Official Journal L 376 , 31/12/1985 P. 0001 - 0001
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 3 P. 0055
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0130
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 3 P. 0055
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0130
Id-Direttiva Tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1985. li temenda, minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall, id-Direttiva 85/384/KEE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta' evidenza oħra ta' kwalifiki formali fl-arkitettura, inklużi miżuri sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta' stabbiliment u tal-libertà ta' provvediment ta' servizzi (85/614/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall, b'mod partikolari l-Artikolu 396 tiegħu, Billi minħabba s-sħubija ta' Spanja u l-Portugall, huwa neċessarju illi jsiru ċerti emendi għad-Direttiva 85/384/KEE [1] sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ugwali tagħha fir-Renju ta' Spanja u fir-Repubblika tal-Portugall u fl-Istati Membri l-oħra; Billi skond l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall l-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jadottaw qabel is-sħubija l-miżuri msemmija fl-Artikolu 396 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, filwaqt li l-miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ, bla ħsara għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 "(j) fi Spanja - il-kwalifiki formali u uffiċjali ta' perit (título oficial de arquitecto) mogħtija mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u x-Xjenza jew mill-universitajiet, (k) fil-Portugall - id-Diploma "diploma do curso especial de arquitectura" mogħtija mill-Iskejjel tal-Belle Arti ta' Lisbona u ta' Porto, - id-Diploma ta' perit "diploma de arquitecto" mogħtija mill-Iskejjel tal-Belle Arti ta' Lisbona u ta' Porto, - id-Diploma "diploma do curso de arquitectura" mogħtija mill-Iskejjel Terzjarji tal-Belle Arti ta' Lisbona u ta' Porto, - id-Diploma "diploma de licenciatura em arquitectura" mogħtija mill-Iskola Terzjarja tal-Belle Arti ta' Lisbona, - id-Diploma "carta de curso de licenciatura em arquitectura" mogħtija mill-Università Teknika ta' Lisbona u l-Università ta' Porto." L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fit-terminu speċifikat fl-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 85/384/KEE. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1986. Għall-Kunsill Il-President R. Krieps [1] ĠU L 223, tal-21.8.1985, p. 15. --------------------------------------------------