European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1306

13.3.2025

P9_TA(2024)0198

Deroga temporanja: il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1232 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE għall-fini tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (COM(2023)0777 – C9-0437/2023 – 2023/0452(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2025/1306)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0777),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0437/2023),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1)

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta’ Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0021/2024),

—

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1232 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-fini tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (COM(2023)0797),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Opinjoni tas-17 ta' Jannar 2024 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


P9_TC1-COD(2023)0452

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-10 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1232 dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-fini tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1307.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1306/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)