|
13.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 328/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 88/2007
tas-6 ta' Lulju 2007
li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq (verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2006/94/KE tħassar l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962 dwar ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk trid titħassar skond il-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2006/94/KE hija verżjoni kkodifikata ta' l-att imħassar u għalhekk l-adattament preżenti taż-ŻEE għal din ta' l-aħħar għandu jinżamm, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
It-test tal-punt 25 (L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“ 32006 L 0094: Id-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq (verżjoni kodifikata) (ĠU L 374, 27.12.2006, p. 5).”
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bit-tibdil li ġej:
“Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom japplikaw biss għat-trasport ta' operatur għal rasu.”
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2006/94/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 266, 11.10.2007, p. 14.
(2) ĠU L 374, 27.12.2006, p. 5.
(3) ĠU L 70, 6.8.1962, p. 2005/62.
(*1) Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.