European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2870

22.4.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11505 – CVC / EMMA / MAILSTEP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/2870)

1.   

Fit-12 ta’ April 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu),

—

EMMA Alpha Holding Ltd.(“EMMA”, Ċipru), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati mis-sid maġġoritarju tagħha Jiří Šmejc;

—

Mail Step a.s. (“Mailstep”, ir-Repubblika Ċeka).

CTC u EMMA se jaġixxu skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament tal-Għaqdiet kontroll konġunt ta’ Milestep permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

CVC: maniger ta’ fondi ta’ investiment b’interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’diversi industriji globalment.

—

EMMA: impriża ta’ investiment privat primarjament attiv fl-Ewropa, li għandu kumpaniji tal-portafoll f’diversi setturi inkluż is-servizzi finanzjarji, il-gaming, l-enerġija u l-e-kummerċ.

—

Mailstep: fornitur ta’ servizzi ta’ loġistika/eżekuzzjoni tal-kuntratti lil ħwienet elettroniċi żgħar u ta’ daqs medju u fornituri ta’ ħwienet elettroniċi, li joffri l-ħżin, l-ipproċessar tal-ordnijiet, il-ġbir, l-ippakkjar, it-trasport u l-immaniġġjar tar-ritorni, primarjament fir-Reġjuni tal-Ewropa Ċentrali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11505 – CVC / EMMA / MAILSTEP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2870/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)