9.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/56


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2406

tat-8 ta’ Diċembru 2022

dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fil-Polonja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 220(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,

Billi:

(1)

Bejn id-29 ta’ Diċembru 2019 u t-13 ta’ Mejju 2020 u bejn l-24 ta’ Novembru 2020 u t-28 ta’ Lulju 2021, kienu kkonfermati 392 tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fil-Polonja. L-ispeċijiet affettwati kienu l-papri, il-wiżż, id-dundjani, il-farawni, it-tiġieġ tal-bajd u t-tiġieġ tat-tip Gallus domesticus.

(2)

Il-Polonja ħadet minnufih u b’mod effiċjenti l-miżuri kollha meħtieġa dwar is-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji meħtieġa f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (2) u, mill-21 ta’ April 2021, mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li ħassar u ssostitwixxa dik id-Direttiva.

(3)

B’mod partikolari, il-Polonja ħadet kontroll, miżuri ta’ monitoraġġ u prevenzjoni u stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza (“iż-żoni regolati”) skont id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/10 (4), (UE) 2020/47 (5), (UE) 2020/114 (6), (UE) 2020/134 (7), (UE) 2020/175 (8), (UE) 2020/210 (9), (UE) 2020/240 (10), (UE) 2020/281 (11), (UE) 2020/384 (12), (UE) 2020/504 (13), (UE) 2020/529 (14), (UE) 2020/549 (15), (UE) 2020/574 (16), (UE) 2020/604 (17), (UE) 2020/1809 (18), (UE) 2020/2010 (19), (UE) 2021/18 (20), (UE) 2021/68 (21), (UE) 2021/122 (22), (UE) 2021/151 (23), (UE) 2021/239 (24), (UE) 2021/335 (25), (UE) 2021/396 (26), (UE) 2021/450 (27), (UE) 2021/489 (28), (UE) 2021/562 (29), (UE) 2021/640 (30), (UE) 2021/641 (31), (UE) 2021/688 (32), (UE) 2021/766 (33), (UE) 2021/846 (34), (UE) 2021/906 (35), (UE) 2021/989 (36), (UE) 2021/1084 (37), (UE) 2021/1146 (38), u (UE) 2021/1186 (39).

(4)

Il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni li l-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u dawk veterinarji meħtieġa li kienu ġew applikati biex jitrażżan u jitwaqqaf għalkollox it-tixrid tal-marda kienu laqtu għadd kbir ħafna ta’ operaturi u li dawk l-operaturi ġarrbu telf ta’ introjtu li ma kienx eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40), li ġie sostitwit mill-1 ta’ Jannar 2021 bir-Regolament (UE) 2021/690 (41).

(5)

Fil-21 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet talba formali mingħand il-Polonja għall-finanzjament parzjali ta’ ċerti miżuri eċċezzjonali skont l-Artikolu 220(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għat-tifqigħat ikkonfermati bejn id-29 ta’ Diċembru 2019 u t-13 ta’ Mejju 2020, u bejn l-24 ta’ Novembru 2020 u t-28 ta’ Lulju 2021. Fil-11 ta’ Mejju 2022, l-24 ta’ Ġunju 2022, it-3 ta’ Awwissu 2022, il-5 ta’ Ottubru 2022 u d-9 ta’ Novembru 2022, l-awtoritajiet Pollakki ċċaraw it-talba tagħhom u bagħtu d-dokumenti marbutin magħha.

(6)

Minħabba l-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji msemmijin fil-premessa 3, ġew estiżi l-perjodi ta’ mistrieħ sanitarju, ġiet ipprojbita l-introduzzjoni tat-tjur u ġew ristretti l-movimenti tat-tipi kollha ta’ pollam fl-azjendi fiż-żoni regolati. Dan wassal għal telf fil-produzzjoni tal-bajd għat-tifqis, tal-bajd għall-konsum, tal-annimali ħajjin u tal-laħam tal-pollam f’dawn l-azjendi, iżda wkoll għat-telf minħabba l-bajd u l-laħam meqrudin u degradati.

(7)

Skont l-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-finanzjament parzjali mill-Unjoni jrid ikun ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba mill-Polonja għall-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffissa l-kwantitajiet massimi eliġibbli għall-finanzjament għal kull miżura eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq wara li tiskrutinizza t-talba li rċeviet mingħand il-Polonja b’rabta mat-tifqigħat ikkonfermati bejn id-29 ta’ Diċembru 2019 u t-13 ta’ Mejju 2020, u bejn l-24 ta’ Novembru 2020 u t-28 ta’ Lulju 2021.

(8)

Jenħtieġ li l-ammont tal-finanzjament parzjali b’rata fissa jkun ibbażat fuq studji tekniċi u ekonomiċi jew fuq dokumenti tal-kontabbiltà u li dan jiġi ffissat fil-livell ix-xieraq għal kull annimal u għal kull prodott skont il-kategorija tagħhom, biex jiġi evitat kull riskju ta’ kumpens żejjed.

(9)

Jenħtieġ li t-telf imġarrab ma jkunx ġie kkumpensat b’għajnuna mill-Istat jew b’assigurazzjoni u jenħtieġ li l-finanzjament parzjali mill-Unjoni skont dan ir-Regolament ikun limitat għall-annimali u għall-prodotti eliġibbli li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, li ġie sostitwit mill-1 ta’ Jannar 2021 bir-Regolament (UE) 2021/690, biex jiġi evitat kull riskju ta’ finanzjament doppju.

(10)

Jenħtieġ li l-livell u t-tul ta’ żmien tal-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq previsti f’dan ir-Regolament ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġi appoġġat is-suq. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq japplikaw biss għall-produzzjoni tal-bajd u tat-tjur fl-azjendi li jinsabu fiż-żoni regolati u għat-tul ta’ żmien li matulu kienu fis-seħħ il-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fil-leġiżlazzjoni Pollakka rilevanti għat-392 tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja kkonfermati fil-perjodu ta’ bejn id-29 ta’ Diċembru 2019 u t-13 ta’ Mejju 2020, u bejn l-24 ta’ Novembru 2020 u t-28 ta’ Lulju 2021.

(11)

Il-kumpens jista’ jiġi aġġustat b’ċerti limiti, dejjem jekk jitħares l-ammont massimu tan-nefqa ffinanzjata b’mod parzjali mill-Unjoni, biex tkun żgurata l-flessibbiltà f’każ li l-għadd ta’ bajd jew ta’ annimali eliġibbli għall-kumpens ikun ivarja mill-ammonti massimi stabbiliti f’dan ir-Regolament, li huma bbażati fuq stimi.

(12)

Jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni biss dawk il-pagamenti li l-Polonja tagħmel lill-benefiċjarji sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2023, għal raġunijiet ta’ ġestjoni baġitarja tajba ta’ dawn il-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (42), sostitwit mill-1 ta’ Jannar 2023 bl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (43), jenħtieġ li ma jkunx applikabbli.

(13)

Jenħtieġ li l-Polonja twettaq verifiki ex ante biex jiġu żgurati l-eliġibbiltà u l-korrettezza tal-pagamenti.

(14)

Jenħtieġ li l-Polonja tgħarraf lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-pagamenti biex l-Unjoni tkun tista’ twettaq il-kontroll finanzjarju tagħha.

(15)

Peress li r-restrizzjonijiet relatati mat-tifqigħat tal-influwenza avjarja daħlu fis-seħħ f’dati differenti fiż-żoni regolati msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, u peress li dan ir-Regolament ma jipprevedix skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, jixraq li, għall-finijiet tal-Artikolu 29(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014, sostitwit mill-1 ta’ Jannar 2023 bl-Artikolu 30(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament titqies bħala l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju fir-rigward tal-ammonti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali li jkun ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa li ġarrbet il-Polonja biex tappoġġa s-suq tal-bajd u tal-laħam tat-tjur li ntlaqat ħażin ħafna mit-392 tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 li l-Polonja sabet u bagħtet notifiki dwarhom bejn id-29 ta’ Diċembru 2019 u t-13 ta’ Mejju 2020, u bejn l-24 ta’ Novembru 2020 u t-28 ta’ Lulju 2021.

Artikolu 2

1.   In-nefqa li ġarrbet il-Polonja għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni biss:

(a)

għall-perjodu li matulu kienu applikati l-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji msemmijin fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni mniżżlin fl-Anness u marbutin mal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1; kif ukoll

(b)

għal dawk l-azjendi tal-pollam li jkunu ġew suġġetti għall-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u għall-miżuri veterinarji u li jinsabu fiż-żoni msemmijin fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni mniżżlin fl-Anness (“iż-żoni regolati”); kif ukoll

(c)

jekk il-Polonja tkun ħallsitha lill-benefiċjarji sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2023; kif ukoll

(d)

jekk, għall-perjodu msemmi fil-punt (a), l-annimal jew il-prodott ma jkunx ibbenefika minn xi kumpens permezz tal-għajnuna mill-Istat jew tal-assigurazzjoni u għalih ma tkun ingħatat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, li ġie sostitwit mill-1 ta’ Jannar 2021 bir-Regolament (UE) 2021/690.

2.   L-ebda nefqa li tħallas il-Polonja wara t-30 ta’ Settembru 2023 ma għandha tkun eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni, irrispettivament mis-sehem tan-nefqa li tirrappreżenta.

Artikolu 3

1.   L-ammont massimu tal-finanzjament parzjali mill-Unjoni għandu jkun ta’ EUR 17 043 057, kif ġej:

(a)

għat-telf fil-produzzjoni tal-bajd u l-pollam fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin:

(i)

għall-produtturi tal-bajd għat-tifqis:

—

EUR 0,745 għal kull bajda għat-tifqis tal-wiżż li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 19 11 li tkun inqerdet, sa ammont massimu ta’ 3 778 bajda;

—

EUR 0,138 għal kull bajda għat-tifqis tal-papri li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 19 19 li tkun inqerdet, sa ammont massimu ta’ 1 200 bajda;

—

EUR 0,075 għal kull bajda għat-tifqis tal-wiżż li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 19 11, li tkun tnaqqset fil-grad, sa ammont massimu ta’ 2 703 bajdiet;

—

EUR 0,080 għal kull bajda għat-tifqis tat-tiġieġ tal-bajd li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 11 00 li tkun tnaqqset fil-grad, sa ammont massimu ta’ 2 782 641 bajda;

(ii)

għall-produtturi tal-bajd għall-ikel:

—

EUR 0,026 għal kull bajda li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 11 00 li tkun inqerdet, sa ammont massimu ta’ 750 960 bajda;

—

EUR 0,015 għal kull bajda li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 11 00 li tkun tnaqqset fil-grad, sa ammont massimu ta’ 52 355 320 bajda;

(iii)

għall-produtturi tal-annimali li ma jipproduċux matul perjodi twal ta’ mistrieħ sanitarju:

—

EUR 0,009 kuljum għal kull tiġieġa tal-bajd li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, sa ammont massimu ta’5 669 560 annimal;

—

EUR 0,002 kuljum għal kull tiġieġa tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, sa ammont massimu ta’ 37 526 825 annimal;

—

EUR 0,021 kuljum għal kull wiżża li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 20, sa ammont massimu ta’ 462 698 annimal;

—

EUR 0,005 kuljum għal kull papra li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 10, sa ammont massimu ta’1 615 850 annimal;

—

EUR 0,008 kuljum għal kull dundjan li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30, sa ammont massimu ta’ 2 423 042 annimal;

—

EUR 0,002 kuljum għal kull farawna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 50, sa ammont massimu ta’ 12 822 annimal;

—

EUR 0,007 kuljum għal kull tiġieġa tal-bajd imrobbija li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, sa ammont massimu ta’1 981 450 annimal;

—

EUR 0,002 kuljum għal kull dundjan imrobbi li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30, sa ammont massimu ta’ 20 791 annimal;

—

EUR 0,002 kuljum għal kull papra imrobbija li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 10, sa ammont massimu ta’ 63 282 annimal;

—

EUR 0,001 kuljum għal kull farawna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 50, sa ammont massimu ta’ 10 000 annimal;

—

EUR 0,006 kuljum għal kull tiġieġa tal-bajd tat-tnissil li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, sa ammont massimu ta’ 1 812 885 annimal;

—

EUR 0,034 kuljum għal kull wiżża għat-tnissil li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 20, sa ammont massimu ta’ 25 616-il annimal;

—

EUR 0,001 kuljum għal kull papra għat-tnissil li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 10, sa ammont massimu ta’ 340 737 annimal;

—

EUR 0,010 kuljum għal kull dundjan għat-tnissil li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30, sa ammont massimu ta’ 23 171 annimal;

(b)

ir-rati fissi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produtturi tal-annimali għall-bejgħ tal-annimali bi prezz imnaqqas minħabba restrizzjonijiet fuq il-moviment fiż-żoni regolati:

(i)

EUR 0,072 għal kull kilogramm (piż ħaj) ta’ tiġieġa tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, li tkun tnaqqset fil-grad, sa ammont massimu ta’ 15 286 496 annimal;

(ii)

EUR 0,224 għal kull kilogramm (piż ħaj) ta’ papra li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 10, li tkun tnaqqset fil-grad sa ammont massimu ta’ 76 488 annimal;

(iii)

EUR 0,114 għal kull kilogramm (piż ħaj) ta’ dundjan li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30, li jkun tnaqqas fil-grad sa ammont massimu ta’ 4 340 804 annimali;

(c)

għat-telf marbut mal-perjodi mtawla tas-simna minħabba restrizzjonijiet fiż-żoni regolati, għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:

(i)

EUR 0,041 kuljum għal kull tiġieġa tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00, sa ammont massimu ta’ 1 142 044 annimal;

(ii)

EUR 0,064 kuljum għal kull wiżża li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 20, sa ammont massimu ta’ 14 598 annimal;

(iii)

EUR 0,007 kuljum għal kull papra li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 10, għal ammont massimu ta’ 59 334 annimal;

(iv)

EUR 0,101 kuljum għal kull dundjan li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30, għal ammont massimu ta’ 95 361 annimal.

2.   Meta l-għadd ta’ bajd jew annimali eliġibbli għall-kumpens ikun jaqbeż l-għadd massimu ta’ bajd jew ta’ annimali għal kull kategorija li huwa stabbilit fil-paragrafu 1, in-nefqa eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni tista’ tiġi aġġustata għal kull unità u tmur lil hinn mill-ammonti li jiġu mill-applikazzjoni tal-għadd massimu għal kull kategorija, dejjem jekk l-għadd totali tal-aġġustamenti ma jkunx jaqbeż l-10 % tal-ammont massimu tan-nefqa ffinanzjata b’mod parzjali mill-Unjoni li huwa msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Il-Polonja għandha tagħmel verifiki amministrattivi u fiżiċi f'konformità mal-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44).

B’mod partikolari, il-Polonja għandha tivverifika:

(a)

l-eliġibbiltà tal-applikant li jkun bagħat it-talba għall-appoġġ;

(b)

għal kull applikant eliġibbli: l-eliġibbiltà, il-kwantità u l-valur tat-telf reali ta’ produzzjoni;

(c)

li kull applikant eliġibbli ma jkunx irċieva finanzjament minn sorsi oħrajn bħala kumpens għat-telf imsemmi fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

Għall-applikanti eliġibbli li jkunu sarulhom il-verifiki amministrattivi, l-għajnuna tista’ tingħata mingħajr ma wieħed joqgħod jistenna li jsiru l-verifiki kollha, b’mod partikolari dawk fuq l-applikanti li jkunu ntgħażlu għall-verifiki fuq il-post.

F’każijiet fejn l-eliġibbiltà ta’ applikant ma tkunx ġiet ikkonfermata, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata u għandhom jiġu applikati sanzjonijiet skont l-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 5

Għall-finijiet tal-Artikolu 29(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014, [sostitwit mill-1 ta’ Jannar 2023 bl-Artikolu 30(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127], l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju fir-rigward tal-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għandu jkun id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Il-Polonja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-pagamenti.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza avjarja u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) ( ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/10 tas-7 ta’ Jannar 2020 dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Polonja (ĠU L 5, 9.1.2020, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/47 tal-20 ta’ Jannar 2020 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 16, 21.1.2020, p. 31).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/114 tal-24 ta’ Jannar 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 21, 27.1.2020, p. 20).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/134 tat-30 ta’ Jannar 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi b’rabta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 27, 31.1.2020, p. 27).

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/175 tas-6 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 35, 7.2.2020, p. 23).

(9)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/210 tal-14 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 43, 17.2.2020, p. 77).

(10)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/240 tas-20 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 48, 21.2.2020, p. 12).

(11)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/281 tas-27 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 59, 28.2.2020, p. 13).

(12)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/384 tas-6 ta’ Marzu 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 72, 9.3.2020, p. 5).

(13)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/504 tas-6 ta’ April 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 109, 7.4.2020, p. 17).

(14)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/529 tal-15 ta’ April 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 118, 16.4.2020, p. 29).

(15)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/549 tal-20 ta’ April 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membru (ĠU L 123, 21.4.2020, p. 1).

(16)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/574 tal-24 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 132, 27.4.2020, p. 23).

(17)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/604 tat-30 ta’ April 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47 dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri (ĠU L 139, 4.5.2020, p. 67).

(18)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1809 tat-30 ta’ Novembru 2020 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 402, 01.12.2020, p. 144).

(19)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2010 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 dwar miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L 414, 9.12.2020, p. 79).

(20)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/18 tat-8 ta’ Jannar 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 8, 11.1.2021, p. 1).

(21)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/68 tal-25 ta’ Jannar 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 56).

(22)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/122 tat-2 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 38, 3.2.2021, p. 1).

(23)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/151 tat-8 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 45, 9.2.2021, p. 7).

(24)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/239 tas-16 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 56I, 17.2.2021, p. 1).

(25)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/335 tat-23 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 66, 25.2.2021, p. 5).

(26)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/396 tat-3 ta’ Marzu 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 78, 5.3.2021, p. 1).

(27)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/450 tal-10 ta’ Marzu 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L 88, 15.3.2021, p. 1).

(28)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/489 tad-19 ta’ Marzu 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 dwar ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 23.3.2021, p. 2).

(29)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/562 tat-30 ta’ Marzu 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 119, 7.4.2021, p. 3).

(30)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/640 tat-13 ta’ April 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 134, 20.4.2021, p. 1).

(31)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 tas-16 ta’ April 2021 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 134, 20.4.2021, p. 166).

(32)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/688 tat-23 ta’ April 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 143, 27.4.2021, p. 44).

(33)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/766 tas-7 ta’ Mejju 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 165I, 11.5.2021, p. 1).

(34)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/846 tal-25 ta’ Mejju 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 187, 27.5.2021, p. 2).

(35)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/906 tat-3 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 199I, 7.6.2021, p. 1).

(36)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/989 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 218, 18.6.2021, p. 41).

(37)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1084 tat-30 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 235, 2.7.2021, p. 14).

(38)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1146 tat-12 ta’ Lulju 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 247I, 13.7.2021, p. 1).

(39)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1186 tas-16 ta’ Lulju 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 257, 19.7.2021, p. 5).

(40)  Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).

(41)  Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).

(42)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(43)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 95).

(44)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).


ANNESS

Lista tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li telenka ż-żoni u l-perjodi regolati kif imsemmi fl-Artikolu 2

Partijiet mill-Polonja u perjodi stabbiliti skont id-Direttiva 2005/94/KE, imħassra u sostitwiti mill-21 ta’ April 2021 bir-Regolament (UE) 2016/429, u definiti fi:

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/10;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/47;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/114;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/134;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/175;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/210;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/240;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/281;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/384;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/504;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/529;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/549;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/574;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/604;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2010;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/18;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/68;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/122;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/151;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/239;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/335;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/396;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/450;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/489;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/562;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/640;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/688;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/766;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/846;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/906;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/989;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1084;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1146;

—

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1186.