Official Journal L 095 , 10/04/1997 P. 0016 - 0018
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/15/EC tal-25 ta' Marzu 1997 li tadotta l-istandards Eurocontrol u li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 93/65 KEE dwar id-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi kompatibbli għall-prokura ta' tagħmir u sistemi għall-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (Test b' rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/65/KEE tad-19 ta' Lulju 1993 dwar id-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi kompatibbli għall-prokura ta' tagħmir u sistemi għall-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 5(2) tagħha Billi skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/65/KEE il-Kummissjoni għandha tidentifika u taddotta standards ta' l-Eurocontrol; Billi l-Anness I mad-Direttiva 93/65/KEE fih lista indikattiva ta' standards ta' l-Eurocontrol; billi dik il-lista għandha tkun sħiħa kemm jista' jkun; Billi l-Anness II mad-Direttiva 93/65/KEE jiddefinixxi l-entitajiet li jagħtu responsabbli għax-xiri ta' tagħmir għan-navigazzjoni fl-ajru; billi din il-lista teħtieġ li tinżamm aġġornata; Billi, minħabba li l-Eurocontrol adotta żewġ standards, huwa xieraq li dawn l-istandards isiru mandatarji; billi huwa wkoll xieraq li l-lista indikattiva fl-Anness I tiġi emendata bħala riżultat ta' l-introduzzjoni mill-Eurocontrol tal-programm Eatchip; Billi huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Anness II biex ikunu kkunsidrati l-bidliet notifikati mill-Istati Membri u biex ukoll jiġu inklużi l-entitajiet li jagħtu ta' Stati Membri ġodda; Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Direttiva jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond id-Direttiva 93/65/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-elementi mandatorji ta' l-ispeċifikazzjonijiet Eurocontrol inklużi fid-dokumenti li ġejjin ta' l-istandards Eurocontrol huma adottati sal-limitu li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' sistema integrata ta' l-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru Ewropew: - l-istandard Eurocontrol tal-bdil ta' tagħrif on-line (OLDI), l-ewwel edizzjoni, (referenza ta' dokument Eurocontrol 001-92), - l-istandard Eurocontrol għall-preżentazzjoni tal-bdil ta' tagħrif ta' servizzi tat-traffiku ta' l-ajru (ADEXP) (referenza ta' dokument Eurocontrol 002-93), L-Artikolu 2 L-Anness I mad-Direttiva 93/65/KEE huwa mibdul bl-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva. L-Artikolu 3 L-Anness II tad-Direttiva huwa mibdul b'dan li ġej: 1. L-entitajiet li jagħtu ta' l-Eurocontrol, il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit, huma modifikati kif ġej: EUROCONTROL Rue de la Fusée, 96 B-1130 Il-Belġju Régie des Voies Aériennes (RVA/RLW) Centru ta' Komunikazzjoni Nord (CCN) rue du Progrès 80 Bte 2 B-1030 Bruxelles Id-Danimarka Statens Luftfahrsvaesen (Amministrazzjoni ta' l-Avjazzjoni Civili) Postbox 744 DK-Copenhagen SV Billund Lufthavn PO Box 10 DK-7190 Billund Københavns Lufthavne A/S PO Box 74 Flyvervej 11 DK-2770 Kastrup Franza Ministre chargé de l'aviation civile Direction générale de l'aviation civile 48, rue Camille Desmoulins F-92452 Issy-les-Moulineaux Cedex u, fejn kompetenti: Aéroport de Paris 291, Boulevard Raspail F-75675 Paris Cedex 14 Il-Greċja Ministeru tat-Trasport u Telekomunikazzjonijiet Awtorità ta' l-Avjazzjoni ċivili Direttorat Ġenerali tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru li tiddelega b'mod partikolari lil: Electronics Division Vasileos Georgiou 1 PO Box 73751-16604 Elliniko GR-Ateni L-Irlanda The Irish Aviation Authority Aviation House Hawkins Street IRL-Dublin 2 Aer Rianta Cpt. Dublin Airport IRL-County Dublin L-Italja ENAV Ente Nazionale di Assistenza al Volo Via Salaria, 715 I-00138 Roma Il-Portugall ANA-E.P. (Empresa Pública de Aeroportos e Navegação Aérea). Rua D, Edifício 120 Aeroporto de Lisboa P-1700 Lisboa Ir-Renju Unit National Air Traffic Services Ltd CAA House 45-59 Kingsway UK-London WC2B 6TE 2. L-entitajiet li jagħtu li ġejjin huma miżjuda mal-lista: L-Awstrija Austro Control GmbH Schnirchgasse 11 A-1030 Wien Il-Finlandja Ilmailulaitos/Luftfartsverket (CAA Finland) PO Box 50 FIN-01531 Vantaa L-Iżvezja Swedish Civil Aviation Administration Luftfartsverket Vikboplan 11 S-601 79 Norrköping L-Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa għalihom biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Diċembru 1997 sa l-aktar tard. Għandhom javżaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jakkumpanjawhom b'dawk ir-referenzi fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom iniżżlu l-mod li bih dawk ir-referenzi għandhom isiru. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra b' dan. L-Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Marzu 1997. Għall-Kummissjoni Neil KINNOCK Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 187, tad-29.7.1993, p. 52. -------------------------------------------------- L-ANNESS ANNESS I DOMINJI GĦALL-ISTANDARDS EUROCONTROL LI GĦALIHOM JIRREFERI L-ARTIKOLU 3 Lista indikattiva Komunikazzjonijiet Navigazzjoni Sorveljanza Sistemi ta' pproċessar ta' tagħrif Proċeduri għall-immaniġġar ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru Regoli tax-xogħol ta' l-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru u ħtiġijiet ta' tħaddim Riżorsi umani --------------------------------------------------