6.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/23


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8859 — Viohalco/Koramic/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 120/10)

1.

Fit-28 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ElvalHalcor SA (il-Greċja), ikkontrollata minn Viohalco SA (il-Belġju),

—

NedZink BV (in-Netherlands), bħalissa kkontrollata minn Koramic Holding NV (il-Belġju).

ElvalHalcor SA u Koramic Holding NV jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ NedZink BV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Viohalco SA: il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti, fosthom ir-ram, l-aluminju u l-azzar għall-industrija tal-kostruzzjoni, b’mod partikolari elementi tar-ram għas-soqfa u sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita; elementi tal-aluminju għas-sistemi tal-bjut, faċċati u sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita tas-sistemi ta’ panils mimlija b’kisja tal-azzar; sandwich panels tal-azzar għas-sistemi tal-ilma tax-xita;

—   għal Koramic Holding NV: investiment f’kumpanniji industrijali u kummerċjali, investiment u żvilupp ta’ beni immobbli, attivitajiet ta’ ekwità privata u tat-teżor, b’mod partikolari l-produzzjoni ta’ prodotti rrumblati taż-żingu għal sistemi tas-soqfa u sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita; l-attivitajiet ta’ produzzjoni taż-żingu jsiru l-aktar permezz ta’ NedZink BV.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8859 — Viohalco/Koramic/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.