod sinifikanti s-sostenibbiltà tal-mobbiltà u t-trasport. L-emissjonijiet mis-settur tat-trasport bit-triq jinkludu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, is-sustanzi niġġiesa tal-arja, l-istorbju u l-mikroplastiċi mill-użu tat-tajers u tat-toroq. L-istil ta' sewqan jaffettwa l-kwantità ta’ tali emissjonijiet, li jistgħu jħallu impatti negattivi fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, jenħtieġ li t-testijiet tas-sewqan jiggarantixxu li t-taħriġ tas-sewwieqa jippermettilhom inaqqsu l-impatt tagħhom fuq l-emissjonijiet, inkluż permezz tas-sewqan ekoloġiku, kif ukoll biex iħejjihom isuqu vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi. |
|
(16) |
Sabiex iċ-ċittadini u r-residenti jkunu jistgħu jgawdu direttament mill-benefiċċji tas-suq intern mingħajr ma jġarrbu piż amministrattiv addizzjonali bla bżonn, ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jipprevedi l-aċċess għal proċeduri online rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern, inkluż għall-utenti transfruntieri. L-informazzjoni dwar l-akkwist u t-tiġdid ta' liċenzja tas-sewqan diġà hija koperta fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. L-Anness II ta' dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat, sabiex jiġi żgurat li utenti li jsegwu proċedura amministrattiva relatata mal-liċenzji tas-sewqan jibbenifikaw minn proċeduri kompletament online. |
|
(17) |
Il-liċenzji tas-sewqan jenħtieġ li jiġu kkategorizzati skont it-tipi ta' vetturi li jindikaw id-dritt ta' sewqan għalihom. Tali kategorizzazzjoni jenħtieġ li ssir b'mod ċar u koerenti, b'rispett sħiħ tal-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi kkonċernati u l-ħiliet meħtieġa biex dawn jinstaqu. |
|
(18) |
F'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità tat-13 ta' Diċembru 2006, li għaliha l-Unjoni ilha Parti mill-21 ta' Jannar 2011, jenħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi biex ikun aktar faċli għall-persuni b'diżabilità li jsuqu l-vetturi. Barra minn hekk, mingħajr ma jnaqqsu l-istandards minimi dwar l-idoneità għas-sewqan u l-ħiliet tas-sewqan stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri mħeġġa jaqdu l-bżonnijiet speċjali tal-persuni b'diżabbiltà u jiffaċilitaw l-opportunitajiet tagħhom li jiksbu u jkollhom liċenzja tas-sewqan. Għaldaqstant, bil-qbil minn qabel tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jeskludu mill-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan skont din id-Direttiva ċerti tipi speċifiċi ta' vetturi awtopropulsivi għat-triq. |
|
(19) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ikomplu jeskludu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva tipi ta' vetturi użati mill-forzi armati u l-korpi tad-difiża ċivili, jew li jkunu taħt il-kontroll tagħhom, minħabba n-natura speċifika tal-operazzjonijiet imwettqa minn tali forzi u korpi u tal-vetturi użati. |
|
(20) |
L-età minima tal-applikanti għall-kategoriji varji ta' liċenzji tas-sewqan jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli għal Stati Membri li jistabbilixxu età minima akbar għas-sewqan ta' ċerti kategoriji ta' vetturi sabiex is-sikurezza fit-toroq tiġi promossa aktar. Jenħtieġ li l-Istati Membri, għal ċerti kategoriji u fuq bażi eċċezzjonali, jitħallew jistabbilixxu etajiet minimi aktar baxxi sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tas-sewqan tal-brigata tat-tifi tan-nar, il-protezzjoni ċivili u l-vetturi tas-salvataġġ, kif ukoll il-vetturi użati għall-fini taż-żamma tas-sikurezza pubblika u l-ordni pubbliku. |
|
(21) |
Il-vetturi ta' emerġenza, jiġifieri l-vetturi użati għal skopijiet taż-żamma tas-sikurezza pubblika u l-ordni pubbliku, fost l-oħrajn biex tingħata għajnuna immedjata waqt emerġenzi naturali jew ikkawżati mill-bniedem, bħall-vetturi tal-pulizija, l-ambulanzi, il-vetturi tal-protezzjoni ċivili u tas-salvataġġ, jew il-vetturi użati fit-tifi tan-nar, jista' jkollhom karatteristiċi partikolari, bħall-fatt li jkunu itqalminħabba tagħmir speċjali, u jista' jkollhom bżonn jibbenefikaw minn ċerti derogi mir-regoli ġenerali għal liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B sabiex jirrispondu b'mod effiċjenti għal sitwazzjonijiet ta' kriżi u għal ħtiġijiet ta' salvataġġ. Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati ostakli potenzjali għaċ-ċirkolazzjoni transfruntiera ta' tali vetturi waqt li jkunu qed jintużaw f'interventi transfruntiera f'diversi reġjuni fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jawtorizzaw, b'mod temporanju jew indefinit, lil dawk il-vetturi ta' emerġenza li jkunu qed jinstaqu fit-territorji tagħhom b'liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri mħeġġa jirrikonoxxu b'mod reċiproku l-miżuri nazzjonali, sabiex l-operazzjonijiet ta' emerġenza transfruntiera ma jiġux imxekkla jew penalizzati. |
|
(22) |
Sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tal-mobbiltà tar-residenti żgħażagħ tal-Istati Membri, bħall-ħtieġa li jsuqu distanzi twal f'żoni b'popolazzjoni skarsa u b'nuqqas ta' mezzi alternattivi xierqa ta' mobbiltà personali, jenħtieġ li l-Istati Membri, wara l-qbil minn qabel tal-Kummissjoni, ikunu jistgħu jnaqqsu l-età minima għal 15-il sena għall-ħruġ ta' liċenzji tas-sewqan limitati għat-territorji tagħhom stess għas-sewqan ta' ċerti tipi ta' vetturi tal-kategorija B1. Importanti li tali tnaqqis tal-età minima ma jħallix effett negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq. Għalhekk, jenħtieġ li qabel ma l-Kummissjoni taqbel ma' dan, tivvaluta kif xieraq l-impatt fuq is-sikurezza fit-toroq ta' tali tnaqqis tal-età minima, filwaqt li tqis kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta mill-esperti tal-Istati Membri. |
|
(23) |
Età minima adegwata għal-liċenzji tas-sewqan f'kull kategorija, li tiffaċilita kemm l-indipendenza tal-mobbiltà tas-sewwieqa żgħażagħ kif ukoll l-aċċess f'waqtu tagħhom għas-sewqan professjonali, flimkien ma' kundizzjonijiet aktar stretti għas-sewwieqa ġodda, fost l-oħrajn fir-rigward tal-konsum tal-alkoħol b'rabta mas-sewqan, tista' tkun ta' benefiċċju għas-sikurezza fit-toroq. Jenħtieġ li l-etajiet minimi ma jitnaqqsux għad-detriment tas-sikurezza fit-toroq. |
|
(24) |
Jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta' stadji, jiġifieri sistema li tistabbilixxil-intitolament għal liċenzja tas-sewqan f'kategorija speċifika bħala prerekwiżit għall-applikant biex ikun eliġibbli li jkollu ċerti kategoriji oħra ta' liċenzji tas-sewqan, u jenħtieġ li jiġu stabbiliti ekwivalenzi bejn il-kategoriji, inkluż, fejn xieraq, perjodu minimu ta' esperjenza qabel tali eliġibbiltà. Tali sistema jenħtieġ li tkun vinkolanti fuq l-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw ċerti ekwivalenzi bejniethom fit-territorji rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu wkoll ċerti ekwivalenzi limitati fit-territorju tagħhom. |
|
(25) |
Il-preżenza akbar ta' vetturi ta' fjuwil alternattiv hija kruċjali għat-tranżizzjoni ekoloġika. Jenħtieġ li f'din id-Direttiva titqies il-possibbiltà li mudelli ġodda ta' massa miżjuda tal-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan B u BE jkunu disponibbli. Għalhekk, jenħtieġ li d-detenturi tal-liċenzja tas-sewqan B jew BE jkunu permessi, soġġett għall-esperjenza fis-sewqan miksuba fil-kategorija tagħhom, isuqu vetturi bil-mutur, kemm għal skopijiet li jsuqu persuni kif ukoll merkanzija, li jaħdmu kompletament jew parzjalment bi fjuwils alternattivi, li jaqbżu massa awtorizzata massima ta’ 3 500 kg. |
|
(26) |
Id-dritt għal liċenzja tas-sewqan huwa garanzija tal-libertà tal-moviment u jiffaċilita l-parteċipazzjoni fil-ħajja ekonomika u soċjali, li huma ta' importanza partikulari f'żoni rurali u inqas urbanizzati b'network tat-trasport pubbliku limitat. Għall-anzjani, il-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew il-persuni b'diżabbiltà, it-trasport individwali huwa element importanti fl-appoġġ tal-mobbiltà tagħhom. Il-valutazzjoni tal-idoneità ta' sewwieq li jsuq b'mod sikur jenħtieġ li ssir abbażi ta' kriterji speċifiċi, filwaqt li titqies b'mod partikolari l-kundizzjoni medika tas-sewwieq skont ir-riżultati oġġettivi ta' eżamijiet u, fejn applikabbli, testijiet. Id-deċiżjonijiet dwar il-kanċellazzjoni, l-irtirar, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni tal-liċenzji tas-sewqan jenħtieġ li jittieħdu fuq bażi individwali u jenħtieġ li ma jirriżultawx f'diskriminazzjoni, speċjalment minħabba l-età. |
|
(27) |
Għall-finijiet tas-sikurezza fit-toroq, huwa meħtieġ li jiġu aġġornati r-rekwiżiti minimi armonizzati li għandhom jiġu ssodisfati mill-applikant qabel ma tkun tista' tinħareġ liċenzja tas-sewqan. Jenħtieġ li dan jinkludi l-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba marbuta mas-sewqan tal-vetturi awtopropulsivi għat-triq, it-test tas-sewqan, u l-istandards minimi tal-idoneità fiżika u mentali għas-sewqan ta' tali vetturi. |
|
(28) |
Minħabba d-disponibbiltà u l-użu dejjem jiżdiedu tas-sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieqa u sistemi ta' sewqan awtomatizzat, jeħtieġ li fit-testijiet tat-teorija jiġu inklużi rekwiżiti marbuta ma' dawk is-sistemi sabiex jiġi żgurat l-għarfien ġenerali tas-sewwieqa dwar il-vantaġġi, il-limitazzjonijiet u r-riskji assoċjati ma' tali sistemi. Dak ir-rekwiżit ta' għarfien jenħtieġ li jkopri, b'mod partikolari, il-qasam tal-użu tas-sistemi ta' sewqan awtomatizzat, l-eżistenza ta' talbiet ta' teħid ta' kontroll mis-sistemi ta' sewqan awtomatizzat u l-obbligi sussistenti tas-sewwieq waqt li s-sistemi ta' sewqan awtomatizzat ikunu attivati. |
|
(29) |
Jenħtieġ li tingħata prova ta' konformità mal-istandards minimi tal-idoneità fiżika u mentali meta tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan, u perjodikament wara dan. Dan il-monitoraġġ regolari f'konformità mar-regoli nazzjonali ta' konformità ma' standards minimi, jikkontribwixxi għall-moviment liberu ta' persuni, jevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jqis ir-responsabbiltajiet speċifiċi tas-sewwieqa. Ir-regoli nazzjonali ta' konformità mal-istandards minimi jenħtieġ li jikkonsistu f'eżami mediku fil-ħruġ u fit-tiġdid ta' liċenzja tas-sewqan. Dak l-eżami jista' jitwettaq minn tobba tal-familja jew minn kwalunkwe awtorità medika kompetenti oħra jew professjonist fis-settur tas-saħħa, kif stabbilit fid-dritt ta' kull Stat Membru. |
|
(30) |
Il-vista adegwata hija kundizzjoni essenzjali biex tiġi żgurata l-idoneità fiżika għas-sewqan. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikanti kollha għal liċenzja tas-sewqan jgħaddu minn valutazzjoni xierqa biex jiġi żgurat li jkollhom akutezza viżiva adegwata inkluż, fejn meħtieġ, eżami ulterjuri tal-kamp ta' viżjoni minn professjonist kompetenti tal-vista awtorizzat mid-dritt nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew imorru lil hinn minn dan ir-rekwiżit, billi jirrikjedu l-istess proċedura meta jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan. In-notazzjoni deċimali għall-akutezza viżiva tipprovdi standard rikonoxxut internazzjonalment għall-komparabbiltà fl-istabbiliment tal-vista. |
|
(31) |
Għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta' ċerti kategoriji ta' liċenzji tas-sewqan, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li, minflok ma jirrikjedu eżami mediku, jirrikjedu li l-applikant jew id-detentur ta' liċenzja tas-sewqan jipprovdi awtovalutazzjoni bil-miktub jew b'mezzi elettroniċi, li d-diżinn tagħha jista' jkun orjentat lejn ir-riskju. Madankollu, l-aħjar rakkomandazzjoni tkun li l-Istati Membri jinkludu eżamijiet mediċi tal-anqas bħala parti mill-ewwel proċedura ta' ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan, biex jivvalutaw b'mod eżawrjenti l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u fid-dritt nazzjonali. |
|
(32) |
Wara li tkun inħarġet liċenzja tas-sewqan, jenħtieġ li l-Istati Membri, minflok ma jirrikjedu eżami mediku jew awtovalutazzjoni mat-tiġdid, ikunu jistgħu jistabbilixxu sistema li tiżgura reazzjoni għall-bidliet fl-idoneità fiżika jew mentali tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan. B'rikonoxximent tad-diversità fl-organizzazzjoni tas-sistemi u l-prattiċi nazzjonali tas-saħħa fir-rigward tal-koordinazzjoni effettiva tagħhom mal-awtoritajiet tal-liċenzji għall-ħruġ u t-tiġdid, tali sistema tista' tieħu forom differenti, bil-prinċipju ewlieni jkun li l-awtoritajiet mediċi jew tal-liċenzji jenħtieġ li jorbtu l-kundizzjonijiet mediċi tad-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan mal-idoneità u l-permess tagħhom li jsuqu. Din ir-reazzjoni mill-awtoritajiet mediċi jew tal-liċenzji tista' tkun ibbażata wkoll fuq il-valutazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tad-detentur ta' liċenzja tas-sewqan abbażi ta' obbligu ġenerali impost fuq id-detenturi kollha ta' liċenzja tas-sewqan li jiddikjaraw l-istat tas-saħħa tagħhom li huwa rilevanti għas-sewqan, li jwassal għal riferiment għand speċjalista, projbizzjoni tas-sewqan espressa minn tabib, jew, wara dan kollu, l-irtirar, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni tal-liċenzja tas-sewqan. |
|
(33) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi wkoll li jikkombinaw tali miżuri sabiex iżidu l-effiċjenza tagħhom, u li japplikaw standards relatati mal-idoneità għas-sewqan aktar stretti mill-istandards minimi stabbiliti f'din id-Direttiva. |
|
(34) |
Il-progress li sar dan l-aħħar fit-teknoloġija medika żied is-sikurezza fit-toroq billi indirizza r-riskji assoċjati mas-sewqan b'ċerti kundizzjonijiet mediċi. Innovazzjonijiet bħal sistemi ta' monitoraġġ kontinwu tal-glukożju għal individwi bid-dijabete jippermettu ġestjoni effettiva u f'ħin reali tal-kundizzjoni tagħhom, filwaqt li jnaqqsu r-riskji marbuta mas-sewqan. Dawk it-teknoloġiji qed jevolvu malajr, u jiżguraw kontroll aħjar ta' problemi mediċi, waqt li jkomplu jtejbu s-sikurezza fit-toroq. |
|
(35) |
Minħabba studji li qed isiru fuq diversi patoloġiji li jġorru riskju ta' ngħas u ħedla eċċessivi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibda rieżami tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva marbuta mas-sindromu ta' apnea ostruttiva tal-irqad, ladarba jitlestew biżżejjed studji u dawn ikunu disponibbli għall-komunità xjentifika. Minħabba l-progress xjentifiku li sar fit-trattament ta' insuffiċjenza fil-vista, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibda wkoll rieżami tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li huma relatati ma' dik il-kundizzjoni. |
|
(36) |
Sabiex jiġu żgurati drittijiet uniformi madwar l-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza fit-toroq, il-liċenzji tas-sewqan tal-kategoriji AM, A1, A2, A, B1, B u BE jenħtieġ li jkollhom validità amministrattiva ta' 15-il sena, filwaqt li liċenzji tas-sewqan tal-kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E jenħtieġ li jkollhom validità amministrattiva ta' ħames snin. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew japplikaw perjodu ta' validità ta' 10 snin minflok 15-il snin jekk il-liċenzja tas-sewqan tintuża wkoll bħala dokument ta' identifikazzjoni personali. Skont il-qafas diġà fis-seħħ, li jippermetti lill-Istati Membri jżidu l-frekwenza tat-tiġdid maż-żieda fl-età, it-tul ta' validità ġenerali jista' jitnaqqas abbażi ta' fatturi oġġettivi b'rabta ġenerali mal-kundizzjonijiet fiżiċi u mentali medji tas-sewwieqa, bħall-età, u jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddefinixxu perjodi ta' validità iqsar minn dawk previsti f'din id-Direttiva f'każijiet eċċezzjonali, kif stabbiliti minn din id-Direttiva. |
|
(37) |
Korsijiet ta' aġġornament għal sewwieqa b'esperjenza jistgħu jtejbu s-sikurezza fit-toroq billi jissensibilizzaw, u billi jirrikjedu li s-sewwieqa jiksbu esperjenza addizzjonali f'teknoloġiji ġodda, bħal sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieqa u sistemi tas-sewqan awtomatizzati. F'dan il-kuntest, kif ukoll fil-kuntest tat-taħriġ tas-sewwieqa qabel ma tinħareġ liċenzja tas-sewqan, l-użu ta' simulaturi jista' jkun utli biex jittejbu l-ħiliet importanti tas-sewqan, bħar-reazzjoni għal kundizzjonijiet avversi u xenarji ta' emerġenza. |
|
(38) |
F'kuntest ta' diġitalizzazzjoni u awtomatizzazzjoni gradwali, ta' rekwiżiti dejjem aktar stretti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fir-rigward tat-trasport bit-triq, kif ukoll ta' progress teknoloġiku kontinwu li sar fir-rigward tal-vetturi awtopropulsivi għat-triq, huwa meħtieġ li s-sewwieqa kollha jinżammu aġġornati dwar teknoloġiji ġodda, u s-sikurezza u s-sostenibbiltà fit-toroq. Il-promozzjoni mill-Istati Membri ta' taħriġ tul il-ħajja għas-sewwieqa, pereżempju billi tiġi offruta attendenza f'korsijiet ta' sewqan sikur b'feedback, tista' tikkontribwixxi għal mobbiltà aktar inklużiva. Tali taħriġ tul il-ħajja jista' jaqdi rwol kruċjali biex il-ħiliet tas-sewwieqa b'esperjenza jinżammu aġġornati f'termini ta' sikurezza fit-toroq, teknoloġiji ġodda u l-bidliet fil-massa tal-vetturi, li jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u jnaqqsu l-emissjonijiet, u l-kontroll tal-veloċità. |
|
(39) |
Sabiex l-Istati Membri u f'każijiet debitament ġustifikati l-Unjoni kollha kemm hi jkunu jistgħu jirreaġixxu għall-kriżijiet li jagħmluha impossibbli għall-awtoritajiet nazzjonali li jġeddu l-liċenzji tas-sewqan li l-validità tagħhom kieku tiskadi, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi estiża l-validità amministrattiva ta' tali liċenzji tas-sewqan. Tali estensjoni jenħtieġ li tkun possibbli biss għal tul ta' żmien li jkun strettament meħtieġ. |
|
(40) |
Il-prinċipju ta' “individwu wieħed - liċenzja waħda” jenħtieġ li jipprevjeni lil kwalunkwe persuna li jkollha aktar minn liċenzja tas-sewqan waħda. Il-prinċipju jenħtieġ li jiġi estiż ukoll biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tekniċi tal-liċenzji tas-sewqan mobbli, peress li detentur jista' jitlob il-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan fiżika minflok liċenzja tas-sewqan mobbli, jew flimkien magħha, u jista' juri liċenzja tas-sewqan mobbli fuq diversi apparati elettroniċi. |
|
(41) |
Għal raġunijiet marbuta mas-sikurezza fit-toroq, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom għall-kanċellazzjoni, l-irtirar, is-sospensjoni u t-tiġdid ta' liċenzji tas-sewqan lid-detenturi kollha ta' liċenzja tas-sewqan li jkunu ttrażlokaw fit-territorju tagħhom. |
|
(42) |
Is-sewwieqa li jkollhom liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-Istat Membru fejn jirrisjedu, wara l-iskambju ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiż terz, jenħtieġ li jkunu intitolati li jsuqu madwar l-Unjoni daqslikieku kisbu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom oriġinarjament fl-Unjoni. Dan jikkontribwixxi għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni. |
|
(43) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tidentifika l-pajjiżi terzi li jiżguraw livell ta' sikurezza fit-toroq komparabbli għal dak fl-Unjoni, u b'hekk tingħata l-opportunità lid-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn dawk il-pajjiżi terzi biex jiskambjaw, soġġett għall-kundizzjonijiet rilevanti, li jenħtieġ li jkunu dettaljati u definiti sew għall-kategoriji kollha tal-liċenzji tas-sewqan ikkonċernati. il-liċenzji tas-sewqan tagħhom b'termini simili għal dawk li japplikaw daqslikieku nħarġu minn Stat Membru. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(44) |
Fir-rigward tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn pajjiżi terzi li ma humiex identifikati f'att ta' implimentazzjoni bħala pajjiżi terzi b'livell ta' sikurezza fit-toroq komparabbli ma' dak tal-Unjoni, jew maħruġa minn pajjiżi terzi li għalihom tali att ta' implimentazzjoni la jawtorizza espliċitament u lanqas ma jipprojbixxi skambju ta’ tali liċenzja tas-sewqan, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jiskambjaw il-liċenzji tas-sewqan f'konformità mar-regoli nazzjonali tagħhom, dment li jużaw il-kodiċi(jiet) rilevanti tal-Unjoni fuq il-liċenzja tas-sewqan hekk maħruġa. F'każ li d-detentur ta' tali liċenzja tas-sewqan jibdel ir-residenza tiegħu għal Stat Membru ġdid, jenħtieġ li dan l-Istat Membru ma jkunx meħtieġ li japplika l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal tali liċenzja tas-sewqan. |
|
(45) |
Il-qafas il-ġdid għall-iskambju ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jitqies ukoll bħala għodda biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' sewwieqa professjonali, peress li r-regoli għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-moviment liberu tad-detenturi ta' liċenzji tas-sewqan ta' diversi kategoriji. Minħabba li s-sewqan minn ċittadini ta' pajjiżi terzi, li huma impjegati jew jaħdmu għal impriża stabbilita fi Stat Membru involuta fit-trasport bit-triq fl-Unjoni, jista' jkun soġġett għar-rekwiżit ulterjuri ta' kwalifiki attestati minn Ċertifikat ta' Kompetenza Professjonali (CPC), jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta kif l-effetti pożittivi mistennija tal-qafas il-ġdid jistgħu jiġu appoġġati aktar fir-rigward ta' dokumenti oħra tas-sewqan, mingħajr preġudizzju għall-għan ġenerali li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni. |
|
(46) |
It-“turiżmu tal-liċenzji tas-sewqan”, jiġifieri l-prattika fejn ir-residenza tinbidel għall-fini li tinkiseb liċenzja tas-sewqan ġdida, sabiex fost l-oħrajn jiġu evitati l-effetti tal-kanċellazzjoni, l-irtirar, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni tad-dritt tas-sewqan ta’ vettura awtopropulsiva għat-triq, tal-liċenzja tas-sewqan tiegħu, jew tar-rikonoxximent tal-validità tal-liċenzja tas-sewqan tiegħu, imposti fi Stat Membru ieħor, huwa fenomenu mifrux, li għandu effett negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq. Jenħtieġ li billi sempliċiment jibdlu r-residenza tagħhom is-sewwieqa ma jkunux eżentati mir-rekwiżiti imposti fuqhom biex jirkupraw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom, ir-rikonoxximent tal-validità tagħha, jew tad-dritt tas-sewqan. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi ċċarat li kwalunkwe mġiba min-naħa taċ-ċittadini, jew in-nuqqas ta' idoneità fiżika jew mentali tagħhom għas-sewqan, twassal għal projbizzjoni mis-sewqan għal żmien indefinit biss meta ikun debitament ġustifikat. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għall-Istati Membri għajr dawk li imponew kanċellazzjoni, irtirar, sospensjoni jew restrizzjoni tal-liċenzja tas-sewqan biex madankollu jkunu jistgħu joħorġu liċenzja tas-sewqan lil dik il-persuna, jekk jitqies xieraq abbażi ta' deċiżjoni infurmata, u meta l-validità tal-liċenzja tas-sewqan maħruġa b'dan il-mod tkun limitata għat-territorju tal-Istati Membri li ma imponewx projbizzjoni għal żmien indefinit. |
|
(47) |
Jenħtieġ li tiġi introdotta skema tas-sewqan akkumpanjat madwar l-Unjoni għal ċerti kategoriji ta' liċenzji tas-sewqan, sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq. Ir-regoli ta' tali skema jenħtieġ li jipprovdu l-possibbiltà li l-applikanti jiksbu liċenzji tas-sewqan fil-kategoriji rilevanti qabel ma jaslu fl-età minima meħtieġa. Madankollu, l-użu ta' dawk il-liċenzji tas-sewqan jenħtieġ li jkun soġġett għall-fatt li dawn is-sewwieqa jkunu akkumpanjati minn sewwieq bl-esperjenza, pereżempju membru tal-familja. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew, għal raġunijiet ta' sikurezza fit-toroq, jiddefinixxu kundizzjonijiet u regoli aktar stretti fit-territorju tagħhom dwar il-liċenzji tas-sewqan li jkunu ħarġu. |
|
(48) |
L-iskema tas-sewqan akkumpanjat tista', mingħajr preġudizzju għall-mira ġenerali tagħha li ttejjeb is-sikurezza fit-toroq, tagħmel il-professjoni tas-sewwieqa tat-trakkijiet aktar aċċessibbli u attraenti għall-ġenerazzjonijiet taż-żgħażagħ, sabiex tiftaħ il-possibbiltajiet tax-xogħol tagħhom, u tgħin biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' sewwieqa fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li japplikaw dik l-iskema għal-liċenzji tas-sewqan tal-kategoriji C1, C1E u C flimkien mal-liċenzji tas-sewqan tal-kategorija B, u jenħtieġ li l-liċenzji tas-sewqan maħruġa għal dak l-għan jiġu rikonoxxuti b'mod reċiproku fost dawk l-Istati Membri li japplikaw dak l-ambitu usa' għall-iskema. |
|
(49) |
Jenħtieġ li l-iskema tas-sewqan akkumpanjat ma tillimitax l-għażliet eżistenti tal-Istati Membri li jbaxxu l-età minima għall-kategorija B u li japplikaw kundizzjonijiet nazzjonali relatati. |
|
(50) |
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għas-sewqan ta' karozza tal-linja tal-kategorija D jew DE minn ċerta età wara kwalifika professjonali jenħtieġ li jiġu ssimplifikati, mingħajr ma tiġi kompromessa s-sikurezza fit-toroq. |
|
(51) |
L-Istati Membri mħeġġa jintensifikaw is-sħubijiet bejn il-korpi edukattivi u tat-taħriġ, inkluż l-universitajiet u l-iskejjel vokazzjonali, u l-kumpaniji tat-trasport u tal-loġistika, sabiex jindirizzaw in-nuqqas ta' sewwieqa professjonali fl-Unjoni. L-iżvilupp u l-appoġġ tal-apprendistati, it-traineeships u offerti edukattivi simili f'dawk is-sħubijiet jenħtieġ li joffru lis-sewwieqa professjonali futuri opportunità li jsiru aktar familjari mal-benefiċċji u l-isfidi tal-professjoni, li jtejbu l-ħiliet operazzjonali u organizzattivi tagħhom u li jiksbu l-esperjenza, filwaqt li jużaw teknoloġiji u tekniki avvanzati. Il-Kummissjoni mħeġġa tappoġġa s-sħubijiet pubbliċi-privati bejn l-iskejjel vokazzjonali u l-kumpaniji tal-loġistika u tat-trasport biex ittejjeb id-disponibbiltà u l-ħiliet tas-sewwieqa professjonali, bl-użu ta' programmi tal-Unjoni bħall-Erasmus+. |
|
(52) |
Meta jqisu liema sorsi ta' dħul jeżistu biex jiffaċilitaw is-sikurezza fit-toroq, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jużaw id-dħul iġġenerat minn penali finanzjarji għal reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq u biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-miżuri tas-sikurezza fit-toroq. |
|
(53) |
Jenħtieġ li jiġi żgurat li s-sewwieqa li jkunu kisbu liċenzja tas-sewqan għall-ewwel darba ma jipperikolawx is-sikurezza fit-toroq. Għal dawk is-sewwieqa ġodda jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta' prova minimu ta' sentejn, li matulu jenħtieġ li japplikaw regoli jew sanzjonijiet aktar stretti għas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jirregolaw l-imġiba tas-sewwieqa. Tali regoli aktar stretti jistgħu jinkludu jew jikkonsistu f'taħriġ speċifiku għal sewwieqa ġodda li fih jirċievu struzzjoni ulterjuri rigward l-għarfien dwar ir-riskji u jistgħu jirriflettu dwar l-imġiba tagħhom. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll miżuri speċjali biex jiġi żgurat it-tnaqqis tas-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi fost is-sewwieqa l-ġodda, u biex iħeġġuhom jużaw tajjeb is-sistemi ta' sikurezza meħtieġa. Tali miżuri jistgħu jinkludu regoli jew sanzjonijiet aktar stretti. Fejn jintużaw sanzjonijiet, dawn jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u nondiskriminatorji, u jistgħu jinkludu skwalifiki mis-sewqan, kif ukoll taħriġ speċifiku ta' sensibilizzazzjoni għal sewwieqa ġodda dwar ir-riskji. Tali miżuri speċjali jistgħu jikkonsistu wkoll f’infurzar u kampanji b'miri speċifiċi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew li japplikaw b’mod ħieles regoli addizzjonali fit-territorju tagħhom għal sewwieqa ġodda biex itejbu s-sikurezza fit-toroq, bħat-tieni perjodu ta' prova għal kategorija addizzjonali ta' liċenzja tas-sewqan biex jitqiesu r-riskji differenti u l-ħiliet meħtieġa assoċjati mal-kategorija l-ġdida. |
|
(54) |
Skemi ta' tolleranza żero applikati b'mod ġenerali għas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, assoċjati ma' infurzar immirat, urew li huma metodu effettiv għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq. Limitu żero fuq l-alkoħol, mingħajr ma jitqies l-esponiment aċċidentali jew l-esponiment li ma jkollu l-ebda impatt fuq il-prestazzjoni tas-sewqan, huwa ġeneralment meqjus bħala l-aktar miżura effettiva biex jitnaqqsu l-imwiet u l-korrimenti fit-toroq. Qed jiġu introdotti wkoll politiki żero fir-rigward tas-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi. L-Istati Membri mħeġġa jżommu u jintroduċu tali skemi ta' tolleranza żero applikati b'mod ġenerali fid-dritt nazzjonali tagħhom, li għalihom l-iskema ta' perjodu ta' prova jenħtieġ li tkun miżura komplementari mmirata lejn ir-rappreżentanza żejda ta' sewwieqa ġodda, l-aktar żgħażagħ, f'inċidenti tat-traffiku relatati mas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb u l-użu tad-droga. |
|
(55) |
L-Istati Membri mħeġġa jinkludu taħriġ adattat għall-età dwar ir-regoli tas-sikurezza fit-toroq u sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju tat-traffiku bħala parti mill-kurrikuli tal-iskejjel primarji u sekondarji tagħhom, li jirrifletti wkoll iż-żieda fil-popolarità tal-apparati tal-mobbiltà personali bħar-roti elettriċi u l-iscooters elettriċi. It-tagħlim tar-regoli bażiċi tas-sikurezza fit-toroq f'età żgħira jista' jgħin fil-prevenzjoni tal-inċidenti tat-traffiku, billi jissensibilizza dwar imġiba responsabbli u jiżviluppaha, u b'hekk jawtonomizza liċ-ċittadini biex minn età żgħira jieħdu deċiżjonijiet favur is-sikurezza abbażi ta' għarfien sod tar-regoli u r-riskji applikabbli. Il-Kummissjoni mħeġġa tippermetti u tappoġġa l-iskambji tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet tagħhom, inkluż permezz ta' appoġġ finanzjarju. |
|
(56) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards minimi dwar l-aċċess għall-professjoni ta' eżaminatur tas-sewqan u dwar ir-rekwiżiti tat-taħriġ tal-eżaminaturi tas-sewqan, sabiex jitjiebu l-kompetenza u l-ħiliet tal-eżaminaturi, inkluż l-ittestjar tal-perċezzjoni tal-periklu, u b'hekk tiġi żgurata l-evalwazzjoni aktar oġġettiva tal-applikanti għal liċenzji tas-sewqan, u tinkiseb armonizzazzjoni akbar tat-testijiet tas-sewqan. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda dawk l-istandards minimi, sabiex tadattahom għal kwalunkwe żvilupp tekniku, operazzjonali jew xjentifiku f'dan il-qasam, inkluż sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieqa u sistemi ta' sewqan awtomatizzat, fejn dan isir meħtieġ. |
|
(57) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit il-kunċett ta' residenza normali b'mod li jippermetti li kwistjonijiet li jinqalgħu jiġu riżolti fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita residenza normali abbażi ta' rabtiet okkupazzjonali jew personali. Ir-regola li l-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu biss mill-Istat Membru ta' residenza normali tista' tirrappreżenta ostaklu lingwistiku sproporzjonat f'ċerti każijiet. Għalhekk, f'każijiet fejn l-Istat Membru ta' residenza normali ma jipprovdix l-opportunità li jsiru testijiet bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin, jenħtieġ li jkun possibbli li l-applikant jagħmel it-test tat-teorija jew it-test prattiku, jew it-tnejn, fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-applikant. Jenħtieġ li dik id-deroga ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jieħdu azzjoni kontra l-abbuż jew il-frodi li jistgħu jiżviluppaw madwar il-flessibbiltà l-ġdida. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-persunal diplomatiku u għall-familji tagħhom, fejn l-obbligi professjonali tal-persunal diplomatiku jirrikjedu li jgħixu barra mill-pajjiż għal żmien twil. |
|
(58) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Sa fejn ikun possibbli, jenħtieġ li jużaw in-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE msemmi fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2006/126/KE sabiex jipprovdu tali assistenza. In-network tal-UE tal-liċenzji tas-sewqan għandu l-għan li jiggarantixxi r-rikonoxximent tad-dokumenti u tad-drittijiet miksuba li joriġinaw mill-Istati Membri, biex jiġġieled il-frodi tad-dokumenti u s-sewqan mingħajr awtorizzazzjoni, jevita l-ħruġ ta' liċenzji tas-sewqan multipli, u jiffaċilita l-infurzar tal-iskwalifiki tas-sewqan. B'mod partikolari, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jivverifikaw b'mod sistematiku li r-raġunijiet li jkunu wasslu għal kwalunkwe kanċellazzjoni, irtirar, sospensjoni jew restrizzjoni impost ma jibqgħux jeżistu. L-użu tan-network tal-UE tal-liċenzji tas-sewqan għall-implimentazzjoni ta' atti oħra tal-Unjoni jenħtieġ li jkun permess biss dment li tali użi jkunu previsti b'mod espliċitu minn din id-Direttiva. |
|
(59) |
Sabiex tippermetti t-tħejjija ta' rapporti sinifikattivi dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fuq bażi annwali, tirċievi informazzjoni dwar l-għadd ta' liċenzji tas-sewqan fiżiċi u mobbli maħruġa, imġedda, sostitwiti, irtirati u skambjati, għal kull kategorija. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirċievi wkoll statistika dwar inċidenti serji tat-traffiku li jinvolvu sewwieqa ta' 17-il sena li jkunu qed jieħdu sehem fi skema ta' sewqan akkumpanjat, waqt il-ġbir usa' ta' data dwar l-inċidenti tat-traffiku ta' sewwieqa professjonali. Bil-ħsieb tat-tħejjija ta' dawk ir-rapporti, l-assistenza reċiproka tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u l-isforzi konġunti tal-Istati Membri biex itejbu s-sikurezza fit-toroq b'mod ġenerali, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkondividu regolarment informazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiki tagħhom fir-rigward tal-miżuri tas-sikurezza fit-toroq relatati mas-sewwieq, pereżempju taħriġ ta' sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju, skemi għas-sewwieqa ġodda, attenzjoni għall-utenti vulnerabbli tat-triq, taħriġ tul il-ħajja, jew monitoraġġ tal-idoneità tas-sewwieqa li jsuqu. Dawk l-iskambji jistgħu jkunu parti minn ħidma fuq proġetti, bħall-Osservatorju Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq u l-Iskambju tas-Sikurezza fit-Toroq tal-UE, jew minn laqgħat regolari tal-gruppi ta' esperti. Id-differenzi fil-metodi, il-prattiki u l-karatteristiċi nazzjonali bejn l-Istati Membri huma sors siewi għat-tagħlim reċiproku u l-iskambju tal-aħjar prattiki. |
|
(60) |
L-iżviluppi teknoloġiċi u l-innovazzjonijiet f'vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi, li jaffettwaw il-massa tal-vetturi, qed ikomplu jinfluwenzaw il-qafas regolatorju li jirregola l-liċenzji tas-sewqan. Minħabba li dak il-qafas huwa teknikament kumpless, jenħtieġ li jevolvi b'mod li jiżgura ċ-ċertezza legali u jaderixxi mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, filwaqt li jiżgura li r-regoli la jiffavorixxu b'mod mhux ġustifikat u lanqas ma jiżvantaġġaw teknoloġiji speċifiċi, iżda minflok jipprovdu qafas ġust u li jibqa' validu fil-futur. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja l-progress teknoloġiku fil-vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi, u tivvaluta l-impatt tiegħu fuq l-istadji u l-ekwivalenzi bejn il-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan, biex tiżgura qafas regolatorju ċar, ibbilanċjat u aġġornat li jissalvagwardja s-sikurezza fit-toroq mingħajr ma joħnoq l-innovazzjoni. |
|
(61) |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jiġu aġġustati l-Annessi għal kwalunkwe żvilupp tekniku, operazzjonali jew xjentifiku, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-partijiet tal-Annessi ta' din id-Direttiva li jirregolaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-liċenzji tas-sewqan fiżiċi; l-emendar tal-parti tal-Annessi ta' din id-Direttiva li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sewqan mobbli; l-emendar tal-parti tal-Annessi ta' din id-Direttiva li tirregola r-regoli dwar il-kodiċijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli; l-emendar tal-Annessi ta' din id-Direttiva li jispeċifikaw ċerti rekwiżiti minimi dwar il-ħruġ, il-validità u t-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan; u l-emendar tal-Annessi li jistabbilixxu l-istandards minimi għall-eżaminaturi tas-sewqan. Jenħtieġ li din is-setgħa tingħata għal perjodu ta' ħames snin, minħabba l-fatt li l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali u xjentifiċi li jaffettwaw il-kwistjonijiet regolati minn dawk l-Annessi jseħħu fuq bażi frekwenti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (11). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li għandhom x'jaqsmu mat-tħejjija ta' atti delegati. |
|
(62) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi grupp ta' esperti ddedikat dwar il-liċenzji tas-sewqan u kwistjonijiet relatati sabiex, kull meta jkun hemm bżonn, tkun tista' tagħmel użu minn firxa rilevanti ta' għarfien espert għall-eżerċizzju tas-setgħa tagħha biex tadotta atti delegati u anki biex tiffaċilita u tħeġġeġ l-iskambju fil-livell tal-Unjoni bejn il-partijiet ikkonċernati u l-esperti tal-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet kollha marbuta mal-liċenzji tas-sewqan, il-proċeduri ta' liċenzjar, it-titjib tas-sikurezza fit-toroq u t-tneħħija tal-ostakli amministrattivi li jillimitaw liċ-ċittadini jew lill-intrapriżi. B'mod partikolari, il-grupp ta' esperti jenħtieġ li jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar ir-rekwiżiti tal-età u tal-idoneità għall-applikanti għal-liċenzji tas-sewqan, dwar il-benefiċċji tas-sistemi ta' liċenzjar gradwat u t-tagħlim tul il-ħajja, dwar l-effetti ta' teknoloġiji ġodda bħal-liċenzja tas-sewqan mobbli u s-sewqan awtomatizzat jew assistit, dwar il-faċilitazzjoni tat-tneħħija tal-ostakli għall-moviment liberu tad-detenturi ta' liċenzji tas-sewqan mhux rikonoxxuti b'mod reċiproku, bħal dawk għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq, u dwar ir-regoli relatati mat-taħriġ u l-ittestjar ta' sewwieqa ġodda. |
|
(63) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-karatteristiċi tal-interoperabbiltà tal-kodiċijiet QR inkorporati fil-liċenzji tas-sewqan fiżiċi u l-miżuri ta' sigurtà li jrid ikun hemm konformità magħhom u dispożizzjonijiet dwar id-dehra viżiva, l-interoperabbiltà, l-ittestjar, l-istandards ta' aġġornar tad-data u tar-rekords u s-sigurtà tal-liċenzji tas-sewqan mobbli, il-miżuri organizzattivi għall-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali, u l-istandards tekniċi u ta' sigurtà għall-iskambju tal-liċenzji tas-sewqan mobbli u l-listi fdati tal-emittenti fdati għall-verifika tal-liċenzji tas-sewqan mobbli, inkluż il-karatteristiċi ta' verifika u l-interfaċċa mas-sistemi nazzjonali, sa fejn ikun possibbli, filwaqt li jitqiesu wkoll il-qafas ġenerali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għar-rikonoxximent ta' dawk il-liċenzji tas-sewqan mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u tistabbilixxi sett komuni ta' regoli li jirregolaw l-operat tan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE, inkluż ir-rekwiżiti operazzjonali, tal-interfaċċa u tekniċi dettaljati, sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi nazzjonali konnessi man-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE, il-protezzjoni tad-data personali skambjata permezz tan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE u t-tħaddim adegwat tal-funzjonalitajiet kollha ta' dak in-network stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
(64) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament, fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-estensjoni tal-perjodu ta' validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan madwar l-Unjoni, raġunijiet imperattivi ta' urġenza f'każ ta' kriżi jirrikjedu dan. |
|
(65) |
Għall-fini ta' konsistenza, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/1724 u d-Direttiva (UE) 2022/2561, li tindirizza ċerti kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva, jiġu emendati. |
|
(66) |
Id-Direttiva 2006/126/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 (12) jenħtieġ li jitħassru. |
|
(67) |
Peress li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jitnaqqas drastikament l-għadd ta' vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni u jiġi ffaċilitat il-moviment liberu taċ-ċittadini billi jiġu previsti regoli uniformi fir-rigward tad-dritt tas-sewqan u l-ħruġ u t-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan u r-rikonoxximent reċiproku tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, peress li r-regoli nazzjonali li jirregolaw il-ħruġ, it-tiġdid, is-sostituzzjoni u l-iskambju tal-liċenzji tas-sewqan iwasslu għal rekwiżiti tant differenti li l-livell ta' sikurezza fit-toroq u l-moviment liberu taċ-ċittadini li r-regoli armonizzati jipprovdu ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati, iżda pjuttost, minħabba n-natura transfruntiera u mifruxa mal-Unjoni kollha tat-traffiku fit-toroq u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi komuni, jistgħu jiġu ssodisfati aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
|
(68) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), u ta l-opinjoni tiegħu fil-25 ta' April 2023 (14). |
|
(69) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (15), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn dokument wieħed jew iktar li jispjegaw il-ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni tat-tali dokumenti hija ġustifikata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni dwar:
|
(a) |
il-mudelli, l-istandards u l-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan; |
|
(b) |
il-ħruġ, il-validità, it-tiġdid, u r-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan; |
|
(c) |
ċerti aspetti tal-iskambju, is-sostituzzjoni, il-kanċellazzjoni, l-irtirar, is-sospensjoni u r-restrizzjoni tal-liċenzji tas-sewqan; |
|
(d) |
ċerti aspetti applikabbli għal sewwieqa ġodda, b'mod partikolari dwar skema ta' sewqan akkumpanjat u perjodu ta' prova. |
2. Din id-Direttiva ma tapplikax għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
makkinarju mobbli mhux tat-triq kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2025/14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16); u |
|
(b) |
vetturi awtopropulsivi għat-triq li jimxu fuq ir-roti jew il-binarji, li jkollhom mill-inqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħhom tinsab fil-potenza ta' trazzjoni tagħhom, mfassla b'mod speċjali biex jiġbdu, jimbuttaw, iġorru jew joperaw ċerti għodod, magni jew trejlers użati b'rabta ma' operazzjonijiet agrikoli jew forestali, u li l-użu tagħhom għat-trasport ta' persuni jew ta' merkanzija bit-triq jew għall-ġbid, fit-triq, ta' vetturi użati għat-trasport ta' persuni jew merkanzija huwa biss funzjoni sekondarja. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“liċenzja tas-sewqan” tfisser dokument, kemm jekk ikollu format fiżiku jew diġitali, jew it-tnejn, li jiċċertifika d-dritt tas-sewqan ta' vetturi awtopropulsivi għat-triq u jiddikjara l-kundizzjonijiet li skonthom id-detentur huwa awtorizzat li jsuq; |
|
(2) |
“liċenzja tas-sewqan fiżika” tfisser liċenzja tas-sewqan li tkun f'format fiżiku; |
|
(3) |
“liċenzja tas-sewqan mobbli” tfisser liċenzja tas-sewqan li tkun f'format diġitali; |
|
(4) |
“vettura awtopropulsiva għat-triq” tfisser kwalunkwe vettura awtopropulsiva għat-triq bil-potenza tagħha stess, għajr vettura li timxi fuq il-binarji; |
|
(5) |
“vettura b'żewġ roti” tfisser vettura kif imsemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17); |
|
(6) |
“vettura bi tliet roti” tfisser vettura kif imsemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013; |
|
(7) |
“kwadriċiklu ħafif” tfisser vettura kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013; |
|
(8) |
“mutur” tfisser vettura b'żewġ roti b'sidecar jew mingħajrha, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punti (c) u (d), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013; |
|
(9) |
“triċiklu motorizzat” tfisser vettura bi tliet roti rranġati b'mod simetriku, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013; |
|
(10) |
“vettura bil-mutur” tfisser kwalunkwe vettura awtopropulsiva għat-triq normalment użata għat-trasport ta' persuni jew merkanzija bit-triq jew għall-ġbid, fit-triq, ta' vetturi użati għat-trasport ta' persuni jew merkanzija, u tinkludi t-trolleybuses; |
|
(11) |
“trolleybus” tfisser kwalunkwe vettura li tista’ titqabbad ma’ konduttur elettriku u li ma tkunx ibbażata fuq il-binajri; |
|
(12) |
“kwadriċiklu tqil” tfisser vettura kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013; |
|
(13) |
“karavan bil-mutur” tfisser vettura bi skop speċjali tal-kategorija M kif imsemmi fl-Artikolu 4 u l-punt 5.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858. |
|
(14) |
“kriżi” tfisser avveniment eċċezzjonali, mhux mistenni u għall-għarrieda, naturali jew magħmul mill-bniedem ta' natura u skala straordinarja li jseħħ fl-Unjoni jew lil hinn minnha, li jkollu impatti diretti jew indiretti sinifikanti fuq iż-żona tat-trasport bit-triq u li wkoll jevita jew itellef b’mod sinifikanti l-possibbiltà għad-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan jew għall-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jwettqu l-proċreduri neċessarji għat-tiġdid tagħhom. |
Artikolu 3
Speċifikazzjonijiet standard tal-Unjoni dwar il-liċenzji tas-sewqan u r-rikonoxximent reċiproku
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liċenzji tas-sewqan nazzjonali tagħhom jinħarġu f'konformità ma' din id-Direttiva, u li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet standard tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness I, u ma' kriterji oħra skont:
|
(a) |
l-Artikolu 4, għal-liċenzji tas-sewqan fiżiċi; |
|
(b) |
l-Artikolu 5, għal-liċenzji tas-sewqan mobbli. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liċenzji tas-sewqan fiżiċi u mobbli maħruġa lill-istess persuna jkunu kompletament ekwivalenti fir-rigward tad-drittijiet u l-kundizzjonijiet skont liema dik il-persuna tkun awtorizzata ssuq, u fir-rigward tal-validità amministrattiva tagħhom.
3. Mingħajr preġudizzju għat-trattament tal-liċenzji tas-sewqan eżistenti f'każijiet ta' skambju jew sostituzzjoni, f'konformità mal-Artikolu 13(3) u (4), l-Istati Membri ma għandhomx, bħala prerekwiżit, jirrikjedu li l-applikant ikun fil-pussess ta' liċenzja tas-sewqan fiżika jew mobbli meta joħorġu, jissostitwixxu, iġeddu jew jiskambjaw liċenzja tas-sewqan fil-format l-ieħor.
4. B'effett mid-data 54 xahar mid-data tal-adozzjoni tal-ewwel wieħed mill-atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(7), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liċenzji tas-sewqan mobbli jinħarġu bħala l-format prestabbilit tal-liċenzja tas-sewqan, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikant li jikseb il-liċenzja tas-sewqan f'format fiżiku jew fiż-żewġ formati permezz tal-istess applikazzjoni fl-istess ħin. Wara l-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan f'format wieħed, id-detentur ta' liċenzja tas-sewqan għandu jkompli jkollu d-dritt li jitlob il-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan fil-format l-ieħor, inkluż meta l-liċenzja tas-sewqan ta’ dak id-detentur tkun għadha ma skadietx.
5. L-Istati Membri jistgħu joħorġu liċenzji tas-sewqan mobbli qabel id-data msemmija fil-paragrafu 4.
6. Il-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri għandhom jingħataw rikonoxximent reċiproku. Madankollu, il-liċenzji tas-sewqan mobbli maħruġa f'konformità mal-Artikolu 5 għandhom jiġu rikonoxxuti reċiprokament wara d-data stabbilita fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 4
Liċenzji tas-sewqan fiżiċi
1. L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji tas-sewqan fiżiċi abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet standard tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness I.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex jevitaw kwalunkwe riskju ta' falsifikazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan, inkluż liċenzji tas-sewqan maħruġa qabel id-19 ta' Jannar 2013. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-passi meħuda.
Il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi għandhom jiġu protetti kontra l-falsifikazzjoni, bħala minimu, permezz tal-ispeċifikazzjonijiet standard tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness I, il-Parti A2. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu elementi ta' sigurtà addizzjonali.
3. Meta d-detentur ta' liċenzja tas-sewqan fiżika valida mingħajr perjodu ta' validità amministrattiva, jieħu residenza normali fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' emissjoni, l-Istat Membru ospitanti jista', minn sentejn wara d-data li fiha d-detentur ikun ittrażloka fit-territorju tiegħu, japplika l-perjodi ta' validità amministrattiva mniżżla fl-Artikolu 10(2), billi jġedded il-liċenzja tas-sewqan.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sad-19 ta' Jannar 2033, il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi kollha maħruġa jew fiċ-ċirkolazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta' din id-Direttiva.
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jinkorporaw mikroċippa bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan fiżika. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jinkorpora mikroċippa bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan fiżika tiegħu, huwa jista', fejn il-liġijiet nazzjonali tiegħu relatati mal-liċenzji tas-sewqan jipprevedu dan, jiddeċiedi wkoll li jaħżen fuq il-mikroċippa data addizzjonali għal dawk speċifikati fl-Anness I, il-Parti D.
Meta l-Istati Membri jipprevedu mikroċippa bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan fiżika, huma għandhom, bħala minimu, japplikaw ir-rekwiżiti tekniċi rilevanti stabbiliti fl-Anness I, il-Partijiet B sa B4. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu karatteristiċi ta' sigurtà addizzjonali.
Meta l-Istati Membri jadottaw deċiżjoni li jinkorporaw mikroċippa fil-liċenzji tas-sewqan fiżiċi li jinħarġu minnhom, jew meta sussegwentement jemendaw dik id-deċiżjoni, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tad-deċiżjoni rilevanti. L-Istati Membri li diġà inkorporaw mikroċippa fil-liċenzja tas-sewqan fiżika tagħhom għandhom jinformaw b'dan lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Frar 2026.
6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jinkorporaw, fl-ispazju riżervat għall-mikroċippa fil-liċenzji tas-sewqan fiżiċi li jinħarġu minnhom, kodiċi QR minflok il-mikroċippa jew flimkien magħha. Il-kodiċi QR għandu jippermetti l-verifika tal-awtentiċità tal-informazzjoni rrappurtata fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura mmirata lejn l-introduzzjoni ta' kodiċi QR fuq il-liċenzji tas-sewqan tagħhom jew bi kwalunkwe emenda sussegwentib għal tali miżura, fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tagħha.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-karatteristiċi tal-interoperabbiltà u l-miżuri ta' sigurtà li għandhom jiġu rrispettati mill-kodiċijiet QR inkorporati fuq il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali meħtieġa għall-verifika tal-informazzjoni rrapportata fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika ma tinżammx mill-verifikatur, ħlief jekk tali żamma tkun awtorizzata mid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, u għandhom jiżguraw li l-awtorità li ħarġet il-liċenzja tas-sewqan ma tiġix innotifikata dwar il-verifika.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 25, biex temenda l-Anness I, il-Partijiet A1 u A2, B sa B4 u D, fejn meħtieġ sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi.
Artikolu 5
Liċenzji tas-sewqan mobbli
1. L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji tas-sewqan mobbli abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet standard tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness I, il-Parti C.
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-liċenzji tas-sewqan mobbli li joħorġu, ikunu jistgħu jiġu rkuprati elettronikament mingħajr ħlas mid-detenturi.
Il-liċenzji tas-sewqan mobbli għandhom jinħarġu lid-detenturi biex jintużaw mal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali bħala attestazzjonijiet elettroniċi ta' attributi, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liċenzji tas-sewqan mobbli ma jkunx fihom aktar data minn dik imsemmija fl-Anness I, il-Parti D, u li l-ebda data personali għajr dik meħtieġa għall-verifika tad-drittijiet tas-sewqan tad-detentur ma tiġi pproċessata mill-verifikatur għall-fini ta' verifika.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali neċessarja għall-verifika tad-drittijiet tas-sewqan tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan mobbli ma tinżammx mill-verifikatur, ħlief jekk tali żamma ma tkunx awtorizzata mid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.
5. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista ta' emittenti ta' liċenzji tas-sewqan mobbli, u għandhom iżommu dik il-lista aġġornata. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk il-listi disponibbli għall-pubbliku permezz ta' mezz sikur u f'forma ffirmata jew issiġillata b'mod elettroniku adatta għal proċessar awtomatizzat.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 25, biex temenda l-Anness I, il-Parti C, fejn neċessarju sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi.
7. Sas-26 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar id-dehra viżiva, l-interoperabbiltà, l-ittestjar, l-istandards ta' aġġornament tad-data u tar-rekords u s-sigurtà tal-liċenzji tas-sewqan mobbli, il-miżuri organizzattivi għall-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali, u l-istandards tekniċi u ta' sigurtà għall-iskambju tal-liċenzji tas-sewqan mobbli u l-listi fdati tal-emittenti fdati għall-verifika tal-liċenzji tas-sewqan mobbli, inkluż karatteristiċi ta' verifika u l-interfaċċa mas-sistemi nazzjonali. Il-Kummissjoni, sa fejn ikun possibbli, għandha tqis il-qafas ġenerali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għar-rikonoxximent ta' dawk il-liċenzji tas-sewqan minn awtoritajiet ta' pajjiżi terzi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).
Artikolu 6
Kategoriji ta' liċenzji tas-sewqan
1. Il-liċenzja tas-sewqan għandha tintitola lid-detentur isuq vetturi awtopropulsivi għat-triq skont il-kategorizzazzjoni li ġejja:
|
(a) |
mopeds: kategorija AM:
|
|
(b) |
muturi u triċikli motorizzati:
Il-vetturi awtopropulsivi għat-triq fil-kategoriji msemmija fil-punti (a) u f'dan il-punt jistgħu jiġu kkombinati ma' trejler li jkollu massa awtorizzata massima li ma taqbiżx nofs il-piż tal-massa mhux mgħobbija tal-vettura tal-irmonk. L-Istati Membri jistgħu japplikaw kundizzjonijiet addizzjonali għal-liċenzji tas-sewqan li joħorġu, abbażi ta' kunsiderazzjonijiet ta' sikurezza fit-toroq. |
|
(c) |
vetturi bil-mutur:
|
2. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu ċerti tipi speċifiċi ta' vetturi awtopropulsivi għat-triq, inkluż vetturi speċjali għall-persuni b'diżabilità, soġġett għall-qbil minn qabel tal-Kummissjoni, li għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tal-impatt tal-esklużjoni proposta fuq is-sikurezza fit-toroq.
L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva tipi ta' vetturi użati mill-forzi armati u mill-korpi tad-difiża ċivili, jew li huma taħt il-kontroll tagħhom. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.
Artikolu 7
Etajiet minimi
1. L-età minima ta' applikant li tista' tinħariġlu liċenzja tas-sewqan għandha tkun kif ġej:
|
(a) |
16-il sena għall-kategoriji AM, A1 u B1; |
|
(b) |
18-il sena għall-kategoriji A2, B, BE, C1 u C1E; |
|
(c) |
fir-rigward tal-kategorija A:
|
|
(d) |
21 sena għall-kategoriji C, CE, D1 u D1E; |
|
(e) |
18-il sena għall-kategoriji C u CE dment li s-sewwieq ikollu ċertifikat ta' kompetenza professjonali (CPC) kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2561; |
|
(f) |
24 sena għall-kategoriji D u DE; |
|
(g) |
21 sena għall-kategoriji D u DE dment li s-sewwieq ikollu CPC kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) jew 6(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2561. |
2. L-Istati Membri jistgħu jgħollu jew ibaxxu l-età minima għall-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan:
|
(a) |
għall-kategorija AM, jistgħu jbaxxuha sa 14-il sena jew jgħolluha sa 18-il sena; |
|
(b) |
għall-kategorija B1, jistgħu jgħolluha sa 18-il sena; Madankollu, għall-kategorija B1, soġġett għall-qbil minn qabel tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-età minima għal 15-il sena għall-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan limitata għat-territorju tagħhom, għall-vetturi msemmija fl-Artikolu 9(4), il-punt (c), u skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 6(1), il-punt (c)(i) u fl-Artikolu 9(4), il-punt (c); |
|
(c) |
għall-kategorija A1, jistgħu jgħolluha sa 18-il sena, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(d) |
għall-kategoriji B u BE, jistgħu jbaxxuha sa 17-il sena; |
|
(e) |
għall-kategoriji D1, D1E, D u DE, jistgħu jbaxxuha sa 18-il sena, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(f) |
għall-kategoriji D u DE jistgħu jbaxxuha sa 20 snin, dment li s-sewwieq ikun detentur ta' CPC kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2561. |
3. L-Istati Membri jistgħu jbaxxu l-età minima għall-kategorija C sa 18-il sena u għall-kategorija D sa 21 sena fir-rigward ta':
|
(a) |
vetturi ta' emerġenza awtopropulsivi użati għall-fini taż-żamma tas-sikurezza pubblika u l-ordni pubbliku, inkluż billi tiġi pprovduta assistenza immedjata waqt emerġenzi naturali jew ikkawżati mill-bniedem, bħal vetturi tal-pulizija, ambulanzi, vetturi tal-protezzjoni ċivili u tas-salvataġġ, u vetturi tas-servizz tat-tifi tan-nar; |
|
(b) |
vetturi li jkunu qed jagħmlu testijiet fuq it-triq għal skopijiet ta' tiswija jew ta' manutenzjoni. |
4. Il-liċenzji tas-sewqan maħruġa f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu validi biss fit-territorju tal-Istat Membru emittenti sakemm id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan ikun laħaq l-età minima stabbilita fil-paragrafu 1, u wara għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha.
L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-validità fit-territorju tagħhom ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa lil sewwieqa taħt l-etajiet minimi stabbilita fil-paragrafu 1. Madankollu, ma għandhomx jirrikonoxxu l-validità tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa skont il-paragrafu 2, il-punti (b), (e) u (f).
L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu b'mod reċiproku, fit-territorji rispettivi tagħhom, il-validità ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa lil sewwieqa taħt l-etajiet minimi kif stabbilit fil-paragrafu 3, il-punt (a).
Artikolu 8
Kundizzjonijiet u restrizzjonijiet
1. Fil-każ li l-Istati Membri joħorġu liċenzja tas-sewqan soġġetta għal kundizzjonijiet, għandhom jindikaw dawk il-kundizzjonijiet fuq il-liċenzja tas-sewqan permezz tal-kodiċijiet rilevanti tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness I, il-Parti E. Jistgħu jużaw ukoll kodiċijiet nazzjonali biex jindikaw kundizzjonijiet mhux koperti mill-Anness I, il-Parti E. Meta jagħmlu dan, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni f'ħin debitu u jagħtuha d-dettalji tal-kodiċijiet nazzjonali u l-każijiet meta jintużaw, kemm mad-dħul fis-seħħ ta' din ir-Direttiva kif ukoll fil-każ ta' żidiet sussegwenti ma' tali kodiċijiet nazzjonali jew modifiki fihom.
Jekk, minħabba diżabilità fiżika tas-sewwieq, lis-sewwieq tinħariġlu liċenzja tas-sewqan fir-rigward ta' ċerti tipi ta' vetturi biss jew għal vetturi adattati biss b'kumpens għal tali diżabilità fiżika, it-test tal-ħiliet u l-imġiba previst fl-Artikolu 10(1) għandu jsir f'tali vettura. L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jippermettu lill-persuni li għandhom diżabilità fiżika jagħmlu t-test tagħhom f'vettura adattata għad-diżabilità fiżika tagħhom.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 25, biex temenda l-Anness I, il-Parti E, fejn meħtieġ sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi.
Artikolu 9
Stadji u ekwivalenzi bejn il-kategoriji
1. Il-liċenzji tas-sewqan tal-kategoriji BE, C1, C1E, C, CE, D1, D1E, D u DE għandhom jinħarġu biss lil sewwieqa li diġà jkunu intitolati jsuqu vetturi bil-mutur fil-kategorija B.
2. Il-validità tal-liċenzji tas-sewqan għandha tiġi ddeterminata kif ġej:
|
(a) |
il-liċenzji tas-sewqan maħruġa għall-kategoriji C1E, CE, D1E jew DE għandhom ikunu validi wkoll għal kombinazzjonijiet ta' vetturi fil-kategorija BE; |
|
(b) |
il-liċenzji tas-sewqan maħruġa għall-kategorija CE għandhom ikunu validi wkoll għall-kategorija DE jekk id-detenturi tagħhom ikunu intitolati jsuqu vetturi fil-kategorija D; |
|
(c) |
il-liċenzji tas-sewqan maħruġa għall-kategorija C1E jew CE għandhom ikunu validi wkoll għall-kategorija D1E, jekk id-detenturi tagħhom ikunu intitolati jsuqu vetturi fil-kategorija D1; |
|
(d) |
il-liċenzji tas-sewqan maħruġa għall-kategoriji CE u DE għandhom ikunu validi wkoll għall-kategoriji C u C1, u D u D1, rispettivament; |
|
(e) |
il-liċenzji tas-sewqan maħruġa għall-kategoriji CE u DE għandhom ikunu validi wkoll għall-kombinazzjonijiet ta' vetturi fil-kategoriji C1E u D1E rispettivament; |
|
(f) |
il-liċenzji tas-sewqan maħruġa għall-kategoriji C1E u D1E għandhom ikunu validi wkoll għall-kategoriji C1 u D1, rispettivament; |
|
(g) |
il-liċenzji tas-sewqan maħruġa għal kwalunkwe kategorija għandhom ikunu validi wkoll għall-vetturi awtopropulsivi għat-triq fil-kategorija AM. Madankollu, għal-liċenzji tas-sewqan maħruġa fit-territorju tiegħu, Stat Membru jista' jillimita l-ekwivalenzi għall-kategorija AM għal liċenzji tas-sewqan għall-kategoriji A1, A2 u A, jekk dak l-Istat Membru jimponi test prattiku bħala kundizzjoni sabiex tinkiseb liċenzja tas-sewqan għall-kategorija AM. |
|
(h) |
il-liċenzji tas-sewqan maħruġa għall-kategorija A2 għandhom ikunu validi wkoll għall-kategorija A1; |
|
(i) |
il-liċenzji tas-sewqan maħruġa għall-kategoriji A, B, C jew D għandhom ikunu validi wkoll għall-kategoriji A1 u A2; B1; C1; D1, rispettivament; |
|
(j) |
sentejn wara li liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B inħarġet għall-ewwel darba, din għandha tkun valida wkoll għas-sewqan ta' vetturi bil-mutur, inkluż vetturi ta’ emerġenza awtopropulsivi għat-triq użati għall-fini taż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku inkluż billi tiġi pprovduta assistenza immedjata waqt emerġenzi naturali jew ikkawżati mill-bniedem, bħal vetturi tal-pulizija, ambulanzi, vetturi tal-protezzjoni ċivili u tas-salvataġġ, jew vetturi tas-servizzi t-tifi tan-nar, li jaħdmu kompletament jew parzjalment bi fjuwils alternattivi kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/53/KE, u li ġew approvati skont ir-Regolament (UE) 2018/858, b'massa awtorizzata massima li taqbeż it-3 500 kg iżda li ma taqbiżx l-4 250 kg. Meta tiġi ssodisfata l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1), il-punt (c)(ii), ta' din id-Direttiva, dawk il-vetturi jistgħu jiġu kkombinati ma' trejler, dment li l-massa awtorizzata massima tal-kombinazzjoni ma taqbiżx il-5 000 kg. Il-karavans bil-mutur ma għandhomx ikunu koperti mill-ekwivalenza msemmija f'dan il-punt; |
|
(k) |
sentejn wara li liċenzja tas-sewqan tal-kategorija BE nħarġet għall-ewwel darba, din għandha tkun valida wkoll għas-sewqan ta' kombinazzjoni ta' vetturi bil-mutur, li jaħdmu kompletament jew parzjalment bi fjuwils alternattivi kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/53/KE u li ġiet approvata skont ir-Regolament (UE) 2018/858, b'massa awtorizzata massima li taqbeż it-3 500 kg, iżda li ma taqbiżx l-4 250 kg, bħal vettura tal-irmonk u trejler jew semitrejler ta' kategoriji ta' massa O1 jew O2 stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2018/858. |
3. Għas-sewqan fit-territorji rispettivi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-ekwivalenzi li ġejjin:
|
(a) |
triċikli bil-mutur b'liċenzja tas-sewqan għall-kategorija B, għal triċikli bil-mutur b’potenza netta massima li taqbeż il-15-il kW sakemm id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan għall-kategorija B ikollu mill-inqas 21 sena; |
|
(b) |
muturi tal-kategorija A1 b'liċenzja tas-sewqan għall-kategorija B. |
L-ekwivalenzi previsti fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rikonoxxuti b'mod reċiproku mill-Istati Membri li jkunu tawhom.
L-Istati Membri għandhom jindikaw fuq il-liċenzja tas-sewqan li detentur ikun intitolat li jsuq il-vetturi msemmija fl-ewwel subparagrafu biss permezz tal-kodiċijiet rilevanti tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness I, il-Parti E.
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar l-ekwivalenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu li jingħataw fit-territorji tagħhom, inkluż kwalunkwe kodiċi nazzjonali li ntuża qabel sal-25 ta’ Novembru 2025. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.
4. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw is-sewqan fit-territorju tagħhom tal-kategoriji ta' vetturi li ġejjin:
|
(a) |
vetturi tal-kategorija D1 b'massa massima awtorizzata ta' 3 500 kg, minbarra kwalunkwe tagħmir speċjalizzat maħsub għall-ġarr ta' passiġġieri b'diżabilitajiet, minn sewwieqa ta' aktar minn 21 sena li jkollhom liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B, mill-inqas sentejn wara li tkun inħarġet din il-liċenzja tas-sewqan għall-ewwel darba, u sakemm il-vetturi jintużaw minn entitajiet mhux kummerċjali għal skopijiet soċjali u li s-sewwieq jipprovdi s-servizzi tiegħu fuq bażi volontarja; |
|
(b) |
vetturi b'massa massima awtorizzata li taqbeż it-3 500 kg minn sewwieqa ta' aktar minn 21 sena li jkollhom liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B, mill-inqas sentejn wara li tkun inħarġet din il-liċenzja tas-sewqan lis-sewwieq għall-ewwel darba, dment li dawk il-vetturi jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
|
(c) |
vetturi tal-kategorija B b'massa massima awtorizzata li ma taqbiżx l-2 500 kg u b'veloċità massima limitata permezz ta’ mezzi tekniċi għal 45 km/h, minn sewwieqa ta' anqas minn 21 sena li jkollhom liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B1, li tkun inħarġet soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), il-punt (c)(i), it-tieni subparagrafu, u, jekk rilevanti, l-Artikolu 7(2), il-punt (b); |
|
(d) |
vetturi awtopropulsivi għat-triq użati għall-fini taż-żamma tas-sikurezza u l-ordni pubblika, inkluż billi tiġi pprovduta assistenza immedjata matul emerġenzi naturali jew ikkawżati mill-bniedem, bħal vetturi tal-pulizija, ambulanzi, vetturi tal-protezzjoni ċivili u tas-salvataġġ, jew vetturi tas-servizz tat-tifi tan-nar, b'massa massima awtorizzata li taqbeż it-3 500 kg iżda li ma taqbiżx il-5 000 kg, li tista' tiġi kkombinata ma' trejler meta l-massa massima awtorizzata ta' din il-kombinazzjoni ma taqbiżx il-5 000 kg, minn sewwieqa li jkunu laħqu l-età ta' 20 sena, li jkollhom liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B, li jkunu lestew it-taħriġ, l-ittestjar, jew it-tnejn, meħtieġa skont l-Artikolu 6(1), il-punt (c)(ii), u li jkunu qed isuqu biss għall-fini li l-vettura ta' emerġenza tkun maħsuba għalih, inkluż il-manutenzjoni meħtieġa u l-provi tas-sewqan. |
Meta l-Istati Membri jindikaw fuq il-liċenzja tas-sewqan li detentur huwa intitolat li jsuq il-vetturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), għandhom jagħmlu dan permezz ta' kodiċijiet nazzjonali rilevanti.
L-Istati Membri jistgħu, temporanjament jew indefinittivament, jirrikonoxxu b'mod reċiproku fit-territorji rispettivi tagħhom il-validità tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (d).
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f'konformità ma' dan il-paragrafu.
5. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jawtorizzaw is-sewqan ta' vetturi tal-kategorija D jew D1, fit-territorji tagħhom, minn detenturi ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa għall-kategorija C, sakemm l-ebda persuna oħra ma tiġi ttrasportata fil-vettura u sakemm is-sewwieq ikun persuna li:
|
(a) |
qed teżegwixxi test tal-affidabbiltà stradali skont id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), f'raġġ ta' 5 km miċ-ċentru tal-ittestjar; jew |
|
(b) |
tkun mekkanik ta' workshop tat-tiswija tal-vetturi li jwettaq test drive, f'raġġ ta' 5 km mill-workshop, ladarba l-vettura tkun issewwiet, jew għal skopijiet ta' manutenzjoni jew spezzjoni, rispettivament. |
Meta jitlaq miċ-ċentru tal-ittestjar jew mill-workshop, id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C għandu jkun f'pożizzjoni li juri matul kwalunkwe spezzjoni li l-vettura qed tinstaq għall-fini ta' test tal-affidabbiltà stradali kif imsemmi fil-punt (a) jew għal prova tas-sewqan kif imsemmi fil-punt (b). L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f'konformità ma' dan il-paragrafu.
Artikolu 10
Ħruġ, validità u tiġdid
1. Il-liċenzji tas-sewqan għandhom jinħarġu biss lil applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu għaddew minn test tal-ħiliet u tal-imġiba u minn test ta’ teorija, f'konformità mal-Anness II, u jissodisfaw l-istandards minimi tas-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan, f'konformità mal-Anness III; |
|
(b) |
fir-rigward tal-kategorija AM, ikunu għaddew minn test tat-teorija biss; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-applikanti jgħaddu minn test tal-ħiliet u tal-imġiba u jistgħu japplikaw l-Artikolu 11 fir-rigward ta' din il-kategorija. Għal vetturi bi tliet roti u kwadriċikli f'din il-kategorija, l-Istati Membri jistgħu jimponu test speċifiku tal-ħiliet u tal-imġiba. Għad-differenzazzjoni ta' vetturi fil-kategorija AM, jista' jiddaħħal kodiċi nazzjonali fuq il-liċenzja tas-sewqan; |
|
(c) |
fir-rigward tal-kategorija A2 jew tal-kategorija A, u bil-kundizzjoni li jkunu kisbu esperjenza minima ta' sentejn isuqu mutur fil-kategorija A1 jew fil-kategorija A2 rispettivament, jew:
|
|
(d) |
ikunu lestew taħriġ jew għaddew minn test tal-ħiliet u tal-imġiba, jew ikunu lestew taħriġ jew għaddew minn test tal-ħiliet u tal-imġiba skont l-Anness V fir-rigward tal-kategorija B għas-sewqan ta' kombinazzjoni ta' vetturi, karavan bil-mutur, vettura tal-emerġenza jew vettura li taħdem bi fjuwils alternattivi msemmija fl-Artikolu 6(1), il-punt (c)(ii); |
|
(e) |
ikollhom ir-residenza normali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja tas-sewqan, jew jaqgħu fl-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(3) jew (4), jew li jkunu jistgħu jipproduċu prova li, fil-ħin li jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, kienu ilhom jistudjaw hemmhekk għal mill-inqas matul is-sitt xhur ta' qabel. |
2. Id-durata tal-validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri għandha tkun kif ġej:
|
(a) |
15-il sena għall-kategoriji AM, A1, A2, A, B, B1 u BE. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dak it-tul ta' żmien għal 10 snin f'każ li l-liġi nazzjonali tagħhom tippermetti li l-liċenzja tas-sewqan tintuża wkoll bħala dokument ta' identifikazzjoni personali; |
|
(b) |
ħames snin għall-kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E. |
It-tiġdid ta' liċenzja tas-sewqan jista' jiskatta perjodu ġdid ta' validità amministrattiva għal kategorija waħda jew aktar li d-detentur huwa intitolat li jsuq, sa fejn dan ikun konformi ma' din id-Direttiva.
Il-preżenza ta' mikroċippa jew kodiċi QR skont l-Artikolu 4(5) u (6) rispettivament ma għandhiex tkun prerekwiżit għal liċenzja tas-sewqan biex tkun valida. It-telf jew l-indeċifrabbiltà tal-mikroċippa jew tal-kodiċi QR, jew kwalunkwe ħsara oħra fih, ma għandhiex taffettwa l-validità tal-liċenzja tas-sewqan.
L-Istati Membri jistgħu, għall-fini li jtejbu s-sikurezza fit-toroq, jillimitaw il-perjodu ta' validità amministrattiva ta' kwalunkwe kategorija ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa lil sewwieqa ġodda sabiex japplikaw miżuri speċifiċi lil tali sewwieqa.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta' validità amministrattiva ta' liċenzji tas-sewqan individwali għal kwalunkwe kategorija jekk ikun neċessarju li tiġi applikata frekwenza miżjuda ta' kontrolli mediċi, awtovalutazzjonijiet jew miżuri speċifiċi oħra, inkluż restrizzjonijiet għall-awturi ta' reati tat-traffiku.
L-Istati Membri għandhom jillimitaw il-perjodu ta' validità amministrattiva ta' liċenzji individwali tas-sewqan f'konformità mal-Artikolu 6(1), il-punt (c)(i), it-tieni subparagrafu. Il-liċenzja tas-sewqan hekk limitata ma għandhiex tkun tista' tiġġedded.
L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-perjodi ta' validità amministrattiva stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, għal-liċenzji tas-sewqan ta' detenturi li laħqu l-età ta' 65 sena, sabiex jiġi meħtieġ li kontrolli mediċi, awtovalutazzjonijiet jew miżuri speċifiċi oħra, inkluż korsijiet ta' aġġornament, jitweqqu b'mod aktar frekwenti. Tali perjodu mnaqqas ta' validità amministrattiva għandu jiġi applikat biss mat-tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan.
L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-perjodu ta' validità amministrattiva stabbilit f'dan il-paragrafu tal-liċenzji tas-sewqan ta' persuni li jkunu ngħataw permess ta' residenza temporanju jew li jibbenefikaw fit-territorji tagħhom minn protezzjoni temporanja, jew minn protezzjoni adegwata skont id-dritt nazzjonali.
3. It-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan malli tiskadi l-validità amministrattiva tagħhom għandu jkun soġġett għaż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
it-tkomplija tal-konformità tal-applikant għat-tiġdid mal-istandards minimi ta' saħħa fiżika u mentali għas-sewqan stabbiliti fl-Anness III; |
|
(b) |
li l-applikant għat-tiġdid ikollu r-residenza normali tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja tas-sewqan, jew taqgħa fl-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(3), jew ikollu evidenza li l-applikant għat-tiġdid ikun ilu jistudja hemmhekk għal mill-inqas is-sitt xhur preċedenti, fil-mument li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu. |
4. Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet kriminali u l-liġijiet taż-żamma tal-ordni nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-ħruġ ta' liċenzji tas-sewqan dispożizzjonijiet nazzjonali relatati ma' kundizzjonijiet għajr dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.
5. L-ebda persuna ma jista' jkollha aktar minn liċenzja tas-sewqan waħda. Liċenzja tas-sewqan mobbli tista', madankollu, tintwera simultanjament fuq aktar minn apparat elettroniku wieħed.
Stat Membru għandu jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan jekk l-applikant diġà jkollu liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex japplikaw it-tieni subparagrafu. Il-miżuri meħtieġa fir-rigward tal-ħruġ, is-sostituzzjoni, it-tiġdid jew l-iskambju ta' liċenzja tas-sewqan għandhom, meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li l-applikant diġà huwa d-detentur ta' liċenzja tas-sewqan oħra, jinkludu verifika ma' Stati Membri oħra jekk l-applikant huwiex id-detentur ta' liċenzja tas-sewqan oħra. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw in-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(6), Stat Membru li joħroġ liċenzja tas-sewqan għandu japplika d-diliġenza dovuta sabiex jiżgura li l-persuna tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u għandu japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar il-kanċellazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan jew tad-dritt tas-sewqan jekk jiġi stabbilit li liċenzja tas-sewqan ġiet maħruġa mingħajr ma ġew sodisfatti dawk ir-rekwiżiti.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 25, biex temenda l-Annessi II, III, V u VI, fejn meħtieġ, sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi.
Artikolu 11
Konformità mal-istandards minimi ta' saħħa fiżika u mentali
1. L-Istati Membri għandhom, qabel ma tinħareġ liċenzja tas-sewqan għall-ewwel darba, jiżguraw li l-applikanti jgħaddu minn eżami mediku li fih jiġu applikati l-istandards minimi ta' saħħa fiżika u mentali li jkopru l-kundizzjonijiet mediċi kollha stabbiliti fl-Anness III. Dan japplika għall-ħruġ ta' liċenzji tas-sewqan fil-kategorija AM biss jekk ikun meħtieġ mill-Istati Membri inkwistjoni f'konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b). Madankollu, għandu jkun meħtieġ eżami mediku fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tas-sewqan tal-kategoriji C, CE, C1, C1E, D, D1, DE jew D1E, irrispettivament minn jekk sarx eżami mediku għal kategorija oħra.
2. Qabel ma tiġġeddidilhom liċenzja tas-sewqan, l-applikanti għat-tiġdid għandhom jgħaddu minn eżami mediku li jkopri l-kundizzjonijiet mediċi stabbiliti fl-Anness III. Dan għandu japplika għat-tiġdid ta' liċenzji tas-sewqan fil-kategorija AM biss jekk ikun meħtieġ mill-Istat Membru inkwistjoni f'konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b).
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, u sa fejn mhux previst mod ieħor fl-Anness III, bħal fil-każ tal-verifika xierqa tal-vista għall-applikanti għal-liċenzji tas-sewqan f'konformità mal-Anness III, il-punt 3, l-Istati Membri jistgħu, għall-kategoriji AM, A, A1, A2, B, B1 u BE, minflok ma jeħtieġu eżami mediku, japplikaw waħda mill-miżuri alternattivi li ġejjin jew it-tnejn li huma:
|
(a) |
jesiġu li l-applikant jew id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan jimla formola ta' awtovalutazzjoni li tkopri l-kundizzjonijiet mediċi stabbiliti fl-Anness III meta japplika għall-ħruġ jew it-tiġdid ta' liċenzja tas-sewqan; jew |
|
(b) |
jistabbilixxu sistema nazzjonali ta' valutazzjoni tal-idoneità għas-sewqan biex jiżguraw li jkun hemm reazzjoni għal bidliet sinifikanti fis-saħħa fiżika jew mentali sabiex ikun hemm konformità mal-istandards minimi ta' saħħa fiżika u mentali stabbiliti fl-Anness III, wara li l-liċenzja tas-sewqan tkun inħarġet lill-applikant wara eżami mediku jew awtovalutazzjoni. |
4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu miżuri xierqa biex jindirizzaw in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit li timtela formola ta' awtovalutazzjoni jew biex tiġi pprovduta b'mod konxju informazzjoni fil-formola ta' awtovalutazzjoni li tkun skorretta jew mhux kompluta, jew għan-nuqqas ta' ssodisfar ta' kwalunkwe rekwiżit stabbilit f'konformità mal-paragrafu 3, il-punt (b).
5. L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-miżura alternattiva skont il-paragrafu 3, il-punt (b), b'tali mod li tippermetti l-monitoraġġ tal-idoneità għas-sewqan matul il-perjodi ta' validità amministrattiva.
6. Jekk abbażi tal-informazzjoni miksuba skont il-miżuri alternattivi diversi stabbiliti fil-paragrafu 3, isir evidenti li l-applikant jew id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan x'aktarx ikollu waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet mediċi elenkati fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jew id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan jagħmel eżami mediku qabel ma l-Istati Membri joħorġu jew iġeddu l-liċenzja tas-sewqan.
7. Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri biex jissensibilizzaw u jtejbu l-għarfien tas-settur tas-saħħa u tad-detenturi ta' liċenzja tas-sewqan dwar l-istandards minimi ta' idoneità fiżika u mentali għas-sewqan stabbiliti fl-Anness III.
Jekk l-Istati Membri jadottaw linji gwida għall-prattikanti mediċi biex jgħinu fl-identifikazzjoni tad-detenturi ta' liċenzja tas-sewqan li ma għadhomx jissodisfaw l-istandards minimi ta' idoneità fiżika u mentali għas-sewqan, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-linji gwida disponibbli għall-Istati Membri l-oħra.
Jekk l-Istati Membri jiżviluppaw kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubblika biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali jew fiżika li jistgħu jfixklu l-idoneità għas-sewqan, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri oħra.
8. L-istandards stabbiliti mill-Istati Membri għall-ħruġ jew għal kwalunkwe tiġdid sussegwenti tal-liċenzji tas-sewqan jistgħu jkunu iktar stretti minn dawk stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 12
Estensjoni tal-validità f'każ ta' kriżi
1. F'każ ta' kriżi, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu ta' validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan li kieku kienu jiskadu, għal perjodu massimu ta' sitt xhur. L-estensjoni tista' tiġġedded meta l-kriżi tippersisti.
2. Kwalunkwe estensjoni bħal din għandha tkun debitament iġġustifikata u nnotifikata immedjatament lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika minnufih din l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-validità tal-liċenzji tas-sewqan li l-perjodu ta' validità amministrattiva tagħhom ikun ġie estiż skont dan l-Artikolu.
3. Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati marbuta ma’ meta l-kriżi msemmija fil-paragrafu 1 li taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar, il-Kummissjoni tista' tadotta immedjatament atti ta' implimentazzjoni applikabbli sabiex testendi l-perjodu ta' validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan kollha jew ta' ċerti kategoriji tagħhom li kieku kienu jiskadu. Dik l-estensjoni ma għandhiex taqbeż is-sitt xhur u tista' tiġġedded meta l-kriżi tippersisti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(3).
4. Meta Stat Membru ma jkunx, u x'aktarx li mhux ser ikun, affettwat minn diffikultajiet li wasslu biex it-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan isir imprattikabbli bħala konsegwenza tal-kriżi li taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar imsemmija fil-paragrafu 3, jew ikun ħa miżuri nazzjonali xierqa biex jiġi mmitigat l-impatt ta' dik il-kriżi, dak l-Istat Membru jista', wara li jkun informa lill-Kummissjoni, jiddeċiedi li ma japplikax l-estensjoni introdotta mill-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 13
L-iskambju u s-sostituzzjoni tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri
1. Meta d-detentur ta' liċenzja valida tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru wieħed ikun ittrażloka fi Stat Membru ieħor, id-detentur jista' jitlob mill-Istat Membru tar-residenza normali li l-liċenzja tas-sewqan tad-detentur tiġi sostitwita b'liċenzja tas-sewqan ekwivalenti. L-Istat Membru mitlub iwettaq l-iskambju għandu jivverifika fir-rigward ta' liema kategorija jew kategoriji l-liċenzja tas-sewqan li jkun intalab l-iskambju tagħha tkun għadha valida.
2. Soġġett għall-prinċipju tat-territorjalità tal-liġijiet kriminali u l-liġijiet taż-żamma tal-ordni, l-Istat Membru tar-residenza normali jista' japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar il-kanċellazzjoni, l-irtirar, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni tad-dritt tas-sewqan tad-detentur ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor u, jekk meħtieġ, jista' jissostitwixxi l-liċenzja tas-sewqan għal dak il-għan.
3. L-Istat Membru li jiskambja liċenzja tas-sewqan fiżika għandu jagħti lura l-liċenzja tas-sewqan il-qadima lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-ħruġ u għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu għas-sostituzzjoni.
L-Istat Membru li jiskambja liċenzja tas-sewqan mobbli għandu jinforma lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-ħruġ u għandu jagħti r-raġunijiet għas-sostituzzjoni. L-Istat Membru tal-ħruġ għandu jiżgura li l-liċenzja tas-sewqan mobbli preċedenti ma tkunx tista' tintwera aktar permezz tal-apparat elettroniku użat għal dan l-għan mid-detentur tal-liċenzja tas-sewqan. L-Istati Membri għandhom jużaw in-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE għal skopijiet ta’ komunikazzjoni.
4. Sostituzzjonijiet ta' liċenzji tas-sewqan fiżiċi li jkunu ġarrbu ħsara, intilfu jew insterqu, u sostituzzjonijiet ta' liċenzji tas-sewqan fiżiċi jew fuq apparat mobbli li minnhom ikun sar użu frawdolenti, jistgħu jinkisbu biss mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan ikollu r-residenza normali tiegħu, jew tal-Istat Membru tal-ħruġ jekk jiġi applikat l-Artikolu 20(3). Dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu s-sostituzzjoni abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom jew, fejn xieraq, abbażi ta' prova mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan oriġinali. Jekk liċenzja tas-sewqan tkun ġiet sostitwita minn Stat Membru għajr l-Istat Membru tal-ħruġ u l-liċenzja tas-sewqan sostitwita tkun għadha fil-pussess tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan inkwistjoni, jew tkun tista' tintwera minnu, għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3.
Artikolu 14
Attestazzjoni tad-dritt tas-sewqan matul skambju jew sostituzzjoni
Matul is-sostituzzjoni jew l-iskambju ta' liċenzja tas-sewqan, l-Istat Membru li jwettaq is-sostituzzjoni jew l-iskambju għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw il-validità tad-drittijiet tas-sewqan tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan, b'mod partikolari matul il-kontrolli fuq il-ġenb tat-triq. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar is-sostituzzjoni jew l-iskambju ta' liċenzja tas-sewqan mingħajr dewmien fin-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE meta d-durata tal-proċedura ta' skambju jew ta' sostituzzjoni tagħmilha neċessarja. F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru għandu jipprovdi lid-detentur tal-liċenzja tas-sewqan ikkonċernat b'dokument li jindika li saret talba għas-sostituzzjoni jew għall-iskambju tal-liċenzja tas-sewqan ta’ dak id-detentur.
Artikolu 15
L-iskambju ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa minn pajjiżi terzi
1. Meta Stat Membru jipprevedi l-iskambju ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiż terz lil detentur tal-liċenzja tas-sewqan li ttrażloka fit-territorju tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jiskambja l-liċenzja tas-sewqan f'konformità ma' dan l-Artikolu.
2. Meta Stat Membru jiskambja liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiż terz li ma kienx is-suġġett ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, dan l-iskambju għandu jiġi rreġistrat fuq il-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn dak l-Istat Membru permezz tal-kodiċi rilevanti stabbilit fl-Anness I, il-Parti E, kif għandu jiġi rreġistrat ukoll kwalunkwe tiġdid jew sostituzzjoni sussegwenti. Jekk id-detentur ta' dik il-liċenzja tas-sewqan sussegwentement jittrasferixxi r-residenza normali tiegħu għal Stat Membru ieħor, dan tal-aħħar jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku stabbilit fl-Artikolu 3(6).
L-Istati Membri għandhom japplikaw, għal skambji bħal dawn, id-dritt nazzjonali tagħhom, f'konformità mal-kundizzjonijiet previsti f'dan il-paragrafu.
3. Meta l-liċenzja tas-sewqan tinħareġ f'kategorija u minn pajjiż terz li kien is-suġġett ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 7, tali skambju għandu jiġi rreġistrat fuq il-liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-Istat Membru kkonċernat billi jintuża l-kodiċi rilevanti stabbilit fl-Anness I, il-Parti E. F'dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw il-liċenzja tas-sewqan f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti.
4. Meta liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru tkun ġiet skambjata għal liċenzja tas-sewqan ta' pajjiż terz, l-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu l-issodisfar ta' kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali għajr dawk stabbiliti fl-Artikolu 10(3), il-punt (a), jew jirreġistraw kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għall-iskambju ta' dik il-liċenzja tas-sewqan ta' pajjiż terz, fir-rigward tal-kategoriji tal-liċenzja tas-sewqan inizjali.
Fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, fejn applikant jitlob li tiġi skambjata liċenzja tas-sewqan li tkun valida wkoll għal kategoriji li dwarhom l-applikant ikun kiseb id-dritt ta' sewqan f'pajjiż terz, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
|
(a) |
jekk il-liċenzja tas-sewqan tkun inħarġet għal kategorija u minn pajjiż terz li jkun is-suġġett ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 7, għandu japplika l-paragrafu 3; |
|
(b) |
fin-nuqqas ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 7, għandu japplika l-paragrafu 2. |
5. L-iskambji msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom iseħħu biss jekk il-liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-pajjiż terz tkun ġiet ċeduta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mitlub li jagħmel l-iskambju.
6. Il-Kummissjoni tista' tiddetermina li pajjiż terz għandu qafas tat-trasport bit-triq li jiggarantixxi, kompletament jew parzjalment, livell ta' sikurezza fit-toroq li jkun komparabbli ma' dak tal-Unjoni, li jagħmilha possibbli li l-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn dak il-pajjiż terz jiġu skambjati, jekk meħtieġ wara li ċerti kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, f'konformità mal-paragrafu 3.
Meta l-Kummissjoni tagħmel id-determinazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, hija tista', f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tivvaluta l-qafas tat-trasport bit-triq tal-pajjiż terz. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom dwar il-qafas tat-trasport bit-triq fis-seħħ fil-pajjiż terz identifikat fi żmien perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. Dak il-perjodu għandu jkun mill-inqas sitt xhur u mhux itwal minn 18-il xahar. Il-Kummissjoni għandha tipproċedi bil-valutazzjoni ladarba tkun irċeviet opinjoni mill-Istati Membri kollha jew ladarba l-limitu ta' żmien biex jintbagħtu l-opinjonijiet ikun għadda, skont liema jseħħ l-ewwel.
Meta tivvaluta l-qafas tat-trasport bit-triq fis-seħħ f'pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tqis tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
ir-rekwiżiti tal-liċenzjar tas-sewwieqa fis-seħħ, bħall-klassifikazzjoni tal-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan, ir-rekwiżiti tal-età minima, ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet tat-taħriġ u tat-testijiet tas-sewqan, u l-istandards mediċi għall-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan; |
|
(b) |
jekk il-pajjiż terz joħroġx liċenzji tas-sewqan mobbli u, jekk iva, l-arranġamenti tekniċi u strutturali applikabbli biex titħaddem is-sistema; |
|
(c) |
il-punt sa fejn ikun hemm liċenzji tas-sewqan falsifikati fiċ-ċirkolazzjoni u x'miżuri jittieħdu għall-prevenzjoni tal-falsifikazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan, u l-korruzzjoni marbuta magħha; |
|
(d) |
il-perjodu ta' validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-pajjiż terz; |
|
(e) |
il-kundizzjonijiet tat-traffiku fil-pajjiż terz u jekk humiex komparabbli mal-kundizzjonijiet tat-traffiku fin-networks tat-toroq fl-Unjoni; |
|
(f) |
il-prestazzjoni tas-sikurezza fit-toroq tal-pajjiż terz; |
|
(g) |
il-prattika u l-qafas legali tal-pajjiż terz fl-iskambju tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri. |
7. Il-Kummissjoni tista', wara li twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 u permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi li pajjiż terz għandu qafas tat-trasport bit-triq fis-seħħ li jiggarantixxi bis-sħiħ jew parzjalment, livell ta' sikurezza fit-toroq li huwa komparabbli ma' dak tal-Unjoni, sabiex il-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn dak il-pajjiż terz jiġu skambjati f'konformità mal-paragrafu 3.
L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun fih mill-inqas:
|
(a) |
il-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan imsemmija fl-Artikolu 6, li fir-rigward tagħhom jista' jsir skambju f'konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
id-dati tal-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan tal-pajjiż terz li wara dawn jista' jsir skambju f'konformità mal-paragrafu 3; |
|
(c) |
kwalunkwe kundizzjoni ġenerali li għandha tiġi rrispettata għall-fini tal-verifika tal-awtentiċità tad-dokument uffiċjali li għandu jiġi skambjat; |
|
(d) |
kwalunkwe kundizzjoni ġenerali li l-applikant għandu jikkonforma magħha, qabel l-iskambju, sabiex juri li l-applikant jissodisfa l-istandards minimi ta’ idoneità fiżika u mentali stabbiliti fl-Anness III. |
Meta l-liċenzja tas-sewqan tal-applikant ma tagħmilhiex possibbli għall-applikant li jikkonforma mat-tieni subparagrafu, il-punt (a) jew (b), ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiskambjaw il-liċenzja tas-sewqan f'konformità mal-paragrafu 2. Meta l-applikant ma jkunx jista' jikkonforma mat-tieni subparagrafu, il-punti (c) jew (d) ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jiskambjaw il-liċenzja tas-sewqan.
Kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali li tinsab fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tipprevedi jew l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru f'konformità mal-paragrafu 2, jew ir-rifjut tal-iskambju tal-liċenzja tas-sewqan, fejn dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati mill-applikant.
L-att ta' implimentazzjoni msemmi taħt dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).
8. L-atti ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 7 għandhom jipprevedu rieżami perjodiku mill-Kummissjoni, tal-anqas kull erba' snin, tas-sitwazzjoni tas-sikurezza fit-toroq fil-pajjiż terz ikkonċernat. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom. Skont il-konklużjonijiet tar-rieżami, il-Kummissjoni għandha żżomm, temenda jew tissospendi, sa fejn ikun meħtieġ, jew għandha tirrevoka dak l-att ta' implimentazzjoni.
9. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit web tagħha lista tal-pajjiżi terzi li kienu s-suġġett ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 7, u għandha tippubblika wkoll kwalunkwe tibdil rilevanti li jsir f'konformità mal-paragrafu 8.
10. Sabiex tappoġġa l-integrazzjoni ta' sewwieqa professjonali ta' pajjiżi terzi fis-suq intern tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-grupp ta' esperti dwar il-kwalifika u t-taħriġ tas-sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq li jkun ġie stabbilit skont ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva (UE) 2022/2561.
Artikolu 16
L-effetti tal-kanċellazzjoni, l-irtirar, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni tad-dritt tas-sewqan ta’ sewwieq ta’ vettura awtopropulsiva għat-triq, tal-liċenzja tas-sewqan tiegħu jew tar-rikonoxximent tal-validità tal-liċenzja tas-sewqan tiegħu
1. L-Istat Membri għandhom jirrifjutaw li joħorġu liċenzji tas-sewqan lil applikanti li jkollhom il-liċenzja tas-sewqan tagħhom tkun ġiet ikkanċellata, irtirata, sospiża jew ristretta fi Stat Membru ieħor.
2. Stat Membru għandu jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta' kwalunkwe liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lil persuna li d-dritt tas-sewqan tagħha, il-liċenzja tas-sewqan tagħha, jew ir-rikonoxximent tal-validità tagħha jkunu ġew ikkanċellati, irtirati, sospiżi jew restritti fit-territorju tal-Istat Membru preċedenti.
3. Id-dritt tas-sewqan, liċenzja tas-sewqan jew ir-rikonoxximent tal-validità tagħha għandhom jitqiesu kkanċellati, irtirati, sospiżi jew ristretti għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, sakemm il-persuna kkonċernata tikkonforma ma’ kwalunkwe kundizzjoni imposta minn Stat Membru, sabiex tirkupra d-dritt li ssuq jew i-liċenzja tas-sewqan tagħha, jew biex tikseb mill-ġdid ir-rikonoxximent tal-validità tal-liċenzja tas-sewqan tagħha, jew biex tkun tista' tapplika għal liċenzja tas-sewqan ġdida.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe kundizzjoni li jimponu sabiex persuna titħalla tirkupra d-dritt għas-sewqan, jew il-liċenzja tas-sewqan tagħha, jew li tikseb mill-ġdid ir-rikonoxximent tal-validità tagħha, jew li tkun tista' tapplika għal liċenzja tas-sewqan ġdida tkun proporzjonata, mhux diskriminatorja għad-detenturi ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa minn kwalunkwe Stat Membru ieħor, u li huma ma jwasslux, waħedhom, għal rifjut ta' durata indefinita li tinħareġ liċenzja tas-sewqan jew li tiġi rikonoxxuta liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor.
4. Meta jkun iġġustifikat abbażi tal-kondotta jew tal-idoneità fiżika jew mentali ta' persuna, l-Istati Membri jistgħu jiskwalifikaw lil dik il-persuna milli ssuq fit-territorju tagħhom b'mod indefinit mingħajr ma jipprovdu lil dik il-persuna l-possibbiltà li tirkupra d-dritt għas-sewqan jew il-liċenzja tas-sewqan tagħha, jew li tikseb mill-ġdid ir-rikonoxximent tal-validità tal-liċenzja tas-sewqan tagħha jew li tapplika għal liċenzja tas-sewqan ġdida.
B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru li ma jkunx skwalifika lil dik il-persuna milli ssuq jista', wara li jikkonsulta mal-Istat Membru kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, joħroġ liċenzja tas-sewqan lil dik il-persuna. Madankollu, l-Istat Membru li jkun skwalifika lil dik il-persuna milli ssuq jista' jirrifjuta, fit-territorju tiegħu u b'mod indefinit, li jirrikonoxxi l-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor.
Artikolu 17
Skema ta' sewqan akkumpanjat
1. Minkejja l-Artikolu 7(1), il-punt (b), l-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji tas-sewqan, f'konformità mal-Artikolu 10(1), għall-kategorija B immarkati bil-kodiċi tal-Unjoni 98.02 stabbiliti fl-Anness I, il-Parti E, lill-applikanti li jkunu laħqu l-età ta' 17-il sena.
2. B'deroga mill-Artikolu 7(1), il-punti (b) u (d), rispettivament, l-Istati Membri jistgħu, biex wieħed isuq fit-territorji rispettivi tagħhom, joħorġu liċenzji tas-sewqan għall-kategorija C1, C1E jew C, f'konformità mal-Artikolu 10(1), dment li l-applikant ikollu CPC mogħti f'konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2561 għall-kategorija C jew f’konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2561 għall-kategoriji C1 u C1E, immarkat bil-kodiċi tal-Unjoni 98.02 stabbilit fl-Anness I, il-Parti E, lill-applikanti li jkunu laħqu l-età ta'17-il sena.
Il-liċenzji tas-sewqan maħruġa f'konformità mal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rikonoxxuti b'mod reċiproku mill-Istati Membri li joħorġu tali liċenzji tas-sewqan.
3. Id-detenturi ta' liċenzja tas-sewqan immarkata bil-kodiċi tal-Unjoni 98.02 stabbilit fl-Anness I, il-Parti E, li ma jkunux laħqu l-età ta' 18-il sena għandhom isuqu biss meta jkunu akkumpanjati minn persuna, fis-sit tal-passiġġier ta' quddiem, li hija kapaċi tipprovdi gwida lid-detentur waqt li jsuq. Il-persuna li takkumpanja għandha tikkonforma mar-regoli dwar is-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew tad-drogi. Il-persuna li takkumpanja:
|
(a) |
għandu jkollha età minima ta' 24 sena; |
|
(b) |
għandu jkollha liċenzja tas-sewqan tal-kategorija rilevanti maħruġa fl-Unjoni aktar minn ħames snin qabel; |
|
(c) |
ma għandhiex tkun ġiet soġġetta għal skwalifika tas-sewqan fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan imsemmija fil-punt (b) fl-aħħar ħames snin. |
Stat Membru għajr l-Istat Membru tal-ħruġ imsemmi fil-punt (c) jista' jipprevedi l-infurzar ta' skwalifika tas-sewqan fit-territorju tiegħu, wara reat imwettaq fit-territorju tiegħu, li jkun jimplika nuqqas ta’ kapaċità li taġixxi bħala persuna li takkumpanja skont dan l-Artikolu.
4. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu l-identifikazzjoni tal-persuni li jakkumpanjaw imsemmija fil-paragrafu 3 sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għadd ta' persunili jakkumpanjaw possibbli fir-rigward ta’ sewwieq akkumpanjat partikolari. L-Istati Membri jistgħu japplikaw kundizzjonijiet addizzjonali fit-territorju tagħhom, li għandhom jiġu ssodisfati mill-persuna li takkumpanja lid-detentur ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa minnhom. Tali kundizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati u xierqa fir-rigward tal-kisba tal-għanijiet tal-iskema tas-sewqan akkumpanjat. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawk il-kundizzjonijiet addizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni fuq dawk il-kundizzjonijiet addizzjonali disponibbli għall-pubbliku.
Għal persuna li takkumpanja detentur ta' liċenzja tas-sewqan tal-kategoriji C, C1E jew C1, ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, ir-rekwiżit li l-persuna li takkumpanja:
|
(a) |
ikollha l-kwalifika u t-taħriġ rilevanti pprovduti f'konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2561; jew |
|
(b) |
tkun għaddiet kors ta' taħriġ iddedikat ta' mill-inqas 7 sigħat, li jista' jiżdied għal 14-il siegħa, biex titgħallem il-ħiliet professjonali u pedagoġiċi meħtieġa, bħala parti mit-taħriġ perjodiku tas-CPC tagħha. |
5. L-iskema tas-sewqan akkumpanjat ma għandha tirrestrinġi l-ebda possibbiltà eżistenti li l-Istati Membri għandhom li jbaxxu l-età minima għall-applikanti għal-liċenzji tas-sewqan tal-kategorija B kif stabbilit fl-Artikolu 7(2) jew li japplikaw kundizzjonijiet relatati fil-livell nazzjonali.
6. L-Istati Membri jistgħu japplikaw kundizzjonijiet addizzjonali għall-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan immarkata bil-kodiċi tal-Unjoni 98.02 stabbiliti fl-Anness I, il-Parti E, għal applikanti li ma jkunux laħqu l-età ta' 18-il sena. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 18
Perjodu ta' prova
1. Id-detentur ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa wara li wieħed ikun għadda minn test tas-sewqan meħtieġ skont l-Artikolu 10(1), il-punt (a), għandu jitqies “sewwieq ġdid” u għandu jkun soġġett għal perjodu ta' prova. It-tul tal-perjodu ta' prova għandu jiġi determinat mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja tas-sewqan u ma għandux ikun inqas minn sentejn.
Jekk is-sewwieq ġdid diġà jkollu liċenzja tas-sewqan valida għal kategorija oħra ta' vettura, il-perjodu ta' prova fil-prinċipju għandu jinkludi biss dak li jibqa' mill-perjodu ta' prova għal-liċenzja tas-sewqan eżistenti. Madankollu, għal sewwieqa ġodda li jkollhom liċenzja tas-sewqan tal-kategorija AM biss, il-kisba ta' liċenzja ta' kategorija ġdida għandha fi kwalunkwe każ tagħti lok għal perjodu ta' prova ġdid. L-Istati Membri, fir-rigward ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa minnhom ta’ kategoriji għajr AM, jistgħu jirrikjedu perjodu ta' prova addizzjonali jew supplimentari, b'mod partikolari biex jitqiesu r-riskji differenti u l-ħiliet meħtieġa assoċjati mal-kategorija l-ġdida tal-liċenzja tas-sewqan.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli jew sanzjonijiet, jew it-tnejn, għas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol għas-sewwieqa ġodda li huma aktar stretti minn dawk għal sewwieqa mhux ġodda, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jistabbilixxu sanzjonijiet, dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji.
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri bl-għan li jnaqqsu:
|
(a) |
is-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi fost sewwieqa ġodda; |
|
(b) |
in-nuqqas ta' konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE (20) dwar l-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal fil-vetturi. |
3. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jipprevjeni lill-Istati Membri milli jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet ta' tolleranza żero li jipprojbixxu l-konsum tal-alkoħol jew tad-drogi għas-sewwieqa kollha qabel is-sewqan. Meta l-Istati Membri jintroduċu tali dispożizzjonijiet ta' tolleranza żero fil-liġi nazzjonali tagħhom, huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jallinjaw il-liġi nazzjonali tagħhom mal-miżuri meħuda skont il-paragrafu 2.
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali applikabbli fit-territorji tagħhom għal sewwieqa ġodda biex itejbu s-sikurezza fit-toroq. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.
5. Jekk awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza normali tiddeċiedi li testendi perjodu ta' prova ta' sewwieq minħabba kwalunkwe mġiba illegali ta' dik il-persuna, hija għandha tiżgura li l-perjodu l-ġdid ta' prova jiġi rreġistrat fuq il-liċenzja tas-sewqan.
6. L-Istati Membri għandhom jimmarkaw il-liċenzji tas-sewqan maħruġa matul perjodu ta' prova bil-kodiċi tal-Unjoni rilevanti stabbilit fl-Anness I, il-Parti E.
Artikolu 19
Eżaminaturi
1. L-eżaminaturi tas-sewqan għandhom jissodisfaw l-istandards minimi stabbiliti fl-Anness IV.
L-eżaminaturi tas-sewqan li diġà kienu jaħdmu f'dik il-kapaċità qabel id-19 ta' Jannar 2013 għandhom ikunu soġġetti biss għar-rekwiżiti dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità u miżuri regolari ta' taħriġ perjodiku stabbiliti f'dak l-Anness.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 25, biex temenda l-Anness IV, fejn meħtieġ sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi.
Artikolu 20
Residenza normali
1. Il-post tar-residenza normali għandu jitqies bħala l-post fejn persuna tgħix normalment, jiġifieri mill-inqas għal 185 jum fit-365 jum preċedenti, minħabba rabtiet personali u ta' xogħol, jew, fil-każ ta' persuna li ma jkollhiex rabtiet ta' xogħol, minħabba r-rabtiet personali li juru rabtiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn dik il-persuna tkun qed tgħix.
Madankollu, il-post tar-residenza normali ta' persuna li l-irbit tax-xogħol tagħha huwa f'post differenti mill-irbit personali ta’ dik il-persuna, u li b'konsegwenza tgħix daqqa f'post u daqqa f'ieħor u fejn dawn il-postijiet jinsabu f'żewġ Stati Membri jew iktar għandu jitqies il-post fejn dik il-persuna għandha l-post tal-irbit personali tagħha, dment li din il-persuna tirritorna hemm regolarment. Il-persuna m'għandhiex tkun obbligata tikkonforma ma' din il-kondizzjoni jekk tkun qed tgħix fi Stat Membru sabiex twettaq kompitu ta' tul definit. Attendenza f'università jew skola ma għandhiex tikkostitwixxi trasferiment tar-residenza normali.
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 10(3), il-punt (b), u l-Artikolu 13(4), il-post ta' residenza normali tal-persunal tas-servizzi diplomatiċi tal-Unjoni, jiġifieri uffiċjali mid-dipartimenti rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri u kwalunkwe impjegat jew kuntrattur ieħor li jaħdem għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tar-rappreżentanza esterna u li, sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet kuntrattwali tagħhom, ikunu għexu mill-inqas 181 jum fl-aħħar 365 jum barra mill-Unjoni, jew persunal tas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri tagħha, jew tal-membri tal-familji tagħhom li jiffurmaw parti mill-unitajiet domestiċi tagħhom, akkreditati lil pajjiżi terzi għandhom jitqiesu li huma fit-territorju tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri tal-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan li jkunu qed jiġġeddu jew jiġu sostitwiti.
3. F'każijiet eċċezzjonali, meta d-detentur ta' liċenzja tas-sewqan ma jkunx jista' juri l-istabbiliment tar-residenza normali tiegħu fi Stat Membru partikolari skont il-paragrafu 1, id-detentur jista' jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu mġedda jew sostitwita fl-Istat Membru li jkun ħariġha.
4. B'deroga mill-Artikolu 10(1), il-punt (e), u għall-iskop speċifiku tal-ewwel ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B, applikant li l-Istat Membru ta' residenza normali tiegħu jkun differenti mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza ta’ dak l-applikant jista' jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu maħruġa minn dan tal-aħħar, fejn ma jkunx possibli fl-Istat Membru ta' residenza normali li tagħmel jew it-test ta’ teorija jew ta’ prattika, jew it-tnejn li huma, f'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-applikant li hija wkoll lingwa uffiċjali tal-Unjoni, jew b'interpretu.
F'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1724, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu lill-utenti aċċess għall-informazzjoni dwar il-lingwi li għalihom tkun qed tiġi pprovduta traduzzjoni jew interpretazzjoni tat-testijiet ta’ teorija u ta’ prattika f'kull Stat Membru.
Artikolu 21
Ekwivalenzi bejn il-liċenzji tas-sewqan standard mhux tal-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-ekwivalenzi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1945 (21) bejn l-intitolamenti maħruġa qabel id-19 ta' Jannar 2013 u l-kategoriji stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva.
2. Kull dritt ta' sewqan mogħti qabel id-19 ta' Jannar 2013 ma għandux jitneħħa jew bi kwalunkwe mod ikun kwalifikat b'din id-Direttiva.
Artikolu 22
Assistenza reċiproka u network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE
1. L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-liċenzji tas-sewqan li jkunu ħarġu, skambjaw, issostitwew, ġeddew, irrestrinġew, issospendew, irtiraw, ħassru jew irrevokaw, u fuq l-iskwalifiki tas-sewqan li jkunu imponew jew, fejn rilevanti, li jkunu qed jippjanaw li jippromulgaw u għandhom jikkonsultaw lil xulxin meta jkun hemm raġunijiet tajba biex wieħed jissuspetta li applikant għal liċenzja tas-sewqan ikun soġġett għal skwalifika tas-sewqan fi Stat Membru ieħor. Huma għandhom jużaw in-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE għall-iskambju ta’ informazzjoni.
2. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll in-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE għall-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet li ġejjin:
|
(a) |
biex jippermettu lill-awtoritajiet tagħhom jivverifikaw il-validità u l-awtentiċità ta' liċenzja tas-sewqan, b'mod partikolari matul il-kontrolli fuq il-ġenb tat-triq, matul l-investigazzjonijiet jew bħala parti minn miżuri kontra l-falsifikazzjoni; |
|
(b) |
biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/413; |
|
(c) |
biex jinfurzaw id-Direttiva (UE) 2022/2561, u biex jivverifikaw il-validità u l-awtentiċità ta' liċenzja tas-sewqan meta jiġu infurzati r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jew ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). |
3. L-aċċess għan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE għandu jkun sigur. In-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE għandu jipprovdi kemm għal skambju sinkroniku, jiġifieri f'ħin reali, kif ukoll għal dak mhux sinkroniku, ta' informazzjoni, u biex jintbagħtu u jiġu riċevuti messaġġi, notifiki u hemżiet sikuri.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni skambjata permezz tan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE tkun aġġornata.
L-Istati Membrigħandhom jagħtu aċċess għan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE lill-awtoritajiet kompetenti biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.
4. L-Istati Membri għandhom jassistu wkoll lil xulxin fl-implimentazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan fuq apparat mobbli, b'mod partikolari biex jiggarantixxu interoperabbiltà bla xkiel bejn l-applikazzjonijiet u l-karatteristiċi ta' verifika msemmija fl-Anness I, Parti C.
5. Sas-6 ta' Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu sett ta' regoli komuni li jirregolaw it-tħaddim tan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE, inkluż ir-rekwiżiti operazzjonali, tal-interfaċċa u tekniċi dettaljati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).
6. L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw fl-infurzar ta' kwalunkwe kanċellazzjoni, irtirar, sospensjoni jew kwalunkwe restrizzjoni tad-dritt tas-sewqan jew tal-liċenzja tas-sewqan, jew tar-rikonoxximent tal-validità tal-liċenzja tas-sewqan, b'mod partikolari meta l-miżuri rilevanti jkunu limitati għal ċerti kategoriji ta' liċenzji tas-sewqan jew għat-territorji ta' ċerti Stati Membri, b'mod partikolari permezz ta' approvazzjonijiet fuq il-liċenzji tas-sewqan li jkunu ħarġu.
Artikolu 23
Rappurtar mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar l-għadd ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa, imġedda, sostitwiti, irtirati u skambjati, għal kull kategorija ta' liċenzja tas-sewqan. Id-data għandha tiġi pprovduta separatament għal-liċenzji tas-sewqan fuq apparat mobbli u għal-liċenzji tas-sewqan fiżiċi.
2. Sas-26 ta’ Novembru 2029, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, permezz tal-faċilitazzjoni tat-tħejjija tar-rapport tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi statistika dwar inċidenti tat-traffiku fit-toroq li fihom persuna tindarab jew tinqatel, li jinvolvu sewwieqa f'impjieg professjonali, b'mod partikolari sewwieqa ta' 17-il sena li jipparteċipaw fi skema ta' sewqan akkumpanjat imsemmija fl-Artikolu 17(2).
3. L-Istati Membri jistgħu jikkondividu perjodikament data mal-Kummissjoni dwar il-liġi nazzjonali dwar l-immaniġġar ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq u dwar kunsiderazzjonijiet relatati tas-sikurezza fit-toroq, u jistgħu jipprovdu informazzjoni fejn jiġi osservat tħassib relatat mal-moviment liberu tal-ħaddiema.
Artikolu 24
Rieżami u rapportar mill-Kummissjoni
1. Sas-26 ta’ Novembru 2030, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Bħala parti mir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta:
|
(a) |
l-impatt tad-Direttiva fuq is-sikurezza fit-toroq, b'mod partikolari:
|
|
(b) |
l-effetti fuq is-sikurezza fit-toroq u fuq in-nuqqas ta' sewwieqa tal-implimentazzjoni tal-iskema ta' sewqan akkumpanjat għall-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan professjonali, abbażi tar-rapporti riċevuti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 23(2). |
Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
2. Bħala parti mir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda għall-vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi li jaffettwaw il-massa ta' dawk il-vetturi. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni miġbura f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-manifatturi tal-vetturi dwar l-impatt possibbli ta' tali żviluppi teknoloġiċi ġodda fuq il-massa tal-vetturi, biex tappoġġa l-valutazzjoni tagħha.
Il-manifatturi tal-vetturi għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien raġonevoli u f'konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, sas-26 ta’ Novembru 2026 jew immedjatament wara l-adozzjoni tal-ewwel wieħed mill-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(7), skont liema tiġi l-ewwel, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li tressaq 'il quddiem id-data msemmija fl-Artikolu 3(4), u għandha tipprovdi rapport dwar is-sejbiet tagħha. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li jqisu rilevanti għall-fini ta' din il-valutazzjoni, u l-Kummissjoni għandha tqis dik l-informazzjoni.
Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Artikolu 25
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(8), fl-Artikolu 5(6), fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 10(6) u fl-Artikolu 19(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-25 ta’ Novembru 2025. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(8), fl-Artikolu 5(6), fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 10(6) u fl-Artikolu 19(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(8), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(6) jew l-Artikolu 19(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 26
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 97/26/KE (25) (il-“kumitat”). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn ikun meħtieġ li l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, qabel l-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-kumitat jew jintalab minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.
Fejn il-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 27
Emendi għad-Direttiva (UE) 2022/2561
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:
(*1) Id-Direttiva (UE) 2025/2205 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2025 dwar il-liċenzji tas-sewqan, li temenda r-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 (ĠU L, 2025/2205, 5.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/2205/oj).”;" |
|
(b) |
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Is-sewwieqa ta' vettura maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri jistgħu jsuqu mill-età ta' 21 sena vettura tal-kategoriji D u D + E tal-liċenzji tas-sewqan, jew vettura tal-kategoriji D1 u D1 + E tal-liċenzji tas-sewqan, dment li jkollhom CPC kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) jew (2). Sabiex jiġi żgurat sewqan sikur, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skema ta' monitoraġġ għas-sewwieqa taħt l-età ta' 23 sena li jkollhom CPC kif imsemmi fl-Artikolu 6(2). Jekk l-Istati Membri jirrikjedu li tali sewwieqa jattendu korsijiet ta' taħriġ perjodiku dwar suġġetti relatati mas-sikurezza fit-toroq qabel ma jagħlqu 23 sena, sabiex jikkonsolidaw u jikkonfermaw il-kompetenza tagħhom f'dawk is-suġġetti, din l-attendenza għandha tgħodd mar-rekwiżit li jattendu 35 siegħa ta' korsijiet ta' taħriġ perjodiku kull ħames snin. Kwalunkwe Stat Membru jista' jawtorizza lil sewwieqa ta' vetturi fil-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan D1 u D1 + E biex isuqu tali vetturi fit-territorju tiegħu mill-età ta' 18-il sena, dment li s-sewwieq ikollu CPC kif imsemmi fl-Artikolu 6(1). Kwalunkwe Stat Membru jista' jawtorizza lil sewwieqa ta' vetturi fil-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan D u D+E biex isuqu tali vetturi fit-territorju tiegħu mill-età ta' 20-il sena, dment li s-sewwieq ikollu CPC kif imsemmi fl-Artikolu 6(1). Dan jista' jitnaqqas għall-età ta' 18-il sena biex jinstaqu tali vetturi mingħajr passiġġieri, jew biex iġorru passiġġieri fuq servizzi regolari fejn ir-rotta ma taqbiżx il-50 kilometru.”. |
Artikolu 28
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1724
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fit-tieni kolonna, fir-ringiela “Ċaqliq”, tiżdied il-kaxxa li ġejja: “L-akkwist u t-tiġdid ta' liċenzja tas-sewqan”; |
|
(b) |
fit-tielet kolonna, fr-ringiela “Ċaqliq”, tiżdied il-kaxxa li ġejja: “Ħruġ, skambju u sostituzzjoni ta' liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni”. |
Artikolu 29
Traspożizzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, sas-26 ta’ Novembru 2028, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mis-26 ta’ Novembru 2029.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. Sas-26 ta’ Novembru 2027, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 9(2), il-punti (j) u (k). Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mis-26 ta’ Novembru 2027.
3. Sas-26 ta’ Novembru 2028, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 17. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mis-26 ta’ Novembru 2028.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 30
Tħassir
1. Id-Direttiva 2006/126/KE titħassar b'effett mis-26 ta’ Novembru 2029, ħlief għall-Artikolu 6(4), il-punt (c), tagħha, li jitħassar b'effett mis-26 ta’ Novembru 2027.
Referenzi magħmula għad-Direttiva 2006/126/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VII ta' din id-Direttiva.
2. Ir-Regolament (UE) Nru 383/2012 jitħassar b'effett mis-26 ta’ Novembru 2029.
Ir-referenzi magħmula għar-Regolament (UE) Nru 383/2012 għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva, u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VII.
Artikolu 31
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 32
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU C 293, 18.8.2023, p. 133.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Frar 2024 (ĠU C, C/2025/1355, 17.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1355/oj) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tad-29 ta' Settembru 2025 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2025 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/126/oj).
(4) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(6) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89, http://data.europa.eu/eli/dir/2016/680/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1724/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(9) Id-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta’ merkanzija jew passiġġieri (ĠU L 330, 23.12.2022, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2561/oj).
(10) Id-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta' informazzjoni u assistenza reċiproka dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/413/oj).
(11) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 tal-4 ta' Mejju 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta' liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) (ĠU L 120, 5.5.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/383/oj).
(13) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(14) ĠU C 199, 7.6.2023, p. 13.
(15) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(16) Ir-Regolament (UE) 2025/14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2024 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li jiċċirkola fit-toroq pubbliċi u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2025/14, 8.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/14/oj).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/168/oj).
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj).
(19) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/45/oj).
(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal fil-vetturi (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/671/oj).
(21) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1945 tal-14 ta' Ottubru 2016 dwar l-ekwivalenzi bejn kategoriji ta' liċenzji tas-sewqan (ĠU L 302, 9.11.2016, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1945/oj).
(22) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/561/oj).
(23) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/165/oj).
(24) Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011(ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/631/oj).
(25) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/26/KE tat-2 ta' Ġunju 1997 li temenda d-Direttiva 91/439/KEE dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 150, 7.6.1997, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1997/26/oj).
ANNESS I
SPEĊIFIKAZZJONIJIET U DISPOŻIZZJONIJIET STANDARD DWAR IL-LIĊENZJI TAS-SEWQAN MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI
PARTI A1: Speċifikazzjonijiet ġenerali għal-liċenzja tas-sewqan fiżika
|
(1) |
Il-karatteristiċi tal-kard fiżika tal-liċenzja tas-sewqan fil-mudell tal-Unjoni għandhom ikunu f'konformità mal-ISO/IEC 7810.
Il-kard għandha tkun magħmula minn polikarbonat. Il-metodi għall-ittestjar tal-karatteristiċi tal-kard tal-liċenzji tas-sewqan bil-għan li tkun ikkonfermata l-konformità tagħhom mal-istandards internazzjonali għandhom jikkonformaw mal-ISO/IEC 10373. |
|
(2) |
Il-kard tal-liċenzja għandu jkollha żewġ naħat u għandha tikkonforma mal-mudell fl-illustrazzjoni 1.
Illustrazzjoni 1: Mudell tal-liċenzja tas-sewqan tal-Unjoni Illustrazzjoni 1 test: 1. Kunjom 2. Isem 3. Data u post tat-twelid 4a. Data tal-ħruġ 4b. Data ta’ skadenza 4c. Maħruġ minn 5. Numru tal-liċenzja 10. Valida minn 11. Valida sa 12. Kodiċi |
|
(3) |
Il-kard tal-liċenzja tas-sewqan għandha turi kif ġej l-informazzjoni li ġejja stipulata fil-Parti D:
In-Naħa 1 għandha turi:
In-Naħa 2 għandha turi:
Jekk xi Stat Membru jixtieq jagħmel l-iskrizzjonijiet f'xi lingwa nazzjonali għajr waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol jew l-Iżvediż, għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-liċenzja tas-sewqan billi juża waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Anness. Għandu jkun riżervat spazju fuq il-liċenzja tas-sewqan li jippermetti l-inklużjoni possibbli ta' mikroċippa jew apparat tal-IT simili, jew għall-istampar possibbli ta' kodiċi QR. Ir-referenzi tal-kulur għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(4) |
Dispożizzjonijiet speċjali
|
PARTI A2: Speċifikazzjonijiet kontra l-falsifikazzjoni għal-liċenzja tas-sewqan fiżika
|
(1) |
It-theddid għas-sigurtà fiżika tal-liċenzji tas-sewqan jinkludu:
|
|
(2) |
Is-sistema għall-protezzjoni kontra l-falsifikazzjoni għandha tkun parti integrali ta’ kull element fis-sistema ġenerali tal-ħruġ tal-liċenzji, inkluż il-proċess tal-applikazzjoni, it-trażmissjoni sigura tad-data, il-materjal li minnu hija magħmula l-kard, it-teknika tal-manifattura, sett minimu ta' diversi karatteristiċi ta' sigurtà, u l-proċess ta' personalizzazzjoni. |
|
(2) |
Il-materjal użat għal-liċenzji tas-sewqan għandu jiġi protett kontra l-falsifikazzjoni billi jintużaw it-tekniki li ġejjin (elementi tas-sigurtà obbligatorji):
|
|
(4) |
Barra minn hekk, il-materjal li jintuża għal-liċenzji tas-sewqan għandu jkun protett ukoll kontra l-falsifikazzjoni permezz ta' mhux anqas minn tlieta mit-tekniki li ġejjin (elementi ta' sigurtà addizzjonali):
Kemm jista’ jkun possibbli, it-tekniki indikati b'asterisk għandhom jiġu preferuti, għaliex jippermettu lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jiċċekkjaw il-validità tal-kard mingħajr ebda mezz speċjali. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu karatteristiċi ta' sigurtà għajr dawk elenkati taħt dan il-punt. |
PARTI B: Speċifikazzjonijiet għall-mikroċipep inklużi fil-liċenzji tas-sewqan fiżiċi
|
(1) |
Il-mikroċippa u d-data li tinsab fil-mikroċippa, inkluż informazzjoni addizzjonali prevista mil-liġijiet nazzjonali relatati mal-liċenzji tas-sewqan, għandhom jikkonformaw mal-Parti B1. |
|
(2) |
Il-lista ta' standards applikabbli għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa hija stabbilita fil-Parti B2. |
|
(3) |
Liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa għandhom jiġu soġġetti għal proċedura ta' approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni f'konformità mal-Parti B3. |
|
(4) |
Meta d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni jkunu ġew issodisfati fir-rigward ta' liċenzja tas-sewqan li tinkludi mikroċippa f'konformità mal-punti (1), (2) u (3), l-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għall-manifattur jew għar-rappreżentant tiegħu. |
|
(5) |
Fejn dan ikun neċessarju, b'mod partikolari sabiex tkun żgurata l-konformità ma' din il-Parti, Stat Membru jista' jirtira approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni li jkun ħareġ. |
|
(6) |
Iċ-ċertifikati ta' approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni u n-notifika tal-irtirar tagħhom għandhom jikkonformaw mal-mudell stabbilit fil-parti B4. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata biċ-ċertifikati kollha tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni maħruġa jew irtirati. Fil-każ ta' rtirar, l-Istat Membru li jirtira għandu jipprovdi raġunament dettaljat.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bi kwalunkwe rtirar ta' approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. |
|
(8) |
Ċertifikati ta' approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni maħruġin mill-Istati Membri għandhom jiġu rikonoxxuti b'mod reċiproku. |
|
(9) |
Meta Stat Membru jaċċerta li għadd sinifikanti ta' liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa jinstabu ripetutament li ma jkunux konformi ma' din il-parti ta' dan l-Anness, dak l-Istat Membru għandu jikkomunika dan il-fatt lill-Kummissjoni. Għandu jindika n-numru rilevanti taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni konness ma' dawk il-liċenzji tas-sewqan, kif ukoll deskrizzjoni tan-nuqqas ta' konformità. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lill-Istati Membri l-oħra bil-fatti kkomunikati lilha f'konformità ma' dan il-punt. |
|
(10) |
L-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan imsemmija fil-punt (9) għandu jinvestiga l-problema mingħajr dewmien u jieħu azzjoni korrettiva xierqa, inkluż, fejn xieraq, l-irtirar taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. |
PARTI B1: Rekwiżiti ġenerali għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa
Ir-rekwiżiti ġenerali għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa deskritti f'dan l-Anness huma bbażati fuq standards internazzjonali, b'mod partikolari fuq l-istandards tas-serje ISO/IEC 18013. Dawn ikopru:
|
(a) |
l-ispeċifikazzjonijiet għall-mikroċippa u l-istruttura tad-data loġika fuq il-mikroċippa; |
|
(b) |
l-ispeċifikazzjonijiet għal data armonizzata u kwalunkwe data addizzjonali li trid tinħażen; |
|
(c) |
l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-mekkaniżmi ta' protezzjoni tad-data għad-data maħżuna fuq il-mikroċippa. |
Titolu 1
ABBREVJAZZJONIJIET
|
Abbrevjazzjoni |
Tifsira |
|
AID |
Identifikatur tal-Applikazzjoni |
|
BAP |
Protezzjoni tal-Aċċess Bażiku |
|
DG |
Grupp ta' Data |
|
EAL 4+ |
Livell 4 tal-Garanzija tal-Evalwazzjoni Miżjud |
|
EF |
Fajl Elementari |
|
EFID |
Identifikatur tal-Fajls Elementari |
|
eMRTD |
Dokumenti tal-Ivvjaġġar li Jinqraw minn Magna |
|
ICC |
Kard ta' Ċirkwit Integrat |
|
ISO |
Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni |
|
LDS |
Struttura tad-Data Loġika |
|
PICC |
Karta taċ-Ċirkwit Integrat tal-Prossimità |
|
PIX |
Estensjoni tal-Identifikatur tal-Applikazzjoni Proprjetarja |
|
RID |
Identifikatur ta' Applikazzjoni Reġistrata |
|
SOd |
Oġġett tas-Sigurtà tad-Dokumenti |
Titolu 2
DATA MAĦŻUNA FUQ IL-MIKROĊIPPA
(1) Data obbligatorja u fakultattiva armonizzata tal-liċenzja tas-sewqan
Il-mikroċippa għandha taħżen id-data armonizzata tal-liċenzja tas-sewqan speċifikata fil-parti D. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jinkludi fil-liċenzja tas-sewqan elementi tad-data mmarkati bħala fakultattivi fil-parti D, dawk l-elementi għandhom jinħażnu wkoll fil-mikroċippa.
(2) Data addizzjonali
L-Istati Membri jistgħu jaħżnu tali data addizzjonali fil-mikroċippa kif previst fil-liġijiet nazzjonali tagħhom relatati mal-liċenzji tas-sewqan. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.
Titolu 3
MIKROĊIPPA
(1) Tip ta' medjum ta' memorja
Il-medjum ta' memorja għad-data tal-liċenzja tas-sewqan għandu jkun mikroċippa b'interfaċċa b'kuntatt, mingħajr kuntatt, jew inkella b'kuntatt kombinat u mingħajr kuntatt (modalità doppja), kif speċifikat fil-parti B2, punt 1.
(2) Applikazzjonijiet
Id-data kollha fuq il-mikroċippa għandha tinħażen f'applikazzjonijiet elettroniċi. L-applikazzjonijiet kollha fuq il-mikroċippa għandhom jiġu identifikati b'kodiċi uniku msejjaħ Identifikatur tal-Applikazzjoni (AID) kif speċifikat fil-parti B2, il-punt 2.
(a) Applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-Unjoni
Id-data obbligatorja u fakultattiva tal-liċenzja tas-sewqan, kif imsemmi fil-parti D, għandha tinħażen fl-applikazzjoni ddedikata tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-Unjoni. L-AID għall-applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-Unjoni għandu jkun:
“A0 00 00 04 56 45 44 4C 2D 30 31”,
li jikkonsisti minn dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
|
— |
l-Identifikatur tal-Applikazzjonijiet Reġistrati (RID) għall-Kummissjoni Ewropea: “A0 00 00 04 56”; |
|
— |
l-Estensjoni tal-Identifikatur tal-Applikazzjoni Proprjetarja (PIX) għall-Applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-Unjoni: “45 44 4C 2D 30 31” (EDL-01). |
Id-data għandha tiġi ragruppata fi Gruppi ta' Data (DGs) bħala parti minn Struttura tad-Data Loġika (LDS).
Id-DGs għandhom jinħażnu bħala Fajls Elementari (EFs) fl-applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-UE, u għandhom ikunu protetti f'konformità mal-parti B2, il-punt 3.
(b) Applikazzjonijiet oħra
Kwalunkwe data addizzjonali oħra għandha tinħażen f'applikazzjoni ddedikata waħda jew aktar separati mill-Applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-UE. Kull applikazzjoni bħal din għandha tiġi identifikata b'AID uniku.
Titolu 4
STRUTTURA TAD-DATA LOĠIKA GĦALL-MIKROĊIPEP TAL-APPLIKAZZJONI TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TAL-UNJONI
(1) Struttura tad-Data Loġika
Id-Data tal-Liċenzja tas-Sewqan għandha tinħażen fuq il-mikroċippa fi Struttura tad-Data Loġika (LDS) kif speċifikat fil-parti B2, l-entrata 4. Dan il-punt jispeċifika rekwiżiti addizzjonali għad-DGs obbligatorji u addizzjonali.
Kull DG għandu jinħażen f'EF wieħed. L-EFs li għandhom jintużaw għall-Applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-Unjoni għandhom jiġu identifikati bl-Identifikaturi tal-Fajls Elementari (EFIDs) u b'EFIDs Qosra kif speċifikat fil-parti B2, l-entrata 5.
(2) Gruppi ta' Data Obbligatorja
L-elementi ta' data obbligatorja u fakultattiva għandhom jinħażnu fid-DGs li ġejjin:
|
DG 1: |
l-elementi tad-data obbligatorji u fakultattivi kollha kif muri fid-dokument, ħlief l-immaġni tal-wiċċ u l-firma tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan; |
|
DG 5: |
immaġni tal-firma tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan; |
|
DG 6: |
immaġni tal-wiċċ tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan. |
Id-data tad-DG 1 għandha tkun strutturata kif speċifikat fil-punt 6 ta' din il-Parti, u kif speċifikat fil-Parti B2, l-entrata 6. Id-data li tinsab fid-DG 5 u fid-DG 6 għandha tinħażen f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-parti B2, l-entrata 7.
(3) Gruppi ta' Data Addizzjonali
Kwalunkwe elementi addizzjonali tad-data previsti mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri dwar il-liċenzji tas-sewqan, għandhom jinħażnu fid-DGs li ġejjin:
|
DG 2: |
dettalji dwar id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan, minbarra d-data bijometrika; |
|
DG 3: |
dettalji tal-awtorità emittenti; |
|
DG 4: |
ritratt “portrait” |
|
DG 7: |
data bijometrika rigward il-marka/i tas-swaba' tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan; |
|
DG 11: |
dettalji oħra, bħall-isem sħiħ tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan bil-karattri nazzjonali. |
Id-data li tinsab f'dawn id-DGs għandha tinħażen f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-parti B2, l-entrata 8.
Titolu 5
MEKKANIŻMI TAS-SIGURTÀ TAD-DATA
Għandhom jintużaw mekkaniżmi xierqa għall-validazzjoni tal-awtentiċità u tal-integrità tal-mikroċippa u tad-data li jkun fiha, u għar-restrizzjoni tal-aċċess għad-data tal-liċenzja tas-sewqan.
Id-data fuq il-mikroċippa għandha tiġi protetta f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-parti B2, l-entrata 3. Dan it-Titolu jispeċifika r-rekwiżiti addizzjonali li għandu jkun hemm konformità magħhom.
(1) Verifika tal-Awtentiċità
(a) Awtentikazzjoni Passiva Obbligatorja
Id-DGs kollha maħżuna fl-applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-Unjoni għandhom jiġu protetti b'awtentikazzjoni passiva.
Data relatata ma' awtentikazzjoni passiva għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fil-parti B2, l-entrata 9.
(b) Awtentikazzjoni Attiva Fakultattiva
Il-mekkaniżmi ta' Awtentikazzjoni Attiva Fakultattiva għandhom jiġu applikati sabiex ikun żgurat li l-mikroċippa oriġinali ma tkunx ġiet sostitwita.
(2) Restrizzjoni għall-Aċċess
(a) Protezzjoni Obbligatorja tal-Aċċess Bażiku
Il-mekkaniżmu ta' Protezzjoni tal-Aċċess Bażiku (BAP) għandu jiġi applikat għad-data kollha fl-applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-Unjoni. Fl-interess tal-interoperabilità ma' sistemi eżistenti bħal dawk li jużaw Dokumenti tal-Ivvjaġġar li Jinqraw Minn Magna (eMRTD), l-użu tal-Parti li Tinqara minn Magna b'linja waħda (MRZ — “Machine Readable Zone”) huwa obbligatorju, kif speċifikat fil-parti B2, l-entrata 10.
Il-kjavi tad-dokument Kdoc użata sabiex ikun hemm aċċess għall-mikroċippa tiġi ġġenerata mill-MRZ b'linja waħda, li tista' tiddaħħal jew b'mod manwali jew inkella billi jintuża apparat b'funzjoni ta' Rikonoxximent Ottiku tal-Karattri (OCR reader — “Optical Character Recognition”). Għandha tiġi applikata l-konfigurazzjoni tal-BAP 1 definita għal MRZ b'linja waħda kif speċifikat fil-parti B2, l-entrata 10.
(b) Kontroll tal-Aċċess Estiż Kundizzjonali
Meta d-data personali kif imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tinħażen fuq il-mikroċippa, l-aċċess għal din id-data għandu jkun protett b'miżuri addizzjonali.
Il-mekkaniżmi ta' Kontroll tal-Aċċess Estiż għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-parti B2, l-entrata 11.
(c) Infrastruttura tal-Kjavi Pubblika (PKI – “Public Key Infrastructure”) għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti nazzjonali neċessarji għall-ġestjoni tal-Kjavi Pubblika, skont l-Anness A tal-istandard 18013_3 tal-ISO/IEC.
Titolu 6
PREŻENTAZZJONI TAD-DATA
(1) Ifformattjar tad-data f'DG 1
|
Tifsira |
L |
Valur |
Kodifikazzjoni |
M/O |
||||
|
61 |
V |
Elementi tad-data tad-DG1 (inkapsulati) |
|
|
||||
|
|
|
Tifsira |
L |
Valur |
|
|
||
|
|
|
5F 01 |
V |
Numru tal-approvazzjoni tat-tip |
ans |
M |
||
|
|
|
5F 02 |
V |
Oġġett tad-data mibni ta' elementi tad-data demografika |
|
M |
||
|
|
|
|
|
Tifsira |
L |
Valur |
|
|
|
|
|
|
|
5F 03 |
3 |
Stat Membru emittenti |
a3 |
M |
|
|
|
|
|
5F 04 |
V |
Kunjom(ijiet) tad-detentur |
as |
M |
|
|
|
|
|
5F 05 |
V |
Isem ieħor/ismijiet oħrajn tad-detentur |
as |
M |
|
|
|
|
|
5F 06 |
4 |
Data tat-twelid (jjxxssss) |
n8 |
M |
|
|
|
|
|
5F 07 |
V |
Post tat-twelid |
ans |
M |
|
|
|
|
|
5F 08 |
3 |
Ċittadinanza |
a3 |
O |
|
|
|
|
|
5F 09 |
1 |
Ġeneru |
M/F/U |
O |
|
|
|
|
|
5F 0A |
4 |
Data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan (jjxxssss) |
n8 |
M |
|
|
|
|
|
5F 0B |
4 |
Data ta' skadenza tal-liċenzja tas-sewqan (jjxxssss) |
n8 |
M |
|
|
|
|
|
5F 0C |
V |
Awtorità tal-ħruġ |
ans |
M |
|
|
|
|
|
5F 0D |
V |
Numru amministrattiv (minbarra n-numru tad-dokument) |
ans |
O |
|
|
|
|
|
5F 0E |
V |
Numru tad-dokument |
an |
M |
|
|
|
|
|
5F 0F |
V |
Post ta' residenza, jew indirizz postali permanenti |
ans |
O |
|
|
|
7F 63 |
V |
Oġġett tad-data mibni ta' kategoriji ta' vetturi/restrizzjonijiet/kundizzjonijiet |
|
M |
||
|
|
|
|
|
Tifsira |
L |
Valur (kodifikat kif definit hawn taħt) |
|
|
|
|
|
|
|
02 |
1 |
Numru ta' kategoriji/restrizzjonijiet/kundizzjonijiet |
N |
M |
|
|
|
|
|
87 |
V |
Kategorija/restrizzjoni/kundizzjoni |
ans |
M |
|
|
|
|
|
87 |
V |
Kategorija/restrizzjoni/kundizzjoni |
ans |
O |
|
|
|
|
|
… |
… |
… |
… |
… |
|
|
|
|
|
87 |
V |
Kategorija/restrizzjoni/kundizzjoni |
ans |
O |
(2) Format tar-rekord loġiku
Il-kategoriji rigward vetturi, restrizzjonijiet jew kundizzjonijiet għandhom jiġu kkompilati f'oġġett tad-data li jsegwi l-istruttura speċifikata fit-tabella li ġejja:
|
Kodiċi tal-kategorija tal-vettura |
Data tal-ħruġ |
Id-data ta' skadenza |
Kodiċi |
Sinjal |
Valur |
fejn:
|
(a) |
il-kodiċijiet tal-kategorija tal-vettura għandhom jiġu ppreżentati kif definit fl-Artikolu 6 (bħal AM, A1, A2, A, B1, B, eċċ.); |
|
(b) |
id-data tal-ħruġ għandha tiġi ppreżentata fil-format JJXXSSSS (il-jum f'żewġ ċifri segwit mix-xahar b'żewġ ċifri segwit mis-sena b'erba' ċifri) għall-kategorija tal-vettura; |
|
(c) |
id-data ta' skadenza għandha tiġi ppreżentata fil-format JJXXSSSS (il-jum f'żewġ ċifri segwit mix-xahar b'żewġ ċifri segwit mis-sena b'erba' ċifri) għall-kategorija tal-vettura; |
|
(d) |
il-kodiċi, is-sinjal u l-valur jirreferu għal informazzjoni addizzjonali jew għal restrizzjonijiet relatati mal-kategorija tal-vettura jew mas-sewwieq. |
PARTI B2: Lista ta' standards applikabbli għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu medjum ta' memorja
|
Punt |
Suġġett |
Rekwiżit |
Applikabbli għal |
|
1 |
Interfaċċa, organizzazzjoni u kmandi tal-medjum ta' memorja |
Serje ISO/IEC 7816 (kuntatt), serje ISO/IEC 14443 (mingħajr kuntatt) kif imsemmi fl-ISO/IEC 18013-2:2008, Anness C |
Parti B1, punt 3.(1) |
|
2 |
Identifikatur tal-applikazzjoni |
ISO/IEC 7816-5:2004 |
Parti B1, punt 3.(2) |
|
3 |
Mekkaniżmi tas-sigurtà tad-data |
ISO/IEC 18013-3:2009 |
Parti B1, punt 3.(2) punt (a) Parti B1, punt 5 |
|
4 |
Struttura tad-data loġika |
ISO/IEC 18013-2:2008 |
Parti B1, punt 4.(1) |
|
5 |
Identifikaturi ta' fajls elementari |
ISO/IEC 18013-2:2008 Tabella C.2 |
Parti B1, punt 4.(1) |
|
6 |
Preżentazzjoni tad-data għad-DG 1 |
ISO/IEC 18013-2:2008, Anness C.3.8 |
Parti B1, punt 4.(2) Parti B1, punt 6.(1) |
|
7 |
Preżentazzjoni tad-data obbligatorja għad-DG 5 u d-DG 6 |
ISO/IEC 18013-2:2008, Anness C.6.6 u Anness C.6.7, l-immaġni tal-wiċċ u l-immaġni tal-firma li għandhom jinħażnu fil-format JPEG jew JPEG2000 |
Parti B1, punt 4.(2) |
|
8 |
Preżentazzjoni tad-data fakultattiva u addizzjonali |
ISO/IEC 18013-2:2008, Anness C |
Parti B1, punt 4.(3) |
|
9 |
Awtentikazzjoni passiva |
ISO/IEC 18013-3:2009, paragrafu 8.1, id-data trid tinħażen fl-EF.L-SOd (“Document Security Object” — Oġġett tas-Sigurtà tad-Dokumenti) fl-LDS |
Parti B1, punt 5.(1) punt (a) |
|
10 |
Restrizzjoni tal-aċċess bażiku |
ISO/IEC 18013-3:2009 u l-Emenda 1 tiegħu |
Parti B1, punt 5.(2) punt (a) |
|
|
Konfigurazzjoni tar-restrizzjoni tal-aċċess bażiku |
ISO/IEC 18013-3:2009, Anness B.8 |
|
|
11 |
Restrizzjoni tal-aċċess estiż |
Linja Gwida Teknika TR-03110, Mekkaniżmi Avvanzati ta' Sigurtà għal Dokumenti tal-Ivvjaġġar li Jinqraw minn Magna – Kontroll tal-Aċċess Estiż (EAC – “Extended Access Control”), Verżjoni 1.11 |
Parti B1, punt 5.(2) punt (b) |
|
12 |
Metodi ta' ttestjar |
ISO/IEC 18013-4:2011 |
Parti B3, punt 1 |
|
13 |
Ċertifikat tas-sigurtà |
Livell tal-Garanzija tal-Evalwazzjoni 4 Miżjud (EAL 4+) jew ekwivalenti |
Parti B3, punt 2 |
|
14 |
Ċertifikat funzjonali |
Ittestjar tal-kard b'ċirkwit integrat skont is-serje ISO/IEC 10373 |
Parti B3, punt 3 |
PARTI B3: Proċedura għall-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa
Titolu 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Il-manifatturi li japplikaw għal approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni tal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa għandhom jippreżentaw ċertifikat tas-sigurtà u ċertifikat funzjonali.
Kull modifika maħsuba għall-proċess ta' produzzjoni, inkluż kwalunkwe modifika maħsuba ta’software, għandha tkun soġġetta għal notifika minn qabel lill-awtorità li tkun approvat l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni. L-awtorità tista' teħtieġ informazzjoni u testijiet ulterjuri qabel ma taċċetta l-modifika.
It-testijiet għandhom isegwu l-metodi stabbiliti fil-punt 12 tal-parti B2.
Titolu 2
ĊERTIFIKAT TAS-SIGURTÀ
Għall-evalwazzjoni tas-sigurtà, il-mikroċipep li għandhom jiġu inklużi fil-liċenzja tas-sewqan għandhom jiġu evalwati f'konformità mal-kriterji speċifikati fil-punt 13 tal-parti B2.
Ċertifikat tas-sigurtà għandu jingħata biss wara evalwazzjoni li tagħti prova tal-abbiltà tal-mikroċippa li tiflaħ għal tentattivi ta' tbagħbis jew ta' modifikazzjoni tad-data.
Titolu 3
ĊERTIFIKAT FUNZJONALI
L-evalwazzjoni funzjonali tal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa għandha titwettaq permezz ta' ttestjar fil-laboratorju f'konformità mal-kriterji speċifikati fil-punt 14 tal-parti B2.
L-Istati Membri li jinkludu mikroċippa fil-liċenzji tas-sewqan għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mal-istandards funzjonali rilevanti u mar-rekwiżiti tal-parti B1.
Ċertifikat funzjonali għandu jintbagħat lill-manifattur jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
ikun hemm ċertifikat validu tas-sigurtà għall-mikroċippa; |
|
(b) |
tkun intweriet konformità mar-rekwiżiti tal-parti B2; |
|
(c) |
tgħaddi b'suċċess mit-testijiet funzjonali. |
L-awtorità rilevanti tal-Istat Membru għandha tkun responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat funzjonali. Iċ-ċertifikat funzjonali għandu jindika l-identità tal-awtorità emittenti, l-identità tal-applikant, l-identifikazzjoni tal-mikroċippa, u lista dettaljata tat-testijiet u tar-riżultati tagħhom.
Titolu 4
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UNJONI
(1) Ċertifikat mudell
L-Istati Membri għandhom jagħtu ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni mal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tas-sigurtà u ċ-ċertifikat funzjonali kif previsti f'dan l-Anness. Iċ-ċertifikati ta' approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-mudell fil-parti B4.
(2) Sistema ta' numerazzjoni
Is-sistema ta' numerazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni għandha tkun magħmula minn:
|
(a) |
l-ittra “e” segwita min-numru segwenti li jidentifika l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni:
|
|
(b) |
l-ittri “DL” preċeduti minn sing u segwiti miż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lil dan l-Anness, jew lill-aħħar emenda teknika kbira għal dan l-Anness. In-numru ta' sekwenza għal dan l-Anness huwa 00; |
|
(c) |
numru ta' identifikazzjoni uniku għall-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni attribwit mill-Istat Membru emittenti. |
Eżempju tas-sistema ta' numerazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni: “e50-DL00 12345”.
In-numru tal-approvazzjoni għandu jinħażen fuq il-mikroċippa fid-DG 1 għal kull liċenzja tas-sewqan li jkun fiha mikroċippa bħal din.
PARTI B4: Mudell għaċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni li jikkonċerna l-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa
L-isem tal-awtorità kompetenti: …
Notifika li tikkonċerna (*):
|
— |
approvazzjoni □ |
|
— |
irtirar ta' approvazzjoni □ |
ta' Liċenzja tas-Sewqan tal-Unjoni li tinkludi mikroċippa
Nru tal-Approvazzjoni: …
|
1. |
Ditta tal-manifattura jew trademark: … |
|
2. |
Isem tal-mudell: … |
|
3. |
Isem tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu, fejn applikabbli: …
… |
|
4. |
Indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu, fejn applikabbli: …
… |
|
5. |
Rapporti tat-testijiet fil-laboratorju: |
|
5.1 |
Nru taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà: … Data: …
Maħruġ minn: … |
|
5.2 |
Nru taċ-Ċertifikat Funzjonali: … Data: …
Maħruġ minn: … |
|
6. |
Data tal-approvazzjoni: … |
|
7. |
Data tal-irtirar tal-approvazzjoni: … |
|
8. |
Post: … |
|
9. |
Data: … |
|
10. |
Dokumenti deskrittivi fl-Anness: … |
|
11. |
Firma: … |
(*) Immarka l-kaxxa rilevanti.
PARTI C: Speċifikazzjonijiet għal-liċenzja tas-sewqan mobbli
|
(1) |
F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014, il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għandhom jipprovdu lill-persuni awtorizzati mill-inqas il-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
(2) |
Il-liċenzji tas-sewqan mobbli u sistemi rilevanti oħra għandhom jikkonformaw mal-istandard tal-ISO/IEC 18013-5 dwar il-liċenzji tas-sewqan mobbli u mar-Regolament (UE) Nru 910/2014. |
|
(3) |
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, id-detentur ta' liċenzja tas-sewqan mobbli maħruġa f'konformità ma' din id-Direttiva għandu jitqies bħala l-utent awtorizzat tagħha biss meta id-detentur jiġi identifikat bħala tali. |
|
(4) |
L-Istati Membri għandhom jippermettu li d-detentur tal-liċenzja tas-sewqan tinħariġlu liċenzja tas-sewqan mobbli fil-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali tiegħu.
Il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali li jkun fiha l-liċenzja tas-sewqan mobbli għandha tippermetti awtomatikament jew fuq talba l-aġġornament jew il-ħruġ mill-ġdid tal-liċenzja tas-sewqan mobbli. Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għandhom jippermettu lid-detentur tal-liċenzja tas-sewqan mobbli juri jew jittrażmetti lil parti terza d-data kollha li tinsab fil-liċenzja tas-sewqan mobbli jew parti minnha. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jitolbu mill-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali d-data li tinsab fil-liċenzji tas-sewqan mobbli sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw id-drittijiet tas-sewqan tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan inkwistjoni (verifika). L-informazzjoni trażmessa direttament mill-attestazzjoni elettronika tal-liċenzja tas-sewqan mobbli maħżuna fil-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw id-drittijiet tas-sewqan tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan mobbli (verifika), inkluż kwalunkwe restrizzjoni applikabbli fl-Unjoni jew fit-territorju ta' Stat Membru. L-Istati Membri ma għandhomx iqisu liċenzja tas-sewqan mobbli bħala valida jekk tkun skadiet jew jekk tkun ġiet revokata. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jirrevoka liċenzja tas-sewqan mobbli, huwa għandu jdaħħal informazzjoni dwar dik id-deċiżjoni f'lista ta' revoka ġestita minn dak l-Istat Membru, jew jagħmilha aċċessibbli għal Stati Membri oħra għall-fini ta' verifika b'mod ieħor, mingħajr ħlas u b'mod interoperabbli. Stat Membru li jimponi skwalifika tas-sewqan, jekk dan ma jkunx l-Istat Membru tal-ħruġ, għandu jinnotifika minnufih lill-Istat Membru tal-aħħar. |
PARTI D: data li għandha tiġi inkluża fil-liċenzja tas-sewqan tal-Unjoni
|
(1) |
Is-simboli ta' distinzjoni tal-Istati Membri li joħorġu l-liċenzja tas-sewqan għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(2) |
Il-kliem “liċenzja tas-sewqan” li għandhom ikunu murija fuq il-liċenzji tas-sewqan bil-lingwa/i tal-Istati Membri rispettivi għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(3) |
Informazzjoni speċifika għal-liċenzja tas-sewqan individwali maħruġa għandha tkun kif ġej:
|
|
(4) |
L-informazzjoni speċifika għall-kategoriji tal-liċenzja tas-sewqan maħruġa għandha tkun kif ġej:
Fejn kodiċi speċifikat fil-Parti E japplika għall-kategoriji kollha li għalihom tkun inħarġet il-liċenzja tas-sewqan, dan jista' jiġi muri taħt l-oqsma 9, 10 u 11. |
|
(5) |
Informazzjoni speċifika għall-amministrazzjoni tal-liċenzja maħruġa għandha tkun kif ġej:
|
PARTI E: Kodiċijiet tal-unjoni u dawk nazzjonali
Il-Kodiċijiet minn 01 sa 99 għandhom ikunu kodiċijiet armonizzati tal-Unjoni Ewropea
Titolu 1
SEWWIEQ (raġunijiet mediċi)
|
001 |
|
Korrezzjoni u/jew protezzjoni tal-vista |
|
|
01.01. |
Nuċċali |
|
|
01.02. |
Lenti(jiet) tal-kuntatt |
|
|
01.05. |
Għata tal-għajnejn |
|
|
01.06. |
Nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt |
|
|
01.07. |
Għajnuna ottika speċifika |
|
002 |
|
Għajnuna tas-smigħ/tal-komunikazzjoni |
|
003 |
|
Prosteżi/ortożi tar-riġlejn u d-dirgħajn |
|
|
03.01. |
Prosteżi/ortożi tad-dirgħajn |
|
|
03.02. |
Prosteżi/ortożi tar-riġlejn |
Titolu 2
MODIFIKI FIL-VETTURA
|
10 |
|
Trażmissjoni modifikata |
||||||||||||||
|
|
10.02. |
Għażla awtomatika tal-proporzjon tal-gerijiet |
||||||||||||||
|
|
10.04. |
Apparat għall-kontroll ta' trażmissjoni adattat |
||||||||||||||
|
15 |
|
Klaċċ modifikat |
||||||||||||||
|
|
15.01. |
Pedala tal-klaċċ aġġustata |
||||||||||||||
|
|
15.02. |
Klaċċ imħaddem bl-idejn |
||||||||||||||
|
|
15.03. |
Klaċċ awtomatiku |
||||||||||||||
|
|
15.04. |
Miżura għall-prevenzjoni ta' ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedala tal-klaċċ |
||||||||||||||
|
20 |
|
Sistemi tal-brejkijiet modifikati |
||||||||||||||
|
|
20.01. |
Pedala tal-brejk adattata |
||||||||||||||
|
|
20.03. |
Pedala tal-brejk adattata sabiex tintuża bis-sieq ix-xellugija |
||||||||||||||
|
|
20.04. |
Pedala tal-brejk li tiżżerżaq |
||||||||||||||
|
|
20.05. |
Pedala tal-brejk inklinata |
||||||||||||||
|
|
20.06. |
Brejk imħaddem bl-idejn |
||||||||||||||
|
|
20.07. |
Tħaddim tal-brejk b'forza massima ta' … N (1) (pereżempju: “20.07(300N)”) |
||||||||||||||
|
|
20.09. |
Brejk tal-parking adattat |
||||||||||||||
|
|
20.12. |
Miżura li tevita l-ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedala tal-brejk |
||||||||||||||
|
|
20.13. |
Brejk imħaddem bl-irkoppa |
||||||||||||||
|
|
20.14. |
Sistema tat-tħaddim tal-brejkijiet appoġġata minn forza esterna |
||||||||||||||
|
25 |
|
Sistema tal-aċċellerazzjoni modifikata |
||||||||||||||
|
|
25.01. |
Pedala tal-aċċellerazzjoni adattata |
||||||||||||||
|
|
25.03. |
Pedala tal-aċċellerazzjoni inklinata |
||||||||||||||
|
|
25.04. |
Aċċelleratur imħaddem bl-idejn |
||||||||||||||
|
|
25.05. |
Aċċelleratur imħaddem bl-irkoppa |
||||||||||||||
|
|
25.06. |
Sistema tat-tħaddim tal-aċċellerazzjoni appoġġata minn forza esterna |
||||||||||||||
|
|
25.08. |
Il-pedala tal-aċċelleratur fuq ix-xellug |
||||||||||||||
|
|
25.09. |
Miżura li tevita l-ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedala tal-aċċelarazzjoni |
||||||||||||||
|
31 |
|
Adattamenti tal-pedali u salvagwardji tal-pedali |
||||||||||||||
|
|
31.01. |
Sett addizzjonali ta' pedali paralleli |
||||||||||||||
|
|
31.02. |
Pedali fl-istess livell (jew kważi) |
||||||||||||||
|
|
31.03. |
Miżura li tevita l-ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedali tal-aċċellerazzjoni u tal-brejk meta dawn il-pedali ma jitħaddmux bis-saqajn |
||||||||||||||
|
|
31.04. |
Qiegħ elevat |
||||||||||||||
|
32 |
|
Sistemi kombinati tal-aċċelleratur u tal-brejk ta' servizz |
||||||||||||||
|
|
32.01. |
Aċċelleratur u brejk ta' servizz bħala sistema kombinata li titħaddem b'id waħda |
||||||||||||||
|
|
32.02. |
Aċċelleratur u brejk ta' servizz bħala sistema kombinata li titħaddem b'forza esterna |
||||||||||||||
|
33 |
|
Sistemi kombinati tal-aċċelleratur, il-brejk ta' servizz u l-istering |
||||||||||||||
|
|
33.01. |
Tħaddim tal-istering, tal-aċċelleratur u tal-brejk ta' servizz bħala operazzjoni ta' sistema kombinata b'forza esterna permezz ta' id waħda |
||||||||||||||
|
|
33.02. |
Tħaddim tal-istering, tal-aċċelleratur u tal-brejk ta' servizz bħala operazzjoni ta' sistema kombinata b'forza esterna permezz taż-żewġ idejn |
||||||||||||||
|
35 |
|
Formati tal-kontroll modifikati (is-swiċċijiet tad-dawl, il-wajper u l-isprej għal fuq il-windscreen, il-ħorn, l-indikaturi tad-direzzjoni, eċċ.) |
||||||||||||||
|
|
35.02. |
Apparati tal-kontroll operabbli mingħajr ma persuna titlaq minn idejha l-apparat tal-istering |
||||||||||||||
|
|
35.03. |
Apparati tal-kontroll operabbli bl-id ix-xellugija mingħajr ma persuna titlaq minn idejha l-apparat tal-istering |
||||||||||||||
|
|
35.04. |
Apparati tal-kontroll operabbli bl-id il-leminija mingħajr ma persuna titlaq minn idejha l-apparat tal-istering |
||||||||||||||
|
|
35.05. |
Apparati tal-kontroll operabbli mingħajr ma persuna titlaq minn idejha l-apparat tal-istering jew il-mekkaniżmi tal-aċċellerazzjoni u l-ibbrejkjar |
||||||||||||||
|
40 |
|
Stering modifikat |
||||||||||||||
|
|
40.01. |
Stering b'forza massima tat-tħaddim ta' … N (1) (pereżempju “40.01(140N)”) |
||||||||||||||
|
|
40.05. |
Rota tal-istering adattata (rota tal-istering akbar/eħxen, rota tal-istering b'dijametru mnaqqas, eċċ.) |
||||||||||||||
|
|
40.06. |
Pożizzjoni tar-rota tal-istering adattata |
||||||||||||||
|
|
40.09. |
Stering imħaddem bis-saqajn |
||||||||||||||
|
|
40.11. |
Apparat ta' assistenza tar-rota tal-istering |
||||||||||||||
|
|
40.14. |
Sistema tal-istering adattata alternattiva mħaddma b'id jew bi driegħ wieħed |
||||||||||||||
|
|
40.15. |
Sistema tal-istering adattata alternattiva mħaddma biż-żewġ idejn jew dirgħajn |
||||||||||||||
|
42 |
|
Apparat modifikat għall-viżjoni ta' wara/tal-ġenb |
||||||||||||||
|
|
42.01. |
Apparat adattat għal viżjoni ta' wara |
||||||||||||||
|
|
42.03. |
Apparat addizzjonali ta' ġewwa li jippermetti viżjoni tal-ġenb |
||||||||||||||
|
|
42.05. |
Apparat viżiv għall-punti mhux viżibbli |
||||||||||||||
|
43 |
|
Pożizzjoni ta' bilqiegħda tas-sewwieq |
||||||||||||||
|
|
43.01. |
Sit tas-sewwieq f'għoli biżżejjed u b'distanza normali mir-rota tal-istering u mill-pedali |
||||||||||||||
|
|
43.02. |
Sit tas-sewwieq adattat għall-forma tal-ġisem |
||||||||||||||
|
|
43.03. |
Sit tas-sewwieq b'appoġġ laterali għall-istabbiltà |
||||||||||||||
|
|
43.04. |
Sit tas-sewwieq bis-serħan għad-driegħ |
||||||||||||||
|
|
43.06. |
Adattament taċ-ċinturin tas-sikurezza |
||||||||||||||
|
|
43.07. |
Tip ta' ċinturin tas-sikurezza b'appoġġ għal stabbiltà tajba |
||||||||||||||
|
44 |
|
Modifiki tal-muturi (l-użu tas-subkodiċi huwa obbligatorju) |
||||||||||||||
|
|
44.01. |
Brejk operat singolarment |
||||||||||||||
|
|
44.02. |
Brejk tar-rota ta' quddiem adattat |
||||||||||||||
|
|
44.03. |
Brejk tar-rota ta' wara adattat |
||||||||||||||
|
|
44.04. |
Aċċelleratur adattat |
||||||||||||||
|
|
44.08. |
Għoli tas-sit li jippermetti lis-sewwieq, meta jkun bilqiegħda, li jkollu saqajh it-tnejn imissu mas-superfiċje fl-istess ħin u li jibbilanċja l-mutur meta jieqaf u meta jitwaqqaf. |
||||||||||||||
|
|
44.09. |
Forza massima tat-tħaddim ta' brejk tar-rota ta' quddiem … N (1) (pereżempju “44.09(140N)”) |
||||||||||||||
|
|
44.10. |
Forza massima tat-tħaddim ta' brejk tar-rota ta' wara … N (1) (pereżempju “44.10(240N)”) |
||||||||||||||
|
|
44.11. |
Serrieħa tas-sieq adattata |
||||||||||||||
|
|
44.12. |
Gripp tal-idejn adattat |
||||||||||||||
|
45 |
|
Mutur b'sidecar biss |
||||||||||||||
|
46 |
|
Triċikli biss |
||||||||||||||
|
47 |
|
Ristretta għal vetturi ta' aktar minn żewġ roti li ma jeħtiġux il-bilanċ mis-sewwieq għall-istartjar, għall-waqfien u għat-twaqqif |
||||||||||||||
|
50 |
|
Ristretta għal numru speċifiku ta' vettura/xażi (in-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura, VIN) |
||||||||||||||
|
Ittri użati flimkien ma' kodiċijiet minn 01 sa 44 għal aktar speċifikazzjoni:
|
||||||||||||||||
Titolu 3
KODIĊIJIET GĦAL UŻU LIMITAT
|
60 |
|
Ekwivalenzi fakultattivi (l-użu tas-subkodiċi huwa obbligatorju) |
|
|
60.01. |
Id-detentur ta' liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B ta' mill-inqas 21 sena jista' jsuq triċikli motorizzati li jaqbżu l-15-il kW |
|
|
60.02. |
Id-detentur ta' liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B jista' jsuq muturi tal-kategorija A1 |
|
|
60.03. |
Id-detentur ta' liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B1 jista' jsuq biss vetturi b'massa massima li ma taqbiżx l-2 500 kg u b'veloċità massima teknikament limitata għal 45 km/h |
|
61 |
|
Limitazzjoni għal vjaġġi matul il-jum (pereżempju bejn siegħa wara tlugħ ix-xemx u siegħa qabel inżul ix-xemx) |
|
62 |
|
Limitazzjoni għal vjaġġi f'raġġ ta' … km mill-post tar-residenza tad-detentur, jew biss ġewwa belt/reġjun |
|
63 |
|
Is-sewqan mingħajr passiġġieri |
|
64 |
|
Limitazzjoni għal vjaġġi b'veloċità li ma taqbiżx … km/h |
|
65 |
|
Is-sewqan huwa awtorizzat biss fil-kumpanija ta' detentur ta' liċenzja tas-sewqan ta' mill-anqas kategorija ekwivalenti, għajr jekk il-kundizzjoni tkun koperta mill-kodiċi 98.02. |
|
66 |
|
Mingħajr trejler |
|
67 |
|
Sewqan fuq l-awtostradi mhuwiex permess |
|
68 |
|
Alkoħol mhuwiex permess |
|
69 |
|
Ristretta għal vetturi tas-sewqan mgħammra b'tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol f'konformità ma' EN 50436. L-indikazzjoni ta' data ta' skadenza hija fakultattiva (pereżempju “69” jew “69(01.01.2016)”) |
Titolu 4
KWISTJONIJIET AMMINISTRATIVI
|
70 |
|
Skambju tal-liċenzja tas-sewqan Nru … maħruġa minn … (il-marka distintiva tal-UE, pereżempju “70.0123456789.NL” jew il-marka distintiva tan-NU fil-każ ta' pajjiż terz, pereżempju “70.0123456789.NO”) |
|
71 |
|
Duplikat tal-liċenzja tas-sewqan Nru … (il-marka distintiva tal-UE, pereżempju “71.987654321.HR”, jew il-marka distintiva tan-NU fil-każ ta' pajjiż terz, pereżempju “71.987654321.UK”) |
|
72 |
|
Skambju tal-liċenzja tas-sewqan Nru … maħruġa minn … (il-marka distintiva tan-NU fil-każ ta' pajjiż terz soġġett għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 15(7), pereżempju “72.0123456789.USA”) |
|
73 |
|
Ristretta għall-vetturi tal-kategorija B tat-tip kwadriċiklu bil-mutur (B1) |
|
78 |
|
Ristretta għall-vetturi bi trażmissjoni awtomatika |
|
79 |
|
Ristrett għall-vetturi li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-parentesi jew speċifikati f'subkodiċi, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 21 ta' din id-Direttiva |
|
|
79.01. |
Ristretta għall-vetturi b'żewġ roti b'sidecar jew mingħajrha |
|
|
79.02. |
Ristretta għall-kategorija ta' vetturi AM bi tliet roti jew tat-tip kwadriċiklu ħafif |
|
|
79.03. |
Ristretta għat-triċikli |
|
|
79.04. |
Ristretta għat-triċikli kkombinati ma' trejler b'massa awtorizzata massima li ma taqbiżx is-750 kg |
|
|
79.05. |
Mutur tal-kategorija A1 bi proporzjon potenza/piż ta' aktar minn 0,1 kW/kg |
|
|
79.06. |
Vettura tal-kategorija BE fejn il-massa awtorizzata massima tat-trejler taqbeż it-3 500 kg |
|
80 |
|
Ristretta għad-detenturi, li ma jkunux laħqu l-età ta' 24 sena, ta' liċenzja tas-sewqan għal vettura tal-kategorija A tat-tip triċiklu motorizzat |
|
81 |
|
Ristretta għad-detenturi, li ma jkunux laħqu l-età ta' 21 sena, ta' liċenzja tas-sewqan għal vettura tal-kategorija A tat-tip ta' mutur b'żewġ roti |
|
95 |
|
Sewwieq li huwa d-detentur ta' CPC li jissodisfa l-obbligu ta' kompetenza professjonali msemmi fid-Direttiva (UE) 2022/2561 sa … (pereżempju “95(01.01.2028)”) |
|
96 |
|
Kodiċijiet użati għall-indikazzjoni ta' awtorizzazzjoni bbażata fuq taħriġ addizzjonali fil-kategorija |
|
|
96 |
Vetturi tal-kategorija B ikkombinati ma' trejler b'massa massima awtorizzata li taqbeż is-750 kg, fejn il-massa massima awtorizzata ta' tali kombinazzjoni taqbeż it-3 500 kg iżda ma taqbiżx l-4 250 kg |
|
|
96.01 |
Vettura ta' emerġenza misjuqa għall-iskopijiet maħsuba tagħha b'liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B fejn il-massa massima awtorizzata taqbeż it-3 500 kg, iżda ma taqbiżx il-5 000 kg, inkluż il-piż ta' trejler jekk jintuża bħala kombinazzjoni ta' vetturi |
|
|
96.02 |
Karavan bil-mutur misjuq b'liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B, fejn il-massa massima awtorizzata taqbeż it-3 500 kg, iżda ma taqbiżx l-4 250 kg jew, flimkien ma' trejler, ma taqbiżx il-5 000 kg |
|
|
96.03 |
Vettura ta' fjuwil alternattiv ikkombinata ma' trejler, fejn il-massa massima awtorizzata tal-kombinazzjoni taqbeż l-4 250 kg iżda ma taqbiżx il-5 000 kg |
|
97 |
|
Mhux awtorizzat li jsuq vettura tal-kategorija C1 li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 |
|
98 |
|
Kodiċijiet użati għall-finijiet tal-Artikoli 17 u 18 (l-użu tas-subkodiċi huwa obbligatorju) |
|
|
98.01. |
Is-sewwieq jitqies bħala sewwieq ġdid u huwa soġġett għall-kundizzjonijiet għall-perjodu ta' prova. Meta l-liċenzja tas-sewqan tiġi skambjata, imġedda jew sostitwita, il-kodiċi għandu jiġi kkomplementat bid-data tat-tmiem tal-perjodu ta' prova li kienet irreġistrata inizjalment (pereżempju 98.01.13.04.2028) |
|
|
98.02. |
Id-detentur għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-iskema tas-sewqan akkumpanjat sakemm jilħaq l-età ta' 18-il sena |
Kodiċijiet minn 100 'l fuq għandhom ikunu kodiċijiet nazzjonali validi biss għas-sewqan fit-territorju tal-Istat Membru tal-ħruġ.
(1) Dan jindika l-forza, fi Newtons, li s-sewwieq jista' jew għandu jeżerċita sabiex iħaddem is-sistema.
ANNESS II
REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TESTIJIET TAS-SEWQAN U GĦALL-GĦARFIEN, IL-ĦILA U L-IMĠIBA GĦAS-SEWQAN TA' VETTURA AWTOPROPULSIVA GĦAT-TRIQ
Parti I
REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TESTIJIET TAS-SEWQAN
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-applikanti għal-liċenzji tas-sewqan ikollhom il-kompetenza u l-ħiliet u juru l-imġiba meħtieġa sabiex isuqu vettura awtopropulsiva għat-triq. It-testijiet introdotti għal dan l-effett iridu jikkonsistu minn:
|
(a) |
test tat-teorija; |
|
(b) |
wara parteċipazzjoni b'suċċess fit-test tat-teorija, test tal-ħiliet u tal-imġiba. |
Il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom isiru dawn it-testijiet huma stabbiliti hawn taħt.
Titolu A
TEST TAT-TEORIJA
1. Forma
Il-forma magħżula għandha tkun tali li tiżgura li l-applikant ikollu t-tagħrif meħtieġ dwar is-suġġetti elenkati fil-punti 2, 3 u 4.
Kull applikant għal liċenzja tas-sewqan f'kategorija waħda li jkun għadda mit-test tat-teorija għal liċenzja tas-sewqan f'kategorija differenti jista' jiġi eżentat mid-dispożizzjonijiet komuni tal-punti 2, 3 u 4.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-applikanti mill-mistoqsijiet dwar l-għarfien bażiku tal-ewwel għajnuna kif imsemmi fil-punt 2, il-punt (e), meta l-applikant ikun lesta taħriġ prattiku ċċertifikat tal-ewwel għajnuna, inkluż rianimazzjoni kardjopulmonari (CPR), fi kwalunkwe ħin qabel ma jsir it-test tal-ħiliet u tal-imġiba.
2. Kontenut tat-test tat-teorija għall-kategoriji tal-vetturi kollha
Għandhom isiru mistoqsijiet dwar kull suġġett elenkat fil-punti li ġejjin, filwaqt li l-kontenut u l-forma tal-mistoqsijiet għandhom jibqgħu għad-diskrezzjoni ta' kull Stat Membru:
|
(a) |
ir-regolamenti tat-traffiku fit-toroq, partikolarment rigward is-sinjali tat-toroq, il-marki u s-sinjali, id-dritta u l-limiti tal-veloċità; |
|
(b) |
is-sewwieq:
|
|
(c) |
it-triq:
|
|
(d) |
l-utenti l-oħra tat-triq:
|
|
(e) |
regoli u regolamenti ġenerali kif ukoll kwistjonijiet oħrajn:
|
|
(f) |
il-prekawzjonijiet neċessarji waqt l-inżul mill-vettura, inkluż l-iżgurar li jkun sikur li tinfetaħ il-bieba tal-vettura, u li dan ma joħloqx periklu għal utenti oħra tat-triq bħal persuni bil-mixi, ċiklisti u utenti tal-mikromobbiltà; |
|
(g) |
l-aspetti mekkaniċi li jkollhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq; l-applikanti għandhom ikunu kapaċi jagħrfu d-difetti l-aktar komuni, b'mod partikolari fl-istering, fis-sistemi tas-sospensjoni u tal-ibbrejkjar, fit-tajers, fid-dwal u fl-indikaturi tad-direzzjoni, fir-rifletturi, fil-mirja retroviżuri, fil-windscreen u fil-wajpers, fis-sistema tal-egżost, fiċ-ċinturin tas-sigurtà u fl-apparat ta' twissija li jinstema'; |
|
(h) |
it-tagħmir tas-sigurtà tal-vettura u, partikolarment, l-użu taċ-ċinturin tas-sigurtà, it-trażżin għar-ras, it-tagħmir tas-sigurtà għat-tfal; |
|
(i) |
l-iċċarġjar ta' vetturi elettriċi; |
|
(j) |
ir-regoli u l-aspetti dwar l-użu tal-vetturi fir-rigward tal-ambjent, inkluż fir-rigward tal-vetturi elettriċi: l-użu xieraq ta' apparat ta' twissija li jinstema', il-konsum moderat ta' fjuwil jew enerġija, il-limitazzjoni tal-emissjonijiet (emissjonijiet ta' gassijiet serra, sustanzi li jniġġsu l-arja, storbju u mikropartikoli mill-użu tat-tajers, tal-brejkijiet u tat-toroq eċċ.); |
|
(k) |
il-vantaġġi, il-limitazzjonijiet u r-riskji assoċjati ma' sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieqa u sistemi ta' sewqan awtomatizzati. L-importanza tad-differenzi u l-użu sikur tagħhom, kif ukoll l-interazzjoni tas-sewwieqa, l-obbligi tas-sewwieqa u kif is-sistemi jista' jkollhom impatt fuq l-attenzjoni u l-imġiba tas-sewwieq. Dan jinkludi l-qasam tal-użu tas-sistemi, il-possibbiltà ta' talbiet ta' teħid ta' kontroll iġġenerati mis-sistemi, u l-obbligi li jibqgħu għas-sewwieq matul li s-sistemi jkunu attivi. |
3. Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kategoriji A1, A2 u A
Kontroll obbligatorju tal-għarfien ġenerali dwar:
|
(a) |
l-użu ta' lbies protettiv bħal ingwanti, bwiez, ilbies u elmi protettivi; |
|
(b) |
il-viżibbiltà tal-motoċiklisti għal utenti oħra tat-triq; |
|
(c) |
il-fatturi tar-riskju relatati ma' diversi kundizzjonijiet tat-toroq kif stabbiliti fil-punt 2, il-punt (c), b'attenzjoni addizzjonali għall-partijiet li jkunu jiżolqu bħall-għotjien tas-sistemi tad-drenaġġ, il-marki tat-toroq bħal-linji u l-vleġeġ, il-linji tat-tramm; |
|
(d) |
l-aspetti mekkaniċi li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq, kif stabbiliti fil-punt 2, il-punt (g), b'attenzjoni addizzjonali għas-swiċċ tal-waqfien ta' emerġenza, il-livelli taż-żejt u l-katina. |
4. Dispożizzjonijiet speċifiċi b'rabta mal-kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1, D1E
|
(1) |
Kontroll obbligatorju tal-għarfien ġenerali dwar:
|
|
(2) |
Kontroll obbligatorju tal-għarfien ġenerali dwar id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin li jikkonċernaw il-kategoriji C, CE, D u DE:
|
Titolu B
TEST TAL-ĦILIET U TAL-IMĠIBA
5. Il-vettura u t-tagħmir tagħha
(1) It-trażmissjoni tal-vettura
|
(a) |
Is-sewqan ta' vettura bi trażmissjoni manwali għandu jkun soġġett għal li wieħed jgħaddi minn test tal-ħiliet u tal-imġiba li jsir fuq vettura bi trażmissjoni manwali. “Vettura bi trażmissjoni manwali” tfisser vettura li fiha pedala tal-klaċċ (jew lieva operata manwalment għall-kategoriji A, A2 u A1) u li trid tiġi operata mis-sewwieq meta l-vettura tiġi startjata jew imwaqqfa, u meta jinbidlu l-gerijiet. |
|
(b) |
Vetturi li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-punt 5(1), il-punt (a), għandhom jitqiesu li għandhom trażmissjoni awtomatika. Mingħajr preġudizzju għall-punt 5.(1), il-punt (c), jekk applikant jagħmel it-test tal-ħiliet u tal-imġiba fuq vettura bi trażmissjoni awtomatika, dan għandu jiġi rreġistrat fuq kwalunkwe liċenzja tas-sewqan maħruġa abbażi ta' test bħal dan bil-kodiċi rilevanti tal-Unjoni stabbilit fl-Anness I, il-Parti E. Liċenzji tas-sewqan b'din l-indikazzjoni għandhom jintużaw biss għas-sewqan ta' vetturi bi trażmissjoni awtomatika. Il-kodiċi tal-Unjoni deskritt fit-tieni subparagrafu ma għandux jiġi rreġistrat fuq liċenzja tas-sewqan tal-kategorija A1, A2, A, B1, B jew BE, jew sussegwentement għandu jitneħħa minnha, jekk l-applikant jew id-detentur jgħaddi minn test iddedikat tal-ħiliet u tal-imġiba jew ilesti taħriġ iddedikat, li jista' jseħħ qabel jew wara t-test tal-ħiliet u tal-imġiba fuq vettura bi trażmissjoni awtomatika. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:
|
|
(c) |
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-vetturi tal-kategoriji BE, C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma għandha tiġi rreġistrata l-ebda restrizzjoni fuq vetturi bi trażmissjoni awtomatika fuq il-liċenzja tas-sewqan għal vetturi tal-kategoriji BE, C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 jew D1E msemmija fil-punt 5.(1), il-punt (b), meta l-applikant ikun diġà detentur ta' liċenzja tas-sewqan mingħajr ir-restrizzjoni prevista fil-punt (b) f'mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: B, BE, C, CE, C1, C1E, D, D1 jew D1E, u jkun wettaq l-azzjonijiet deskritti fil-punt 8.(4) matul it-test tal-ħiliet u tal-imġiba. |
(2) Il-vetturi użati f'testijiet tal-ħiliet u l-imġiba għandhom jikkonformaw mal-kriterji minimi msemmija f'dan il-punt. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal kriterji aktar stretti jew jistgħu jżidu kriterji oħrajn. Għall-użu fit-test tal-ħiliet u tal-imġiba għall-vetturi tal-kategorija A1, A2 u A, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tolleranza ta' 5 cm3 taħt iċ-ċilindrata minima meħtieġa.
|
(a) |
Kategorija A1: Mutur tal-kategorija A1 mingħajr sidecar, b'potenza attribwita li ma taqbiżx 11 kW u bi proporzjon ta' potenza/piż li ma jaqbiżx 0,1 kW/kg, u li kapaċi jtella' veloċità ta' mill-inqas 80 km/h. Jekk il-mutur jaħdem b'magna ta' kombustjoni interna, iċ-ċilindrata tal-magna għandha tkun ta' mill-inqas 120 cm3. Jekk il-mutur jaħdem bl-elettriku, il-proporzjon ta' potenza/piż tal-vettura għandu jkun ta' mill-inqas 0,08 kW/kg; |
|
(b) |
Kategorija A2: Mutur mingħajr sidecar, b'potenza attribwita ta' mill-inqas 20 kW iżda li ma taqbiżx 35 kW u bi proporzjon ta' potenza/piż li ma jaqbiżx 0,2 kW/kg. Jekk il-mutur jaħdem b'magna ta' kombustjoni interna, iċ-ċilindrata tal-magna għandha tkun ta' mill-inqas 250 cm3. Jekk il-mutur jaħdem bl-elettriku, il-proporzjon ta' potenza/piż tal-vettura għandu jkun ta' mill-inqas 0,15 kW/kg; |
|
(c) |
Kategorija A: Mutur mingħajr sidecar, li l-massa mhux mgħobbija tiegħu hija aktar minn 180 kg, b'potenza attribwita ta' mill-inqas ta' 50 kW. Tolleranza ta' 5 kg taħt il-massa minima meħtieġa tista' tiġi aċċettata mill-Istat Membru. Jekk il-mutur jaħdem b'magna ta' kombustjoni interna, iċ-ċilindrata tal-magna għandha tkun ta' mill-inqas 600 cm3. Jekk il-mutur jaħdem b'mutur elettriku, il-proporzjon ta' potenza/piż tal-vettura għandu jkun ta' mill-inqas 0,25 kW/kg. |
|
(d) |
Kategorija B: Vettura tal-kategorija B b'erba' roti b'kapaċità ta' veloċità ta' mill-anqas 100 km/h; |
|
(e) |
Kategorija BE: Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategorija B bi trejler li l-massa massima awtorizzata tiegħu tkun ta' mill-anqas 1 000 kg, li kapaċi ttella' veloċità ta' mill-anqas 100 km/h, li ma taqax taħt il-kategorija B; il-kompartiment tat-tagħbija tat-trejler għandu jikkonsisti minn struttura fil-forma ta' kaxxa magħluqa li tkun mill-inqas tal-istess wisa' u għolja daqs il-vettura bil-mutur; l-istruttura fil-forma ta' kaxxa magħluqa tista' alternattivament tkun ftit inqas wiesgħa mill-vettura bil-mutur, sakemm il-vista lejn wara tkun possibbli biss permezz tal-użu tal-mirja jew tal-kameras retroviżuri esterni tal-vettura bil-mutur; it-trejler għandu jiġi ppreżentat b'massa totali reali minima ta' 800 kg; |
|
(f) |
Kategorija B1: Kwadriċiklu bil-mutur b'kapaċità ta' veloċità ta' mill-anqas 60 km/h; jew, jekk il-liċenzja tas-sewqan tawtorizza s-sewqan tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-vettura użata fit-testijiet tal-ħiliet u tal-imġiba għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dak il-punt. |
|
(g) |
Kategorija C: Vettura tal-kategorija C b'massa awtorizzata massima ta' mill-anqas 12 000 kg, tul ta' mill-anqas 8 m, wisa' ta' mill-anqas 2,40 m u li kapaċi ttella' veloċità ta' mill-anqas 80 km/h; li jkollha fiha brejkijiet antilokk, li tkun mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jkun magħmul minn struttura fil-forma ta' kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas il-wisa' u l-għoli tal-kompartiment tas-sewwieq; il-vettura għandha tkun ippreżentata b'massa minima totali reali ta' 10 000 kg; |
|
(h) |
Kategorija CE: Vettura artikolata jew kombinazzjoni ta' vettura tat-test tal-kategorija C u trejler ta' mill-anqas 7,5 m tul; kemm il-vettura artikolata kif ukoll il-kombinazzjoni għandu jkollhom massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 20 000 kg, tul ta' mill-anqas 14 m u wisa' ta' mill-anqas 2,40 m, għandhom ikunu kapaċi jtellgħu veloċità ta' mill-anqas 80 km/h, għandhom ikunu attrezzati bi brejkijiet antilokk, mgħammra b'takografu kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jkun magħmul minn struttura fil-forma ta' kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas il-wisa' u l-għoli tal-kompartiment tas-sewwieq; kemm il-vettura artikolata kif ukoll il-kombinazzjoni għandhom jiġu ppreżentati b'massa minima totali reali ta'15 000 kg; huwa rrakkomandat, bħala prattika tajba, li l-vettura tkun mgħammra b'nagħla u b'gearbox b'mill-inqas tmien proporzjonijiet ta' ċaqliq 'il quddiem; |
|
(i) |
Kategorija C1: Vettura tal-kategorija C1 b'massa awtorizzata massima ta' mill-anqas 4 000 kg, b'tul ta' mill-anqas 5 m u li kapaċi ttella' veloċità ta' mill-anqas 80 km/h; attrezzata bi brejkijiet antilokk u mgħammra b'takografu kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jkun magħmul minn struttura fil-forma ta' kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas il-wisa' u l-għoli tal-kompartiment tas-sewwieq; meta l-kandidat ma jkunx ser jiġi ttestjat għall-kapaċità tiegħu li juża takografu, il-vettura ma għandhiex għalfejn tkun mgħammra b'takografu; |
|
(j) |
Kategorija C1E: Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategorija C1 u trejler b'massa awtorizzata massima ta' mill-anqas 1 250 kg; din il-kombinazzjoni għandha tkun mill-anqas 8 m fit-tul u b'kapaċità ta' veloċità ta' mill-anqas 80 km/h; il-kompartiment tat-tagħbija tat-trejler għandu jikkonsisti minn struttura fil-forma ta' kaxxa magħluqa li tkun mill-inqas tal-istess wisa' u għoli tal-kompartiment tas-sewwieq; l-istruttura fil-forma ta' kaxxa magħluqa tista' alternattivament tkun ftit inqas wiesgħa mill-kompartiment tas-sewwieq sakemm il-vista lejn wara tkun possibbli biss permezz tal-użu ta' mirja retroviżuri esterni tal-vettura bil-mutur; it-trejler għandu jiġi ppreżentat b'massa totali reali minima ta' 800 kg; |
|
(k) |
Kategorija D: Vettura tal-Kategorija D b'tul ta' mill-anqas 10 m, b'wisa' ta' mill-anqas 2,40 m u li kapaċi ttella' veloċità ta' mill-anqas 80 km/h; mgħammra bi brejkijiet antilokk u armata b'takografu kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014; |
|
(l) |
Kategorija DE: Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategorija D u trejler b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 1 250 kg, ta' wisa' ta' mill-anqas 2,40 m u li kapaċi ttella' veloċità ta' mill-anqas 80 km/h; il-kompartiment tat-tagħbija tat-trejler għandu jkun magħmul minn struttura fil-forma ta' kaxxa magħluqa li tkun mill-inqas wiesgħa 2 m u għolja 2 m; it-trejler għandu jiġi ppreżentat b'massa totali reali minima ta' 800 kg; |
|
(m) |
Kategorija D1: Vettura tal-kategorija D1 b'massa awtorizzata massima ta' mill-anqas 4 000 kg, b'tul ta' mill-anqas 5 m u li kapaċi ttella' veloċità ta' mill-anqas 80 km/h; attrezzata bi brejkijiet antilokk u mgħammra b'takografu kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014; |
|
(n) |
Kategorija D1E: Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategorija D1 bi trejler ta' massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 1 250 kg u li kapaċi ttella' veloċità ta' mill-anqas 80 km/h; il-kompartiment tat-tagħbija tat-trejler għandu jkun magħmul minn struttura fil-forma ta' kaxxa magħluqa li tkun mill-inqas wiesgħa 2 m u għolja 2 m; it-trejler għandu jiġi ppreżentat b'massa totali reali minima ta' 800 kg; |
6. Ħiliet u mġiba li għandhom jiġu ttestjati għall-kategoriji A1, A2 u A
(1) It-tħejjija u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq
L-applikanti għandhom juru li huma kapaċi jippreparaw sabiex isuqu bla periklu, billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
jaġġustaw l-ilbies protettiv, bħal ingwanti, bwiez, ilbies u elmu protettiv; |
|
(b) |
iwettqu kontrolli każwali tal-kundizzjoni tat-tajers, tal-brejkijiet, tal-istering, tas-swiċċ għall-waqfien ta' emerġenza, jekk ikun applikabbli, tal-katina, tal-livelli taż-żejt, tad-dwal, tar-rifletturi, tal-indikaturi tad-direzzjoni u tal-apparat tat-twissija li jinstema'. |
(2) Il-manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati peress li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq:
|
(a) |
itellgħu l-mutur fuq l-istand tiegħu u jniżżluh minnha u jċaqilquh, mingħajr l-għajnuna tal-magna, billi jimxu maġenb il-vettura; |
|
(b) |
jipparkjaw il-mutur fuq l-istand tiegħu; |
|
(c) |
mill-inqas żewġ manuvri li għandhom isiru b'veloċità baxxa, inkluż slalom; dan għandu jippermetti li tiġi vvalutata l-kompetenza fil-maniġġ tal-aċċelleratur, il-brejk, il-bilanċ, id-direzzjoni tal-vista u l-pożizzjoni fuq il-mutur u l-pożizzjoni tas-saqajn fuq il-foot rests; Jekk it-test isir fuq mutur bi trażmissjoni manwali, dan għandu jsir flimkien mal-maniġġ tal-klaċċ. |
|
(d) |
mill-inqas żewġ manuvri li għandhom isiru b'veloċità ogħla, li tal-inqas waħda minnhom għandha ssir f'veloċità minima ta' 30 km/h u manuvra waħda għandha tinkludi l-evitar ta' ostaklu b'veloċità minima ta' 50 km/h; dan għandu jippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza tal-pożizzjoni fuq il-mutur, id-direzzjoni tal-vista, il-bilanċ u t-teknika fuq l-istering. Jekk it-test isir fuq mutur bi trażmissjoni manwali, manuvra waħda trid issir fuq it-tieni jew it-tielet gear; dan għandu jippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza fit-teknika tat-tibdil tal-gerijiet; |
|
(e) |
l-ibbrejkjar: għandhom isiru mill-inqas żewġ eżerċizzji tal-ibbrejkjar, inkluż ibbrejkjar ta' emerġenza b'veloċità minima ta' 50 km/h; dan għandu jippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza fit-tħaddim tal-brejkijiet ta' quddiem u ta' wara, id-direzzjoni tal-vista u l-pożizzjoni fuq il-mutur; |
|
(f) |
it-twettiq ta' U turn, jekk ikun possibbli. |
(3) L-imġiba fit-traffiku
L-applikanti għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu u bil-prekawzjonijiet neċessarji kollha meħuda:
|
(a) |
l-issoktar tas-sewqan: wara l-ipparkjar, wara waqfa fit-traffiku; il-ħruġ minn trejqa privata; |
|
(b) |
is-sewqan f'toroq dritti; il-passaġġ minn ma' vetturi ġejjin bil-kontra, inkluż fi spazji dojoq; |
|
(c) |
is-sewqan madwar liwjiet; |
|
(d) |
salib it-toroq: jidħlu f'intersezzjonijiet u ġunzjonijiet u jaqsmuhom; |
|
(e) |
il-bidla fid-direzzjoni, inkluż l-użu adegwat tal-indikaturi; id-dawrien lejn ix-xellug u l-lemin; il-bdil tal-korsiji; |
|
(f) |
id-dħul fi jew il-ħruġ minn awtostradi jew simili, jekk disponibbli: id-dħul mill-korsija tal-aċċellerazzjoni; il-ħruġ fuq il-korsija tad-deċellerazzjoni; |
|
(g) |
jaqbżu/jgħaddu utenti oħra: il-qbiż ta' utenti oħra tat-triq inkluż utenti vulnerabbli tat-triq, jekk possibbli; is-sewqan maġenb ostakli, pereżempju karozzi pparkjati; jinqabżu minn traffiku ieħor u jantiċipaw il-punti mhux viżibbli ta' vetturi oħra, skont il-bżonn; |
|
(h) |
karatteristiċi speċjali tat-toroq, jekk disponibbli: roundabouts; il-passaġġi invell ferrovjarji, il-waqfiet tat-tramm/tal-karozzi tal-linja, il-punti tal-qsim pedonali, il-korsiji għar-roti, l-għoti tal-attenzjoni dovuta; is-sewqan għat-telgħa/għan-niżla fuq għoljiet twal; il-mini; |
|
(i) |
ir-reazzjoni għal sitwazzjonijiet perikolużi u l-antiċipazzjoni tagħhom; b'deroga mill-obbligu li l-azzjonijiet jitwettqu f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, l-azzjonijiet għandhom jitwettqu biss meta s-sitwazzjoni perikoluża tinqala' b'mod aċċidentali; inkella, jistgħu jintużaw simulaturi għall-ittestjar ta' dawn il-ħiliet; |
|
(j) |
it-teħid ta' prekawzjonijiet neċessarji waqt l-inżul mill-vettura. |
7. Ħiliet u mġiba li għandhom jiġu ttestjati għall-kategoriji B, B1 u BE
(1) It-tħejjija u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq
L-applikanti għandhom juru li huma kapaċi jippreparaw sabiex isuqu bla periklu billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
l-aġġustament tas-siġġu kif meħtieġ biex tinkiseb il-pożizzjoni bilqiegħda korretta; |
|
(b) |
l-aġġustament tal-mirja retroviżuri, taċ-ċinturini tas-sigurtà u tat-trażżin għar-ras, jekk ikun hemm; |
|
(c) |
il-kontroll li l-bibien huma magħluqin; |
|
(d) |
kontrolli għal għarrieda tal-kundizzjoni tat-tajers, tal-istering, tal-brejkijiet, tal-fluwidi (pereżempju ż-żejt tal-magna, il-fluwidu berried, il-fluwidu li jintuża għall-ħasil tal-windscreen), tad-dwal, tar-rifletturi, tal-indikaturi tad-direzzjoni u tal-apparat tat-twissija li jinstema'; |
|
(e) |
kontroll tal-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: l-istruttura, il-pjanċi, il-bibien tal-merkanzija, l-illokkjar tal-kabina, il-metodu tat-tagħbija, l-irbit tat-tagħbija (il-kategorija BE biss); |
|
(f) |
kontroll tal-mekkaniżmu tal-akkoppjament u l-brejk u l-konnessjonijiet elettriċi (il-kategorija BE biss). |
(2) Il-kategoriji B u B1: manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq
Għandhom isiru testijiet b'xi wħud mill-manuvri li ġejjin (mill-anqas żewġ manuvri għall-erba' punti, inkluż waħda bil-gear tar-riversjar):
|
(a) |
riversjar f'linja dritta jew riversjar lejn il-lemin jew lejn ix-xellug ma' kantuniera filwaqt li l-vettura tinżamm fil-korsija korretta tat-traffiku; |
|
(b) |
tidwir tal-vettura b'tali mod li tiġi tħares fid-direzzjoni opposta, billi jintużaw il-gerijiet 'il quddiem u tar-riversjar; |
|
(c) |
ipparkjar tal-vettura u jitħalla spazju ta' parkeġġ (parallel, oblikwu, angolu ta' 90 grad, 'il quddiem jew lura, fiċ-ċatt, għat-telgħa jew għan-niżla); |
|
(d) |
l-użu akkurat tal-brejkijiet sabiex issir waqfa; madankollu, it-twettiq ta' waqfa ta' emerġenza huwa fakultattiv. |
(3) Kategorija BE - manuvri speċjali b'effett fuq is-sikurezza fit-toroq, li għandhom jiġu ttestjati:
|
(a) |
l-akkoppjament u d-diżakkoppjament, jew id-diżakkoppjament u l-akkoppjament mill-ġdid ta' trejler mal-vettura bil-mutur tiegħu; il-manuvra trid tinvolvi li l-vettura tal-irmonk tiġi pparkjata maġenb it-trejler, jiġifieri mhux f'linja dritta; |
|
(b) |
riversjar matul liwja, li l-linja tagħha għandha titħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri; |
|
(c) |
l-ipparkjar b'mod sikur għat-tagħbija/għall-ħatt. |
(4) L-imġiba fit-traffiku
L-applikanti għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu u bil-prekawzjonijiet neċessarji kollha meħuda:
|
(a) |
l-issoktar tas-sewqan: minn pożizzjoni pparkjata, wara waqfa fit-traffiku; il-ħruġ minn trejqa privata; |
|
(b) |
is-sewqan f'toroq dritti; il-passaġġ minn ma' vetturi ġejjin bil-kontra, inkluż fi spazji dojoq; |
|
(c) |
is-sewqan madwar liwjiet; |
|
(d) |
salib it-toroq: jidħlu f'intersezzjonijiet u ġunzjonijiet u jaqsmuhom; |
|
(e) |
il-bidla fid-direzzjoni billi jsir użu adegwat mill-indikaturi: dawrien fuq ix-xellug u fuq il-lemin; il-bdil tal-korsiji; |
|
(f) |
id-dħul u l-ħruġ minn awtostradi jew simili, jekk ikun hemm: id-dħul mill-korsija tal-aċċellerazzjoni; il-ħruġ fuq korsija tad-deċellerazzjoni; |
|
(g) |
jaqbżu u jgħaddu utenti oħra: il-qbiż ta' utenti oħra tat-triq inkluż utenti vulnerabbli tat-triq, l-antiċipazzjoni ta' punti mhux viżibbli, jekk possibbli; is-sewqan maġenb ostakli, pereżempju karozzi pparkjati; li tinqabeż minn traffiku ieħor, jekk ikun adatt; |
|
(h) |
is-sewqan indipendenti li jsegwi s-sinjali tat-triq, jekk possibbli; |
|
(i) |
karatteristiċi speċjali tat-toroq, jekk disponibbli: roundabouts; il-passaġġi invell ferrovjarji, il-waqfiet tat-tramm jewtal-karozzi tal-linja, il-punti tal-qsim pedonali, il-korsiji għar-roti, l-għoti tal-attenzjoni dovuta; is-sewqan għat-telgħa u għan-niżla fuq għoljiet twal; il-mini; |
|
(j) |
id-dħul fil-vettura u l-inżul minnha, inkluż li jiġi żgurat li jkun sikur li tinfetaħ il-bieba tal-vettura u li dan ma joħloqx periklu għal utenti oħra tat-triq bħal persuni bil-mixi, ċiklisti u utenti tal-mikromobbiltà, b'enfasi partikolari fuq il-ftuħ tal-bieba bl-iktar id 'il bogħod minnha; |
|
(k) |
ir-reazzjoni għal sitwazzjonijiet perikolużi u l-antiċipazzjoni tagħhom; b'deroga mill-obbligu li l-azzjonijiet jitwettqu f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, l-azzjonijiet għandhom jitwettqu biss meta s-sitwazzjoni perikoluża tinqala' b'mod aċċidentali; inkella, jistgħu jintużaw simulaturi għall-ittestjar ta' dawn il-ħiliet; |
8. Ħiliet u mġiba li għandhom jiġu ttestjati għall-kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E
(1) It-tħejjija u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq
L-applikanti għandhom juru li huma kapaċi jippreparaw sabiex isuqu bla periklu billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
l-aġġustament tas-siġġu kif meħtieġ biex tinkiseb il-pożizzjoni bilqiegħda korretta; |
|
(b) |
l-aġġustament tal-mirja retroviżuri, taċ-ċinturini tas-sigurtà u tat-trażżin għar-ras jekk ikun hemm; |
|
(c) |
il-kontrolli għal għarrieda tal-kundizzjoni tat-tajers, tal-istering, tal-brejkijiet, tad-dwal, tar-rifletturi, tal-indikaturi tad-direzzjoni u tal-apparat ta' twissija li jinstema'; |
|
(d) |
il-kontroll tas-sistemi tal-brejkijiet u tal-istering assistiti; il-kontroll tal-kundizzjoni tar-roti, tal-iskorfini tar-roti, tal-mudguards, tal-windscreen, tat-twieqi u tal-wajpers, tal-fluwidi (pereżempju żejt tal-magna, fluwidu berried, fluwidu li jintuża għall-ħasil tal-windscreen); il-kontroll u l-użu tal-panel tal-istrumenti, inkluż it-takografu kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dan ir-rekwiżit tal-aħħar ma japplikax għal applikanti għal liċenzja tas-sewqan għal vettura tal-kategorija C1 jew C1E li ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament; |
|
(e) |
kontroll tal-pressjoni tal-arja, tat-tankijiet tal-arja u tas-sospensjoni; |
|
(f) |
kontroll tal-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: l-istruttura, il-pjanċi, il-bibien mnejn tidħol it-tagħbija, il-mekkaniżmu tat-tagħbija, jekk ikun hemm, l-illokkjar tal-kabina, jekk ikun hemm, il-metodu tat-tagħbija, l-irbit tat-tagħbija (il-kategoriji C, CE, C1, C1E biss); |
|
(g) |
kontroll tal-mekkaniżmu tal-akkoppjament u tal-konnessjonijiet tal-brejkijiet u elettriċi (il-kategoriji CE, C1E, DE, D1E biss); |
|
(h) |
il-kapaċità li persuna tieħu miżuri speċjali tas-sigurtà rigward il-vettura; kontroll tal-istruttura, tal-bibien tas-servizz, tal-ħruġ tal-emerġenza, tal-apparat tal-ewwel għajnuna, tal-apparat tat-tifi tan-nar u ta' apparat ieħor ta' sigurtà (il-kategoriji D, DE, D1, D1E biss); |
|
(i) |
(fakultattiv) il-qari ta' mappa tat-triq, l-ippjanar tar-rotta, inkluż l-użu tas-sistemi elettroniċi ta' navigazzjoni; |
(2) Sewqan tal-vettura tal-irmonk mingħajr trejler (il-kategoriji C1E, CE, D1E u DE biss)
Jekk is-sewwieq ma jkunx diġà intitolat isuq il-vetturi fil-kategoriji C1, C, D1 u D, rispettivament, il-kompetenza għas-sewqan tal-vettura tal-irmonk trid tiġi żgurata qabel is-sewqan fit-traffiku bi trejler imqabbad.
(3) Il-manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati peress li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq:
|
(a) |
l-akkoppjar u d-diżakkoppjar, jew id-diżakkoppjar u l-akkoppjar mill-ġdid ta' trejler mill-vettura bil-mutur tiegħu; il-manuvra għandha tinvolvi l-vettura tal-irmonk li tkun ipparkjata maġenb it-trejler, jiġifieri mhux wara xulxin (il-kategoriji CE, C1E, DE, D1E biss); |
|
(b) |
riversjar matul liwja, li l-linja ta' din il-manuvra għandha titħalla fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri; |
|
(c) |
li wieħed jagħmel U turn, jekk ikun possibbli; |
|
(d) |
l-ipparkjar b'mod sikur għat-tagħbija/għall-ħatt ma' rampa/pjattaforma tat-tagħbija jew ma' installazzjoni simili (il-kategoriji C, CE, C1, C1E biss); |
|
(e) |
l-ipparkjar sabiex il-passiġġieri jitħallew jitilgħu jew jinżlu min fuq karozza tal-linja bla periklu (il-kategoriji D, DE, D1, D1E biss). |
(4) L-imġiba fit-traffiku
L-applikanti għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu u bil-prekawzjonijiet neċessarji kollha meħuda:
|
(a) |
il-bidu tas-sewqan: minn pożizzjoni pparkjata, wara waqfa fit-traffiku; il-ħruġ minn trejqa privata; |
|
(b) |
is-sewqan f'toroq dritti; il-passaġġ minn ma' vetturi ġejjin bil-kontra, inkluż fi spazji dojoq; |
|
(c) |
is-sewqan madwar liwjiet; |
|
(d) |
salib it-toroq: l-avviċinament u l-qsim ta' salib it-toroq u ġunzjonijiet; |
|
(e) |
il-bdil tad-direzzjoni: id-dawran lejn ix-xellug u l-lemin; il-bdil tal-korsiji; |
|
(f) |
id-dħul u l-ħruġ minn awtostradi jew simili, jekk ikun hemm: id-dħul mill-korsija tal-aċċellerazzjoni; it-tluq mill-korsija tad-deċellerazzjoni; |
|
(g) |
il-qbiż u l-mogħdija: il-qbiż ta' utenti oħra tat-triq inkluż utenti vulnerabbli tat-triq, bl-antiċipazzjoni ta' punti mhux viżibbli (jekk possibbli); is-sewqan maġenb ostakli, pereżempju karozzi pparkjati; li tinqabeż minn traffiku ieħor (jekk ikun adatt); |
|
(h) |
karatteristiċi speċjali tat-toroq, jekk ikun hemm: roundabouts; il-passaġġi invell ferrovjarji, il-waqfiet tat-tramm/tal-karozzi tal-linja, il-punti tal-qsim pedonali;, il-korsiji għar-roti, l-għoti tal-attenzjoni dovuta; is-sewqan f'niżliet jew telgħat twal; il-mini; |
|
(i) |
ir-reazzjoni għal sitwazzjonijiet perikolużi u l-antiċipazzjoni tagħhom; b'deroga mill-obbligu li jitwettqu l-azzjonijiet f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, l-azzjonijiet għandhom jitwettqu biss meta s-sitwazzjoni perikoluża tinqala' b'mod aċċidentali; inkella, jistgħu jintużaw simulaturi għall-ittestjar ta' dawn il-ħiliet; |
|
(j) |
id-dħul u l-inżul mill-vettura, inkluż l-iżgurar li tista' tinfetaħ il-bieba tal-vettura b'mod sikur u li dan ma joħloqx periklu għal utenti oħra tat-triq bħal persuni bil-mixi, ċiklisti u utenti tal-mikromobilità. |
(5) Sewqan b'mod sikur u effiċjenti fl-użu tal-enerġija:
Sewqan b'tali mod li tiġi żgurata s-sikurezza u jitnaqqsu kemm il-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet waqt l-aċċellerazzjoni, id-deċellerazzjoni, is-sewqan għat-telgħa u għan-niżla (sewqan ekoloġiku).
9. L-għoti tal-marki fit-test ta' ħila u ta' mġiba
|
(1) |
Għal kull sitwazzjoni ta' sewqan imsemmija fil-punti 6, 7 u 8, il-valutazzjoni għandha tirrifletti l-grad ta' faċilità li biha l-applikant jimmaniġġa l-kontrolli tal-vettura u l-ħila murija tiegħu li jsuq fit-traffiku b'mod kompletament sikur. L-eżaminatur irid iħossu sikur matul it-test kollu. Żbalji fis-sewqan jew imġiba perikoluża li immedjatament jipperikolaw is-sigurtà tal-vettura tat-test, il-passiġġieri ta' ġewwa fiha jew lil dawk li jkunu qed jużaw it-triq għandhom jiġu ppenalizzati billi s-sewwieq ma jgħaddix mit-test, kemm jekk l-eżaminatur, jew l-akkumpanjatur, ikollu jinterveni kif ukoll jekk le. Madankollu, l-eżaminatur għandu jkun liberu li jiddeċiedi jekk it-test dwar il-ħiliet u dwar l-imġiba għandux jitlesta.
L-eżaminaturi tas-sewqan għandhom ikunu mħarrġa sabiex jivvalutaw b'mod korrett il-kapaċità tal-applikanti li jsuqu b'mod sikur. Ix-xogħol tal-eżaminaturi tas-sewqan għandu jiġi mmonitorjat u ssorveljat, minn korp awtorizzat mill-Istat Membru u b'mod li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV, il-punt 4(1), il-punt (e), sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet f'konformità mal-istandards stabbiliti f'dan l-Anness. |
|
(2) |
Matul il-valutazzjoni tagħhom, l-eżaminaturi tas-sewqan għandhom jagħtu attenzjoni speċjali għal jekk l-applikant ikunx qiegħed juri mġiba difensiva u soċjali fis-sewqan. Dan għandu jirrifletti l-istil ġenerali tas-sewqan u l-eżaminatur tas-sewqan għandu jqis dan fil-valutazzjoni ġenerali tiegħu tas-sewqan tal-applikant. Dan għandu jinkludi sewqan adattat u determinat (jiġifieri sikur), filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-triq u tat-temp, traffiku ieħor u l-interessi tal-utenti l-oħra tat-triq, b'mod partikolari l-utenti vulnerabbli tat-triq, u l-antiċipazzjoni mill-applikant. |
|
(3) |
L-eżaminatur tas-sewqan għandu, barra minn hekk, jivvaluta jekk l-applikant:
|
10. It-tul tat-test
It-tul tat-test u d-distanza vjaġġata għandhom ikunu biżżejjed sabiex jiġu eżaminati l-ħiliet u l-imġiba stabbiliti fit-Titolu B ta' dan l-Anness. F'ebda ċirkostanza l-ħin mqatta' fis-sewqan fit-triq ma għandu jkun anqas minn 25 minuta għall-kategoriji A, A1, A2, B, B1 u BE, jew 45 minuta għall-kategoriji l-oħrajn. Dan il-ħin ma għandux jinkludi l-ilqugħ tal-applikant, il-preparazzjoni tal-vettura, il-kontroll tekniku tal-vettura li għandu effett fuq is-sikurezza fit-triq, il-manuvri speċjali, l-iżgurar tal-kompetenza skont il-punt 8(2) jew it-tħabbir tar-riżultat tat-test prattiku.
11. Il-post tat-test
Il-parti tat-test li teżamina l-manuvri speċjali tista' ssir fuq art speċjali għat-testijiet. Fejn ikun prattikabbli, il-parti tat-test fejn tiġi eżaminata l-imġiba fit-traffiku għandha ssir f'toroq 'il barra mill-abitat, toroq express jew awtostradi (jew toroq simili), kif ukoll fuq kwalunkwe tip ta' toroq urbani (żoni residenzjali, żoni ta' 30 u 50 km/h, toroq express urbani) li għandhom jirrappreżentaw id-diversi tipi ta' diffikultajiet li x'aktarx jiltaqa' magħhom is-sewwieq. Ikun tajjeb ukoll li t-test isir f'diversi kundizzjonijiet ta' densità tat-traffiku. Il-ħin mqatta' fis-sewqan fit-triq għandu jintuża bl-aħjar mod sabiex l-applikant jiġi vvalutat fid-diversi żoni traffikużi li wieħed jista' jiltaqa' magħhom, b'enfasi speċjali fuq li ssir bidla minn post bħal dan għall-ieħor.
Parti II
L-GĦARFIEN, IL-ĦILA U L-IMĠIBA GĦAS-SEWQAN TA’ VETTURA AWTOPROPULSIVA GĦAT-TRIQ
Is-sewwieqa tal-vetturi awtopropulsivi għat-triq kollha għandhom, f'kull ħin, ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba deskritti fil-Parti I, il-punti 1 sa 9, bil-għan li jkunu kapaċi:
|
(a) |
jagħrfu u jantiċipaw perikli tat-traffiku u perikli oħrajn u jivvalutaw is-serjetà tagħhom; |
|
(b) |
ikollhom ħakma suffiċjenti tal-vettura tagħhom biex ma joħolqux sitwazzjonijiet perikolużi u biex jirreaġixxu b'mod xieraq jekk iseħħu sitwazzjonijiet bħal dawn; |
|
(c) |
jikkonformaw mar-regolamenti tat-traffiku fit-toroq, b'mod partikolari ma' dawk maħsuba biex jipprevjenu aċċidenti fit-toroq u biex iżommu t-traffiku għaddej; |
|
(d) |
jindunaw b'xi difetti tekniċi maġġuri fil-vettura tagħhom, b'mod partikolari dawk li jistgħu jkunu ta' perikolu għas-sigurtà, u jaraw li dawn jitranġaw kif suppost; |
|
(e) |
iqisu l-fatturi kollha li jaffettwaw l-imġiba fis-sewqan (pereżempju l-alkoħol, l-għeja, vista ħażina, l-użu ta' apparati elettroniċi, eċċ.) biex iżommu l-użu sħiħ tal-fakultajiet meħtieġa għal sewqan sikur; |
|
(f) |
jgħinu jiżguraw is-sigurtà tal-utenti kollha tat-triq, u b'mod partikolari ta' utenti tat-triq vulnerabbli, billi juru rispett xieraq lejn l-oħrajn; |
|
(g) |
ikollhom għarfien suffiċjenti tal-fatturi ta' riskju relatati maċ-ċiklisti, il-persuni bil-mixi u l-utenti tal-mezzi ta' mikromobilità; |
|
(h) |
ikollhom għarfien suffiċjenti tas-sikurezza relatata mal-użu ta' vetturi ta' fjuwil alternattiv; |
|
(i) |
ikollhom biżżejjed għarfien dwar l-użu ta' sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieq u ta' sistemi ta' sewqan awtomatizzati. |
L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw il-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li s-sewwieqa li m'għadx għandhom l-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba deskritti fil-Parti I, il-punti 1 sa 9, ikunu jistgħu jiksbu dak l-għarfien u dawk il-ħiliet mill-ġdid, u jkomplu juru l-imġiba meħtieġa sabiex isuqu vettura awtopropulsiva għat-triq.
ANNESS III
STANDARDS MINIMI TAL-IDONEITÀ GĦAS-SEWQAN TA' VETTURA AWTOPROPULSIVA GĦAT-TRIQ
DEFINIZZJONIJIET
|
1. |
Għall-iskop ta' dan l-Anness, is-sewwieqa għandhom jiġu kklassifikati f'żewġ gruppi:
Il-liġi nazzjonali tista' tipprevedi li r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Anness għas-sewwieqa tal-Grupp 2 għandhom japplikaw ukoll għas-sewwieqa tal-vetturi tal-kategorija B li jużaw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom għal skopijiet professjonali (it-taxis, l-ambulanzi, eċċ.). |
|
2. |
L-applikanti għall-ewwel liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan għandhom jiġu kklassifikati fil-grupp li għalih ikunu jappartjenu jekk il-liċenzja tas-sewqan li applikaw għaliha tkun inħarġet jew iġġeddet. |
Titolu 1
VISTA
|
3. |
L-applikanti kollha għal liċenzja tas-sewqan għandhom jgħaddu minn verifika xierqa biex jiġi żgurat li jkollhom akutezza viżiva adegwata għas-sewqan ta' vetturi awtopropulsivi għat-triq, u jiġi stabbilit jekk ikunx meħtieġ eżami ulterjuri tal-kamp viżiv tagħhom. Fejn ikun hemm raġuni għal dubju dwar jekk il-vista tal-applikant hijiex adegwata, jenħtieġ li l-applikant jiġi eżaminat minn professjonist kompetenti awtorizzat mil-liġi nazzjonali. F'dak l-eżami għandha tingħata attenzjoni, b'mod partikolari, għal dan li ġej: l-akutezza fil-vista, il-kamp viżiv, il-vista f'dawl newwiemi, is-sensittività għad-dija u l-kuntrast, id-diplopija u funzjonijiet oħra tal-vista li jistgħu jikkompromettu s-sewqan sikur.
Għas-sewwieqa tal-Grupp 1, il-liċenzjar jista' jiġi kkunsidrat f'każijiet individwali eċċezzjonali fejn l-istandard tal-kamp viżiv jew l-istandard tal-akutezza viżiva ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati, iżda jkun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan lill-applikant ma huwiex ser ifixkel is-sikurezza fit-toroq; f'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li s-sewwieq jgħaddi minn eżami minn professjonist kompetenti awtorizzat mil-liġi nazzjonali, sabiex juri li ma hemm l-ebda indeboliment ieħor fil-funzjoni viżiva, inkluż is-sensittività għad-dija, is-sensittività għall-kuntrast u l-vista f'dawl newwiemi. Is-sewwieq jew l-applikant jenħtieġ li jkun soġġett ukoll għal test prattiku pożittiv imwettaq minn awtorità kompetenti. Grupp 1:
Grupp 2:
|
Titolu 2
SMIGĦ
|
4. |
Liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lill-applikanti jew lis-sewwieqa fil-Grupp 2 li għandhom insuffiċjenza fis-smigħ soġġett għal opinjoni mogħtija mill-awtoritàjiet mediċi kompetenti abbażi ta’ eżami mediku li għandu iqis b'mod partikolari, l-ambitu għall-kumpens. |
Titolu 3
PERSUNI B'DIŻABILITÀ FIŻIKA
|
5. |
Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew lil sewwieqa b'ilmenti jew b'indebolimenti fis-sistema lokomotriċi li jagħmluha perikoluż li jsuqu vettura awtopropulsiva għat-triq.
Grupp 1:
Grupp 2:
|
Titolu 4
MARD KARDJOVASKULARI
|
6. |
Kundizzjonijiet jew mard kardjovaskulari jistgħu iwasslu għal indeboliment għall-għarrieda tal-funzjonijiet ċerebrali u dan jikkostitwixxi periklu għas-sikurezza fit-toroq. Dawk il-kundizzjonijiet jikkostitwixxu bażi biex jiġu stabbiliti restrizzjonijiet temporanji jew permanenti għas-sewqan.
|
Titolu 5
DIABETES MELLITUS
|
7. |
Għall-finijiet tal-punti li ġejjin, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Grupp 1:
Grupp 2:
|
Titolu 6
MARD NEWROLOĠIKU U S-SINDROMU TA' APNEA OSTRUTTIVA TAL-IRQAD
|
8. |
Ir-regoli li ġejjin japplikaw għal applikanti b'mard newroloġiku u bis-sindromu ta' apnea ostruttiva tal-irqad. |
Titolu 7
MARD NEWROLOĠIKU
|
(1) |
Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew lil sewwieqa b'mard newroloġiku serju, għajr jekk l-applikazzjoni tkun appoġġata b'opinjoni medika pożittiva ta’ professjonist mediku kompetenti u awtorizzat. Disturbi newroloġiċi assoċjati ma' kundizzjonijiet marbuta mal-iżvilupp, mard jew ma' interventi mediċi jew kirurġiċi li jaffettwaw is-sistema nervuża ċentrali jew periferali, li jwasslu għal indebolimenti sensorji jew motorili, konjittivi jew fl-imġiba u li jaffettwaw il-prestazzjoni jew il-funzjoni, il-bilanċ u l-koordinazzjoni, għandhom jitqiesu kif xieraq fejn ikollhom x'jaqsmu mal-effetti funzjonali tagħhom fuq is-sewqan. Ir-riskji tal-progressjoni tal-indeboliment u n-nuqqas ta' konformità mal-kura jeħtieġ li jitqiesu. F'dawn il-każijiet, il-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan jistgħu jkunu soġġetti għal valutazzjoni perjodika fil-każ ta' riskju ta' deterjorament. |
Titolu 8
SINDROMU TA' APNEA OSTRUTTIVA TAL-IRQAD
|
(2) |
Għall-finijiet tal-punti li ġejjin:
|
|
(3) |
Applikanti jew sewwieqa suspettati li għandhom sindromu moderat jew sever ta' apnea ostruttiva tal-irqad għandhom jintbgħatu għal parir mediku ulterjuri ta’ professjonist mediku kompetenti u awtorizzat qabel ma' tinħareġ jew qabel ma tiġġedded liċenzja tas-sewqan. Dawn jistgħu jingħataw il-parir biex ma jsuqux qabel il-konferma tad-dijanjożi. |
|
(4) |
Liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu lil applikanti jew lil sewwieqa b'sindromu moderat jew sever ta' apnea ostruttiva tal-irqad li juru kontroll adegwat tal-kundizzjoni tagħhom u konformità ma' kura xierqa u titjib fin-ngħas, jekk ikun hemm, ikkonfermati b'opinjoni medika ta’ professjonist mediku kompetenti u awtorizzat. |
|
(5) |
Applikanti jew sewwieqa b'sindromu moderat jew sever ta' apnea ostruttiva tal-irqad taħt kura għandhom ikunu soġġetti għal rieżami mediku perjodiku, f'intervalli li ma jaqbżux it-tliet snin għal sewwieqa tal-Grupp 1 u sena għal sewwieqa tal-Grupp 2, bil-għan li jiġi stabbilit il-livell tal-konformità tagħhom mal-kura, il-ħtieġa li l-kura titkompla u viġilanza tajba fuq bażi kontinwata. |
Titolu 9
EPILESSIJA
|
9. |
Attakki epilettiċi jew disturbi oħra għall-għarrieda tal-istat ta' koxjenza huma ta' periklu serju għas-sikurezza fit-toroq jekk iseħħu meta persuna tkun qiegħda ssuq vettura awtopropulsiva għat-triq.
Għall-finijiet tal-punti li ġejjin:
Persuna li kellha attakk inizjali jew iżolat jew telfien mis-sensi għandha tingħata l-parir li ma ssuqx. Huwa meħtieġ rapport ta' speċjalista, li fih għandu jistabbilixxi l-perjodu li matulu s-sewqan ser ikun ipprojbit u s-segwitu mitlub. Huwa ferm importanti li jiġu identifikati s-sindromu speċifiku tal-epilessija tal-persuna u t-tip ta' attakk biex tkun tista' ssir evalwazzjoni xierqa tas-sikurezza tas-sewqan tal-persuna, inkluż ir-riskju ta' attakki ulterjuri, u t-terapija xierqa li għandha tingħata. Dan għandu jsir minn newrologu. Grupp 1:
Grupp 2:
|
Titolu 10
DIŻABILITÀ MENTALI
|
10. |
Ir-regoli li ġejjin japplikaw għal applikanti jew sewwieqa b'diżabilità mentali jew intellettwali.
Grupp 1:
Grupp 2:
|
Titolu 11
ALKOĦOL
|
11. |
Il-konsum tal-alkoħol jikkostitwixxi perikolu maġġuri għas-sikurezza fit-toroq. Minħabba d-daqs tal-problema, il-professjoni medika trid tkun viġilanti ħafna.
Grupp 1:
Grupp 2:
|
Titolu 12
DROGI U PRODOTTI MEDIĊINALI
|
12. |
Ir-regoli li ġejjin japplikaw għad-drogi u għall-prodotti mediċi.
Abbuż:
Użu regolari: Grupp 1:
L-awtorità medika kompetenti tista' tistabbilixxi rekwiżiti temporanji u, meta xieraq, restrizzjonijiet fuq is-sewqan. Grupp 2:
|
Titolu 13
DISTURBI FIL-KLIEWI
|
13. |
Ir-regoli li ġejjin japplikaw għall-applikanti b'disturbi fil-kliewi.
Grupp 1:
Grupp 2:
|
Titolu 14
DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Grupp 1:
|
(1) |
Soġġett għal opinjoni medika ta’ professjonist mediku kompetenti u awtorizzat u, jekk meħtieġa, eżamijiet mediċi regolari, jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew lil sewwieqa li kellhom trapjant ta' organu jew trapjant artifiċjali li jaffettwa l-kapaċità fis-sewqan. |
Grupp 2:
|
(2) |
L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif xieraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti mid-definizzjoni għal dan il-Grupp. |
Bħala regola ġenerali, meta l-applikanti jew is-sewwieqa jkollhom xi disturb li ma huwiex imsemmi f'dan l-Anness iżda x'aktarx li jkun jew jirriżulta f'inkapaċità funzjonali li taffettwa s-sikurezza tas-sewqan, ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan għajr jekk l-applikazzjoni tkun appoġġata b'opinjoni medika ta’ professjonist mediku kompetenti u awtorizzat u, jekk meħtieġ, l-applikant jew sewwieq ikun soġġett għal spezzjonijiet mediċi regolari.
ANNESS IV
STANDARDS MINIMI GĦAL PERSUNI LI JWETTQU TESTIJIET PRATTIĊI TAL-LIĊENZJI TAS-SEWQAN
1. Kwalifiki meħtieġa għall-eżaminaturi tas-sewqan
(1) Persuna awtorizzata twettaq valutazzjonijiet prattiċi f'vettura bil-magna tal-prestazzjoni tas-sewqan ta' kandidat għandu jkollha għarfien, ħiliet u fehim relatati mas-suġġetti elenkati fil-punti (2) sa (8).
(2) Il-kompetenzi ta' eżaminatur għandhom ikunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' kandidat li jkun qed ifittex li jikseb liċenzja tas-sewqan li għaliha jkun qiegħed qed isir it-test tas-sewqan.
(3) Għarfien u fehim tas-sewqan u l-valutazzjoni:
|
(a) |
teorija tal-imġiba fis-sewqan; |
|
(b) |
rikonixxment tal-periklu u l-evitar ta' aċċidenti; dan jinkludi l-fehim u l-attenzjoni għall-vulnerabbiltà tal-utenti tat-triq mhux motorizzati u tal-utenti ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti; |
|
(c) |
is-sillabu li jirfed l-istandards tat-test tas-sewqan; |
|
(d) |
ir-rekwiżiti tat-test tas-sewqan; |
|
(e) |
il-liġi rilevanti dwar it-toroq u t-traffiku, inklużi l-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali u l-linji gwida interpretattivi; |
|
(f) |
valutazzjoni tat-teorija u tat-tekniki; |
|
(g) |
sewqan difensiv. |
(4) Valutazzjoni tal-ħiliet:
L-eżaminatur għandu jkun kapaċi:
|
(a) |
josserva, jimmonitorja u jevalwa b'mod akkurat il-prestazzjoni ġenerali tal-kandidat, fir-rigward b'mod partikolari ta':
|
|
(b) |
jassorbi informazzjoni malajr u li jislet punti ewlenin; |
|
(c) |
jħares 'il quddiem, jidentifika problemi potenzjali u jiżviluppa strateġiji sabiex jindirizzahom; |
|
(d) |
jipprovdi feedback f'waqtu u kostruttiv. |
(5) Ħiliet personali tas-sewqan:
Persuna awtorizzata biex twettaq test prattiku għal kategorija partikolari ta' liċenzja tas-sewqan għandha tkun kapaċi ssuq it-tip rilevanti ta' vettura bil-magna bi standard konsistentement għoli.
(6) Kwalità tas-servizz:
|
(a) |
stabbiliment u komunikazzjoni ta' x'inhu mistenni mill-kandidat matul it-test; |
|
(b) |
komunikazzjoni ċara, b'kontenut, stil u lingwa adatti għall-udjenza u għall-kuntest u indirizzar ta' mistoqsijiet mill-kandidati; |
|
(c) |
jiġi pprovdut feedback ċar dwar ir-riżultati tat-test; |
|
(d) |
trattament tal-kandidati b'mod rispettuż u mingħajr diskriminazzjoni. |
(7) Għarfien dwar it-teknika u l-fiżika tal-vetturi li jinkludi:
|
(a) |
għarfien dwar it-teknoloġija tal-vetturi bħall-istering, it-tajers, il-brejkijiet, id-dwal, speċjalment għal muturi u vetturi tqal; |
|
(b) |
għarfien dwar is-sikurezza waqt it-tagħbija; |
|
(c) |
għarfien dwar il-fiżika tal-vetturi bħall-veloċità, il-frizzjoni, id-dinamiki u l-enerġija. |
(8) Sewqan b'mod effiċjenti fl-użu tal-fjuwil jew l-enerġija u favur l-ambjent.
2. Kundizzjonijiet ġenerali
(1) Eżaminatur tas-sewqan tal-kategorija B:
|
(a) |
għandu jkollu liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B għal mill-inqas tliet snin; |
|
(b) |
għandu jkollu mill-inqas 23 sena; |
|
(c) |
għandu jkun temm b'suċċess il-kwalifika inizjali prevista fil-punt 3 u sussegwentement segwa l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-arranġamenti ta' taħriġ perjodiku previsti fil-punt 4; |
|
(d) |
għandu jkun temm edukazzjoni vokazzjonali li twassal mill-inqas għat-tlestija tal-livell 3 kif stabbilit fil-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED) tal-UNESCO; |
|
(e) |
ma għandux simultanjament ikun attivi bħala eżaminatur tas-sewqan u bħala għalliem tas-sewqan kummerċjali. |
(2) Eżaminatur tas-sewqan għall-kategoriji l-oħrajn:
|
(a) |
għandu jkollu liċenzja tas-sewqan fil-kategorija konċernata, jew ikollu għarfien ekwivalenti permezz ta' kwalifika professjonali adegwata; |
|
(b) |
għandu jkun temm b'suċċess il-kwalifika inizjali prevista fil-punt 3 u sussegwentement segwa l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-arranġamenti ta' taħriġ perjodiku kif previsti fil-punt 4; |
|
(c) |
għandu jkun eżaminatur tas-sewqan kwalifikat tal-kategorija B għal mill-inqas tliet snin; dan ir-rekwiżit jista' jiġi rrinunzjat sakemm l-eżaminatur inkwistjoni jkun jista' jipprovdi evidenza ta':
|
|
(d) |
għandu jkun temm edukazzjoni vokazzjonali li twassal mill-inqas għat-tlestija tal-livell 3 kif stabbilit fl-ISCED; |
|
(e) |
ma għandux simultanjament ikun attiv bħala eżaminatur tas-sewqan u bħala għalliem tas-sewqan kummerċjali. |
(3) Standard professjonali
L-eżaminaturi, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom ta' valutazzjonijiet prattiċi, għandhom jibqgħu ħielsa minn influwenza esterna, kemm diretta kif ukoll indiretta. Huma għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-dmirijiet tagħhom u josservaw l-oġġettività u l-imparzjalità meta jwettqu l-kompiti tagħhom.
(4) Ekwivalenzi
|
(a) |
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw eżaminatur biex iwettaq testijiet tas-sewqan għall-kategoriji AM, A1, A2 u A meta jgħaddi mill-kwalifika inizjali meħtieġa skont l-punt 3 għal waħda minn dawk il-kategoriji. |
|
(b) |
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw eżaminatur biex iwettaq testijiet tas-sewqan għall-kategoriji C1, C, D1 u D meta jgħaddi mill-kwalifika inizjali meħtieġa skont il-punt 3 għal waħda minn dawk il-kategoriji. |
|
(c) |
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw eżaminatur biex iwettaq testijiet tas-sewqan għall-kategoriji BE, C1E, CE, D1E u DE meta jgħaddi mill-kwalifika inizjali meħtieġa skont il-punt 3 għal waħda minn dawk il-kategoriji. |
3. Kwalifika inizjali
(1) Taħriġ inizjali
|
(a) |
Qabel ma persuna tkun awtorizzata twettaq testijiet tas-sewqan, dik il-persuna għandha tlesti b'mod sodisfaċenti tali programm ta' taħriġ kif Stat Membru jista' jispeċifika sabiex ikollha l-kompetenzi stabbiliti fil-punt 1. |
|
(b) |
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk il-kontenut ta' kwalunkwe programm ta' taħriġ partikolari huwiex relatat ma' awtorizzazzjoni għat-twettiq ta' testijiet tas-sewqan għal kategorija waħda ta' liċenzja tas-sewqan, jew għal aktar minn waħda. |
(2) Eżamijiet
|
(a) |
Qabel ma persuna tkun awtorizzata twettaq testijiet tas-sewqan, dik il-persuna għandha turi standard sodisfaċenti ta' għarfien, fehim, ħiliet u kapaċità fir-rigward tas-suġġetti elenkati fil-punt 1. |
|
(b) |
L-Istati Membri għandhom joperaw proċess ta' eżami li jivvaluta, b'mod pedagoġikament xieraq, il-kompetenzi tal-persuna kif definiti taħt il-punt 1, b'mod partikolari l-punt 1.(4). Il-proċess ta' eżami għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u jinkludi kemm element ta’ teorija kif ukoll element ta’ prattika. Fejn xieraq, tista' tintuża valutazzjoni bbażata fuq il-kompjuter. Id-dettalji dwar in-natura u d-durata ta' kwalunkwe test u valutazzjoni fl-eżami għandhom ikunu fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri individwali. |
|
(c) |
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk il-kontenut ta' kwalunkwe eżami partikolari huwiex relatat ma' awtorizzazzjoni għat-twettiq ta' testijiet tas-sewqan għal kategorija waħda ta' liċenzja tas-sewqan, jew għal aktar minn waħda. |
4. Assigurazzjoni tal-kwalità u taħriġ perjodiku
(1) Assigurazzjoni tal-kwalità
|
(a) |
L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità biex jiżguraw iż-żamma tal-istandards tal-eżaminaturi tas-sewqan. |
|
(b) |
L-arranġamenti għall-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom jinvolvu s-superviżjoni tal-eżaminaturi fuq ix-xogħol, it-taħriġ ulterjuri u l-akkreditazzjoni mill-ġdid tagħhom, l-iżvilupp professjonali kontinwat tagħhom, u r-rieżami perjodiku tal-eżiti tat-testijiet tas-sewqan li jkunu wettqu. |
|
(c) |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull eżaminatur ikun soġġett għal superviżjoni annwali fejn irid isir użu mill-arranġamenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità elenkati fil-punt 4.(1), il-punt (b). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull eżaminatur jiġi osservat iwettaq it-testijiet darba kull ħames snin, għal perjodu minimu kumulattiv ta' mill-inqas nofs jum, fejn tkun tista' ssir l-osservazzjoni ta' bosta testijiet. Meta jiġu identifikati kwistjonijiet, għandha tiġi implimentata azzjoni korrettiva. L-osservatur għandu jkun awtorizzat għal dan l-għan mill-Istat Membru kkonċernat. |
|
(d) |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, fejn eżaminatur ikun awtorizzat li jwettaq testijiet tas-sewqan f'aktar minn kategorija waħda, jekk jissodisfa r-rekwiżit ta' osservazzjoni fir-rigward ta' testijiet għal kategorija waħda dan jimplika li jissodisfa r-rekwiżit għal aktar minn kategorija waħda. |
|
(e) |
Ix-xogħol tat-twettiq tal-eżamijiet tas-sewqan għandu jiġi mmonitorjat u ssorveljat minn korp awtorizzat mill-Istat Membru, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-valutazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri ta' dak il-korp li għandhom il-kompitu li jwettqu l-monitoraġġ u s-superviżjoni jkunu imparzjali u indipendenti minn interventi esterni jew pressjoni politika fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. |
(2) Taħriġ perjodiku
|
(a) |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, sabiex jibqgħu awtorizzati, l-eżaminaturi tas-sewqan, irrispettivament min-numru ta' kategoriji li għalihom huma akkreditati, jimpenjaw ruħhom li:
|
|
(b) |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li taħriġ speċifiku jingħata fil-pront lil dawk l-eżaminaturi li l-prestazzjoni tagħhom tkun instabet li hija serjament inadegwata mis-sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità fis-seħħ. |
|
(c) |
It-taħriġ perjodiku jista' jieħu l-forma ta' għoti ta' informazzjoni, taħriġ fil-klassi, apprendiment konvenzjonali jew elettroniku, u jista' jsir fuq bażi individwali jew fi grupp. Dan jista' jinkludi tali akkreditazzjoni mill-ġdid tal-istandards skont kif l-Istati Membri jqisu xieraq. |
|
(d) |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, fejn eżaminatur ikun awtorizzat li jwettaq testijiet tas-sewqan f'aktar minn kategorija waħda, jekk jissodisfa r-rekwiżit ta' taħriġ perjodiku fir-rigward ta' testijiet għal kategorija waħda, dan jimplika li jissodisfa r-rekwiżit għal aktar minn kategorija waħda, diment li l-kundizzjoni stabbilita fil-punt 4.(2), il-punt (e), tkun issodisfata. |
|
(e) |
Meta eżaminatur ma jkunx wettaq testijiet għal kategorija f'perjodu ta' 24 xahar, l-eżaminatur għandu jagħmel valutazzjoni mill-ġdid xierqa qabel ma jitħalla jwettaq testijiet tas-sewqan relatati ma' dik il-kategorija. Dik il-valutazzjoni mill-ġdid tista' ssir bħala parti mir-rekwiżit stabbilit fil-punt 4.(2), il-punt (a). |
5. Drittijiet miksuba
(1) L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil persuni awtorizzati jwettqu testijiet tas-sewqan immedjatament qabel id-19 ta' Jannar 2013 biex ikomplu jagħmlu testijiet tas-sewqan, minkejja li ma kinux awtorizzati f'konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali fil-punt 2 jew il-proċess tal-kwalifika inizjali stabbilit fil-punt 3.
(2) Dawn l-eżaminaturi għandhom, madankollu, ikunu soġġetti għal superviżjoni regolari u għal arranġamenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti fil-punt 4.
(1) Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/882/oj).
ANNESS V
REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TAĦRIĠ U L-ITTESTJAR TAS-SEWWIEQA GĦAL KOMBINAZZJONIJIET, INKLUŻ VETTURI LI JAĦDMU BI FJUWILS ALTERNATTIVI, GĦAL KARAVANS BIL-MUTUR, U GĦAL VETTURI TA' EMERĠENZA
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:
|
(a) |
japprovaw u jissorveljaw it-taħriġ previst fil-punt (d) tal-Artikolu 10(1); jew |
|
(b) |
jorganizzaw it-test tal-ħila u tal-imġiba previst fil-punt (d) tal-Artikolu 10(1). |
Titolu A
KOMBINAZZJONIJIET
1. Id-durata tat-taħriġ għas-sewwieqa għandha tkun mill-inqas seba’ sigħat;
2. Il-kontenut tat-taħriġ tas-sewwieqa
It-taħriġ tas-sewwieqa għandu jkopri l-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba kif deskritt fl-Anness II, il-punti 2 u 7. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għad-dinamika tal-moviment tal-vettura, għall-kriterji tas-sikurezza, għall-vettura tat-trattur u t-trejler (mekkaniżmu tal-akkoppjar), għat-tagħbija korretta u għall-fittings tas-sikurezza.
Għandu jkun inkluż komponent prattiku li għandu jinkludi l-eżerċizzji li ġejjin: aċċellerazzjoni, deċellerazzjoni, treġġigħ lura, ibbrejkjar, distanza tal-waqfien, bdil tal-korsija, bbrejkjar uazzjoni evażiva, moviment tal-karru, sganċjar u gganċjar ta' karru minn u mal-vettura tiegħu u pparkjar.
Kull parteċipant fit-taħriġ għandu jwettaq il-komponent prattiku u għandu juri l-ħiliet u l-imġiba tiegħu fit-toroq pubbliċi.
Il-kombinazzjonijiet ta' vetturi użati għat-taħriġ għandhom jaqgħu fil-kategorija ta’ kumbinazzjonijiet ta’ vetturi li l-applikant ikun talab liċenzja tas-sewqan fir-rigward tagħhom.
3. Id-durata u l-kontenut tat-test tal-ħila u tal-imġiba
It-tul tat-test u d-distanza vjaġġata għandhom ikunu biżżejjed biex jiġu vvalutati l-ħila u l-imġiba stipulati fil-punt 2.
Titolu B
KARAVANS BIL-MUTUR U VETTURI TAL-EMERĠENZA
1. Id-durata tat-taħriġ tas-sewwieq għandu jkun ta' mill-inqas seba’ sigħat u jista' jiġi organizzat fit-toroq pubbliċi jew f'ċirkwit magħluq.
2. Il-kontenut tat-taħriġ tas-sewwieqa
It-taħriġ tas-sewwieqa għandu jkopri l-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba deskritti fl-Anness II, it-Titolu A, il-punt 2, u, fir-rigward tal-kategorija C1, l-Anness II, it-Titolu B, il-punt 8. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għad-dinamika tal-moviment tal-vettura, għall-kriterji tas-sikurezza, għat-tagħbija korretta u għall-fittings tas-sikurezza.
Għandu jkun inkluż komponent prattiku li għandu jinkludi l-eżerċizzji li ġejjin: aċċellerazzjoni, deċellerazzjoni, treġġigħ lura, ibbrejkjar, distanza tal-waqfien, bdil tal-korsija, moviment tal-karru, sganċjar u gganċjar ta' karru minn u mal-vettura tiegħu, bbrejkjar/azzjoni evażiva u pparkjar. Fir-rigward tal-vetturi tal-emerġenza, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li s-sewwieq ikollu l-ħiliet meħtieġa biex jittratta kif xieraq id-diffikultajiet addizzjonali li jirriżultaw mis-sewqan f'sitwazzjoni ta' emerġenza.
Il-vetturi użati għat-taħriġ għandhom jaqgħu fil-kategorija ta' vetturi li fir-rigward tagħhom l-applikant ikun talab liċenzja tas-sewqan.
3. Id-durata u l-kontenut tat-test tal-ħila u tal-imġiba
It-tul tat-test u d-distanza vjaġġata għandhom ikunu biżżejjed biex jiġu vvalutati l-ħila u l-imġiba stipulati fil-punt 2.
ANNESS VI
REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TAĦRIĠ U L-ITTESTJAR GĦAL MUTURI FIL-KATEGORIJA A (AĊĊESS PROGRESSIV)
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:
|
(a) |
japprovaw u jissorveljaw it-taħriġ previst fl-Artikolu 10(1), il-punt (c); jew |
|
(b) |
jorganizzaw it-test tal-ħila u tal-imġiba previst fl-Artikolu 10(1), il-punt (c). |
2. Id-durata tat-taħriġ għas-sewwieqa għandu jkun mill-inqas seba’ sigħat.
3. Il-kontenut tat-taħriġ tas-sewwieqa
It-taħriġ ta' sewwieq għandu jkopri l-aspetti kollha koperti fl-Anness II, il-punt 6.
Kull parteċipant għandu jwettaq il-komponenti prattiċi tat-taħriġ u għandu juri l-ħiliet u l-imġiba tiegħu fit-toroq pubbliċi.
Il-muturi użati għat-taħriġ għandhom jaqgħu fil-kategorija ta' muturi li fir-rigward tagħhom l-applikant ikun talab liċenzja tas-sewqan.
4. Id-durata u l-kontenut tat-test tal-ħila u tal-imġiba
It-tul tat-test u d-distanza vjaġġata għandhom ikunu suffiċjenti sabiex jiġu valutati l-ħiliet u l-imġiba stipulati fil-punt 3.
ANNESS VII
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Direttiva 2006/126/KE |
Regolament (UE) Nru 383/2012 |
Din id-Direttiva |
|
— |
— |
Artikolu 1 |
|
— |
— |
Artikolu 2, il-punti (1), (2), (3), (13) and (14) |
|
Artikolu 1(1) |
— |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 1(2), (3) u (4) |
— |
Artikolu 4(5) u (6) |
|
— |
— |
Artikolu 3(1) to (5) |
|
Artikolu 2(1) |
— |
Artikolu 3(6) |
|
Artikolu 2(2) |
— |
Artikolu 4(3) |
|
Artikolu 3(1) u (2) |
— |
Artikolu 4(2) |
|
Artikolu 3(3) |
— |
Artikolu 4(4) |
|
— |
— |
Artikolu 4 (7) |
|
— |
— |
Artikolu 5(1) sa (5) u (7) |
|
Artikolu 4(1), l-ewwel sentenza |
— |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 4(1), it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 7(1) |
|
Artikolu 4(1), it-tielet sentenza |
— |
Artikolu 2, il-punt (4) |
|
Artikolu 4(2) |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 4(2), first indent |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (a), u Artikolu 2, il-punti (5), (6) u (7) |
|
Artikolu 4(2) it-tieni inċiż |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 4 (3) |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 4(3) l-ewwel inċiż |
— |
Artikolu 2, il-punt (8) |
|
Artikolu 4(3) it-tieni inċiż |
— |
Artikolu 2, il-punt (9) |
|
Artikolu 4(3), il-punt (a), l-ewwel u t-tieni inċiż |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (b)(i) |
|
Artikolu 4(3), il-punt (a), it-tielet inċiż |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 4(3), il-punt (b), l-ewwel inċiż |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (b)(ii) |
|
Artikolu 4(3), il-punt (b), it-tieni inċiż |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 4(3), il-punt (c)(i) |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (b)(iii), l-ewwel inċiż |
|
Artikolu 4(3), il-punt (c)(i), l-ewwel inċiż |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (c)(i) |
|
Artikolu 4(3), il-punt (c)(ii) |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (b)(iii), it-tieni inċiż |
|
Artikolu 4(3), il-punt (c)(ii), l-ewwel inċiż |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (c)(ii) |
|
Artikolu 4(4) |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c) |
|
Artikolu 4(4), l-ewwel inċiż |
— |
Artikolu 2, il-punti (10) u (11) |
|
Artikolu 4(4), it-tieni inċiż |
— |
Artikolu 1(2), il-punt (b) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (a) |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(i) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (a), l-ewwel inċiż |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(i), l-ewwel subparagrafu, u Artikolu 2, il-punt (12) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (a), it-tieni inċiż |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 4(4) il-punt (a), it-tielet inċiż |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(i), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
|
Artikolu 4(4), il-punt (b), ħlief l-aħħar sentenza |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(ii) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (b), l-aħħar sentenza |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (c), ħlief l-aħħar inċiż |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(iii) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (c), l-aħħar inċiż |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (d) |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(iv) |
|
Artikolu 4(4) il-punt (e), ħlief l-aħħar inċiż |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(v) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (e), l-aħħar inċiż |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (f) |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(vi) |
|
Artikolu 4(4) il-punt (g), ħlief l-aħħar inċiż |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(vii) |
|
Artikolu 4(4) il-punt (g), l-aħħar inċiż |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (d) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (h) |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(viii) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (i), ħlief l-aħħar inċiż |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(ix) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (i), l-aħħar inċiż |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (d) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (j) |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(x) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (k), ħlief l-aħħar inċiż |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (c)(xi) |
|
Artikolu 4(4), il-punt (k), l-aħħar inċiż |
— |
Artikolu 7(1), il-punt (f) |
|
Artikolu 4(5) |
— |
Artikolu 6(2) |
|
Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
— |
Artikolu 7(2), il-punt (a) |
|
Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) |
— |
Artikolu 7(2), il-punt (b) |
|
Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) |
— |
Artikolu 7(2), il-punt (c) |
|
Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) |
— |
Artikolu 7(2), il-punt (d) |
|
Artikolu 4(6), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 7(3) |
|
Artikolu 4(6), it-tielet u r-raba’ subparagrafu |
— |
Artikolu 7(4) |
|
Artikolu 4(7) l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 7(1), il-punti (e) u (g) |
|
Artikolu 4(7) it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 7(2), il-punti (e) u (f) |
|
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 6(1) |
— |
Artikolu 9(1) |
|
Artikolu 6(2), il-punt (a) |
— |
Artikolu 9(2), il-punt (a) |
|
Artikolu 6(2), il-punt (b) |
— |
Artikolu 9(2), il-punt (b) |
|
— |
— |
Artikolu 9(2), il-punt (c) |
|
— |
— |
Artikolu 9(2), il-punt (d) |
|
Artikolu 6(2), il-punt (c) |
— |
Artikolu 9(2), il-punt (e) |
|
— |
— |
Artikolu 9(2), il-punt (f) |
|
Artikolu 6(2), il-punt (d) |
— |
Artikolu 9(2), il-punt (g) |
|
Artikolu 6(2), il-punt (e) |
— |
Artikolu 9(2), il-punt (h) |
|
Artikolu 6(2), il-punt (f) |
— |
Artikolu 9(2), il-punt (i) |
|
Artikolu 6(3) |
— |
Artikolu 9(3) |
|
Artikolu 6(4), il-punti (a) u (b) |
— |
Artikolu 9(4), il-punti (a) u (b) |
|
— |
— |
Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c) u (d), u t-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi |
|
Artikolu 6(4), il-punt (c) |
— |
Artikolu 9(2), il-punt (j) |
|
— |
— |
Artikolu 9(2), il-punt (k) |
|
Artikolu 7(1) |
— |
Artikolu 10(1) |
|
Artikolu 7(2) |
— |
Artikolu 10(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi |
|
Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 10(3) |
|
Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu |
— |
— |
|
Artikolu 7(3), it-tielet subparagrafu |
— |
Artikolu 10(2), ir-raba’ subparagrafu |
|
Artikolu 7(3), ir-raba’ paragrafu |
— |
Artikolu 10(2), ir-raba’ subparagrafu |
|
Artikolu 7(3), il-ħames subparagrafu |
— |
Artikolu 10(2), il-ħames subparagrafu |
|
— |
— |
Artikolu 10(2is-sitt subparagrafu |
|
Artikolu 7(3), is-sitt subparagrafu |
— |
Artikolu 10(2), is-seba’ subparagrafu |
|
— |
— |
Artikolu 10(2), it-tmien subparagrafu |
|
Artikolu 7(4) |
— |
Artikolu 10(4) |
|
Artikolu 7(5) |
— |
Artikolu 10(5) |
|
— |
— |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 4(8), Artikolu 5(6), Artikolu 8(2), Artikolu 10(6), Artikolu 19(2) u Artikolu 25 |
|
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 11(1), (2) u (3) |
— |
Artikolu 13(1), (2) u (3) |
|
Artikolu 11(4) |
— |
Artikolu 16(1) u (2) |
|
Artikolu 11(5) |
— |
Artikolu 13(4) |
|
— |
— |
Artikolu 14 |
|
— |
— |
Artikolu 15(1), (3), (4) u (6) sa (10) |
|
Artikolu 11(6) |
— |
Artikolu 15(2) u (5) |
|
— |
— |
Artikolu 16(3) u (4) |
|
— |
— |
Artikolu 17 |
|
— |
— |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 20(1) |
|
— |
— |
Artikolu 20(2), (3) u (4) |
|
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 15(1) |
— |
Artikolu 22(1) |
|
Artikolu 15(2) u (3) |
— |
Artikolu 22(2) |
|
Artikolu 15(4) |
— |
Artikolu 22(3) |
|
— |
— |
Artikolu 22(4), (5) u (6) |
|
— |
— |
Artikolu 23 |
|
— |
— |
Artikolu 27 |
|
— |
— |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 17 |
— |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 8 |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 19 |
— |
Artikolu 32 |
|
Anness I |
— |
Anness I, il-Partijiet A1, A2, D u E |
|
— |
Artikolu 1 |
— |
|
— |
Artikolu 2(1) |
Anness I, Il-Parti B, il-punt (1) |
|
— |
Artikolu 2(2) |
— |
|
— |
Artikolu 2(3) |
— |
|
— |
Artikolu 3 |
Anness I, il-Parti B, il-punt (2) |
|
— |
Artikolu 4 |
Anness I, il-Parti B, il-punt (3) |
|
— |
Artikolu 5(1) |
Anness I, il-Parti B, il-punt (4) |
|
— |
Artikolu 5(2) |
Anness I, il-Parti B, il-punt (5) |
|
— |
Artikolu 5(3) |
Anness I, il-Parti B, il-punt (6) |
|
— |
Artikolu 5(4) |
Anness I, il-Parti B, il-punt (7) |
|
— |
Artikolu 5(5) |
Anness I, il-Parti B, il-punt (8) |
|
— |
Artikolu 6 |
— |
|
— |
Artikolu 7(1) |
Anness I, il-Parti B, il-punt (9) |
|
— |
Artikolu 7(2) |
Anness I, il-Parti B, il-punt (10) |
|
— |
Anness I |
Anness I, il-Parti B1 |
|
— |
Anness II |
Anness I, il-Parti B2 |
|
— |
Anness III |
Anness I, il-Parti B3 |
|
— |
Anness IV |
Anness I, il-Parti B4 |
|
Anness II |
— |
Anness II |
|
Anness III, ħlief il-punti 3, 4 u 5 |
— |
Anness III |
|
Anness III, il-punti 3, 4 u 5 |
— |
Artikolu 11 |
|
Anness IV |
— |
Anness IV |
|
Anness V |
— |
Anness V, Titolu AI |
|
— |
— |
Anness V, Titolu B |
|
Anness VI |
— |
Anness VI |
|
Anness VII |
— |
— |
|
Anness VIII |
— |
Anness VII |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/2205/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)