|
11.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/1 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/16
tat-8 ta’ Jannar 2021
li jistabbilixxi l-miżuri u l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (il-bażi tad-data tal-prodotti tal-Unjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 jeżiġi li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“l-Aġenzija”) tistabbilixxi, u b’koperazzjoni mal-Istati Membri tmantni bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (“il-bażi tad-data tal-prodotti tal-Unjoni”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) 2019/6, jeħtieġ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-miżuri u l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-istabbiliment u l-manutenzjoni tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti. |
|
(3) |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti hi maħsuba biex isaħħaħ is-suq uniku billi tipprovdi informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali veterinarji disponibbli fl-Istati Membri u tippermetti lill-professjonisti tas-saħħa li jiksbu informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali veterinarji li jaf jitqiesu għall-elaborazzjoni ta’ alternattivi ta’ trattament potenzjali meta ma jkun awtorizzat l-ebda prodott mediċinali veterinarju adegwat fl-Istat Membru tagħhom. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti żżid it-trasparenza ġenerali billi tipprovdi lill-pubbliku ġenerali l-akbar aċċess possibbli għall-informazzjoni li tinkludi wara t-tneħħija tal-informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali u d-data personali mill-awtoritajiet kompetenti. |
|
(5) |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jenħtieġ tinkludi data armonizzata u konsistenti ta’ kwalità, tipprovdi kapaċitajiet li joffru interoperabbiltà ma’ sistemi tal-IT nazzjonali u tal-Unjoni oħrajn li jużaw id-data dwar il-prodotti mediċinali veterinarji u jippermettu integrazzjoni fl-attivitajiet tan-network regolatorju. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2019/6 jipprevedi wkoll l-istabbiliment ta’ bażijiet tad-data oħrajn. Biex tkun żgurata l-interoperabbiltà u biex il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tkun tista’ tinterfaċċa ma’ dawk il-bażijiet tad-data, l-istruttura tad-data jenħtieġ tkun armonizzata bejn is-sistemi differenti bl-użu tal-istess data ta’ referenza. |
|
(7) |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jenħtieġ tkun funzjonali u operattiva mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/6 (it-28 ta’ Jannar 2022) biex tippermetti l-proċessi regolatorji previsti fih. Jenħtieġ ukoll tkun kapaċi tadatta għal kull bidla li sseħħ fi ħdan in-network regolatorju, biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-mudelli operattivi regolatorji hekk kif dawn jiżviluppaw u biex tlaħħaq mal-progress tekniku u xjentifiku. Għaldaqstant hemm bżonn approċċ inkrimentali biex tiġi stabbilita u mantnuta. Sad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/6, l-Aġenzija jenħtieġ tiżgura li l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti funzjonali kollha li jirriżultaw minn dak ir-Regolament. Minn hemm ’il quddiem, l-Aġenzija jenħtieġ tkompli tiżviluppa funzjonalitajiet addizzjonali, inkluż dawk li jistgħu jkomplu jnaqqsu l-piż amministrattiv u jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni tal-proċessi fin-network regolatorju kollu. |
|
(8) |
Biex jittaffa l-piż amministrattiv tal-awtoritajiet kompetenti, l-input inizjali ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti lill-Aġenzija dwar il-prodotti mediċinali veterinarji kollha jenħtieġ ikun permess b’mod gradwali. |
|
(9) |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jenħtieġ tkun magħmula minn komponenti interrelatati li jippermettu ġestjoni komprensiva u uniformi tal-informazzjoni li se tinħażen. Jenħtieġ ukoll tkun tista’ tirċievi informazzjoni aġġornata minn katalgi eżistenti ta’ termini miżmuma mill-Aġenzija. Għalhekk, trid tinftiehem bħala sistema ta’ bażi tad-data, aktar milli soluzzjoni tal-IT awtonoma. |
|
(10) |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jenħtieġ tiġi żviluppata bil-għan li jkun evitat l-input doppju tad-data f’sistemi differenti tal-Unjoni. Dan jenħtieġ jiżgura li jkun hemm sors uniku għal kull tip ta’ informazzjoni pprovduta u li d-data tiddaħħal darba biss biex jitnaqqas il-piż amministrattiv eċċessiv u biex jitnaqqas ir-riskju ta’ inkonsistenza. Jenħtieġ li s-settijiet tad-data li hemm fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jkunu l-aktar riċenti u korretti. Għal dan il-għan, il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jenħtieġ tagħmel disponibbli l-aħħar settijiet tad-data biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jżommu s-sistemi nazzjonali rispettivi tagħhom allinjati u sinkronizzati mal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti. Jenħtieġ ikun possibbli wkoll li l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni u d-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jużaw is-sistemi tagħhom stess biex jaġġornaw il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti kif meħtieġ. |
|
(11) |
Sal-ogħla livell possibbli, id-data u d-dokumenti li hemm fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jenħtieġ ikunu b’format li jippermetti l-leġibbiltà tal-magni. Madankollu, mhux id-dokumenti kollha li jeżiġi r-Regolament (UE) 2019/6, speċjalment dawk li jridu jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti għall-input inizjali fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, jistgħu jkunu disponibbli b’dan il-format. Għalhekk, jenħtieġ ikun hemm fis-seħħ arranġamenti speċifiċi fir-rigward tad-dokumenti li jridu jipprovdu l-awtoritajiet kompetenti waqt l-input inizjali tad-data mill-Istati Membri dwar il-prodotti mediċinali veterinarji. |
|
(12) |
F’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/17 (2), ċerti varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni jirriżultaw f’bidliet fis-settijiet tad-data fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti filwaqt li oħrajn ma jirriżultawx. Iż-żewġ tipi jistgħu jeħtieġu wkoll dokumentazzjoni ta’ appoġġ. Dawn il-varjazzjonijiet kollha jenħtieġ jiġu rreġistrati mid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u rreġistrati fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għall-approvazzjoni jew għar-rifjut mill-awtoritajiet kompetenti kif previst fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2019/6. Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jenħtieġ tippermetti wkoll lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jirreġistraw bidliet sussegwenti qabel ma dawk irreġistrati preċedentement jiġu pproċessati mill-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, il-proċess regolatorju jippermetti applikazzjonijiet simultanji għal varjazzjonijiet u l-ipproċessar tagħhom li jeħtieġu valutazzjoni, kif ukoll ir-raggruppament u l-kondiviżjoni tax-xogħol tagħhom. Għalhekk, il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jenħtieġ tappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu varjazzjonijiet b’mod paralleli. |
|
(13) |
Jenħtieġ li atturi differenti jkollhom livelli differenti ta’ aċċess għall-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti kif previst fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2019/6. Għalhekk jenħtieġ titfassal u tiġi applikata politika dettaljata tal-aċċess mill-Aġenzija, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni u f’konsultazzjoni mad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, qabel ma l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti ssir operattiva. Jenħtieġ jippermetti lill-atturi jwettqu l-obbligi tagħhom kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/6, filwaqt li jipproteġi l-informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali u d-data personali, u għalhekk jenħtieġ jipprovdi livelli differenti ta’ aċċess għall-proċessi tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti. |
|
(14) |
Il-kontinwità trid tiġi salvagwardjata jekk il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, jew xi wieħed mill-komponenti tagħha, ma tibqax disponibbli. Għalhekk jenħtieġ jitfasslu u jiġu applikati mill-Aġenzija arranġamenti adegwati ta’ kontinġenza qabel ma l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti ssir operattiva. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali msemmi fl-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) 2019/6, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TAQSIMA 1
DISPOŻIZZJONI ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“utent” tfisser kwalunkwe persuna li tinteraġixxi mal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti permezz tal-funzjonijiet tagħha; |
|
(b) |
“superutent” tfisser utent wieħed deżinjat minn kull detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, awtorità kompetenti, l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u li jkun awtorizzat mill-Aġenzija biex iwettaq azzjonijiet fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti skont id-drittijiet tal-aċċess assenjati lill-profili tal-utenti tagħhom; |
|
(c) |
“utent kontrollat” tfisser kwalunkwe utent awtorizzat minn superutent biex iwettaq azzjonijiet fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti f’isem dak is-superutent f’konformità mad-drittijiet tal-aċċess assenjati lill-profil ta’ dak is-superutent; |
|
(d) |
“format miftuħ” tfisser format miftuħ kif definit fl-Artikolu 2(14) tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
|
(e) |
“format leġibbli mill-magni” tfisser format li jinqara mill-magni kif definit fl-Artikolu 2(13) tad-Direttiva (UE) 2019/1024; |
|
(f) |
“data strutturata” tfisser data b’format predefinit u standardizzat li tista’ tiġi parassizzata, organizzata u pproċessata mill-kompjuters; |
|
(g) |
“sistemi tal-Unjoni” tfisser sistemi tal-IT tal-Unjoni Ewropea fil-kontroll tal-Aġenzija, tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri; |
|
(h) |
“data ristretta” tfisser kwalunkwe data mhux klassifikata bħala pubblika, kif stabbilit fil-politika tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Żvilupp, manutenzjoni u aġġornament tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti
1. Sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Jannar 2022, l-Aġenzija għandha tiżviluppa bażi tad-data li tkun tissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u ddaħħalha fl-użu.
2. Wara t-28 ta’ Jannar 2022, l-Aġenzija għandha taġġorna l-funzjonalitajiet eżistenti tal-bażi tad-data u tiżviluppa kwalunkwe funzjonalitajiet oħra li jitqiesu xierqa u li jkun hemm qbil dwarhom mill-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni.
Sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Jannar 2022, l-Aġenzija għandha, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, mal-Kummissjoni u mad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, tiżviluppa pjan għal aktar żvilupp u aġġornament tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti. L-Aġenzija għandha taġġorna dan il-pjan kull sentejn fid-dawl tal-progress li jkun sar u l-ħtiġijiet identifikati min-network regolatorju msemmi fil-Kapitolu X tar-Regolament (UE) 2019/6 u r-rispons ipprovdut mill-utenti tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti.
3. Meta tistabbilixxi l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, l-Aġenzija għandha, kemm jista’ jkun, tuża soluzzjonijiet diġà eżistenti, jew li qed jiġu żviluppati fin-network regolatorju kollu jew li huma disponibbli kummerċjalment, diment li jkunu jissodisfaw l-objettivi tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti.
Artikolu 3
Sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali veterinarji mill-awtoritajiet kompetenti għall-input inizjali fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu, b’format elettroniku, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) 2019/6 bil-format għall-input inizjali fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti preskritta mill-Aġenzija.
Sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Jannar 2021, l-Aġenzija għandha tippreskrivi l-format tad-data u d-dokumenti (“sett tad-data”) li flimkien jiffurmaw l-informazzjoni li trid tingħata.
2. Qabel ma jissottomettu d-data tagħhom dwar il-prodotti mediċinali veterinarji lill-Aġenzija, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmappjawhom skont l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Annessi II u III ta’ dan ir-Regolament.
L-Aġenzija għandha tiżgura li t-termini kontrollati meħtieġa, inkluż it-termini tas-sustanza u d-data tal-organizzazzjoni, b’terminu uniku u identifikaturi tad-data u li l-valuri tagħhom jistgħu jintgħażlu biss minn sett predefinit ta’ valuri speċifikati jew miżmuma mill-Aġenzija, ikunu disponibbli għall-immappjar tad-data.
3. Meta sett tad-data għal prodott mediċinali veterinarju speċifiku ma jkunx komplut għal raġunijiet storiċi (minħabba data jew dokumenti li ma jkunux meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti jew mid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni qabel l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/6), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw b’mod ċar fis-settijiet tad-data kwalunkwe qasam li għalih ma jkun disponibbli l-ebda valur fil-ħin tal-input inizjali.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu d-dokumenti disponibbli b’format miftuħ u, għal kemm jista’ jkun dokumenti, b’format leġibbli mill-magni li jappoġġa l-arkivjar fit-tul.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu l-informazzjoni mill-inqas b’lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni.
6. Sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Lulju 2021, l-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli l-ambjent u l-appoġġ tal-IT meħtieġa li jridu jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti biex jittestjaw l-applowdjar massiv tal-informazzjoni għall-input inizjali fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti.
Artikolu 4
Skedi għas-sottomissjoni għall-input inizjali ta’ data dwar tipi varji ta’ prodotti mediċinali veterinarji
1. Minbarra r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) 2019/6:
|
(a) |
sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Jannar 2022, l-awtorità kompetenti għandhom jissottomettu lill-Aġenzija, b’format elettroniku, informazzjoni dwar:
|
|
(b) |
sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Jannar 2024, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu lill-Aġenzija, b’format elettroniku, informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali veterinarji kollha li kienu ġew eżentati fl-Istat Membru tagħhom mid-dispożizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni f’dak iż-żmien. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-format imsemmi fl-Artikolu 3(1) u l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-informazzjoni li trid tingħata kif stabbilit fl-Annessi II u III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Ordni ta’ preċedenza
F’każ ta’ diskrepanzi bejn is-settijiet tad-data diġà eżistenti fis-sistemi tal-Istati Membri u fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, din tal-aħħar għandha tipprevali fir-rigward tal-informazzjoni li tinsab fihom.
Dan ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jissinkronizzaw il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti mal-aktar informazzjoni aġġornata dwar il-prodotti mediċinali veterinarji li tirriżulta mill-proċess regolatorju kontinwu u li tinsab fis-sistemi nazzjonali tagħhom.
TAQSIMA 2
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-BAŻI TAD-DATA TAL-UNJONI DWAR IL-PRODOTTI
Artikolu 6
Interfaċċa tal-utent
1. Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tinkludi interfaċċi grafiċi tal-utent li jipprovdu aċċess lill-utenti skont id-drittijiet tal-aċċess tagħhom stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13.
2. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jsiru b’mod li jikkonforma mad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
3. L-interfaċċa grafika tal-utent tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tappoġġa disinn tal-web risponsiv.
4. L-interfaċċa grafika tal-utent tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, li hi maħsuba għall-pubbliku ġenerali, għandha tkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.
5. L-interfaċċa grafika tal-utent tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, li hi maħsuba għas-superutenti u għall-utenti kontrollati, għandha tkun disponibbli mill-inqas bl-Ingliż.
Artikolu 7
Komponenti
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tikkonsisti mill-inqas mill-komponenti li ġejjin:
|
(a) |
komponent tal-ġestjoni tal-aċċess li, bl-użu tal-proċessi tal-awtentikazzjoni u tal-awtorizzazzjoni, jimmaniġġa l-kontroll tal-aċċess għad-data jew il-funzjonalitajiet, u jiżgura li s-superutenti u l-utenti kontrollati jkollhom l-aċċess xieraq għar-riżorsi pprovduti mill-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti u l-permessi xierqa biex iwettqu azzjonijiet fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti; |
|
(b) |
komponent tas-sottomissjoni tad-data u tad-dokumenti, li jippermetti s-sottomissjoni fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, ta’ data u dokumenti relatati ma’ prodotti mediċinali veterinarji ġodda, varjazzjonijiet u bidliet oħra ta’ wara l-awtorizzazzjoni għas-settijiet tad-data diġà eżistenti fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għall-prodotti mediċinali veterinarji; |
|
(c) |
komponent tar-repożitorju tad-data u tad-dokumenti li jimmaniġġa d-data u d-dokumenti kollha li jidħlu fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti u li juża mill-inqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:
|
|
(d) |
portal tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti li, bl-użu tal-pubblikazzjoni tad-data, it-tiftix tad-data, l-wiri u l-esportazzjoni, kif ukoll l-analitika tad-data, jippreżenta informazzjoni lill-utenti u jagħmel ċerti karatteristiċi disponibbli għalihom skont id-drittijiet tal-aċċess tagħhom; |
|
(e) |
komponent għall-ġestjoni ta’ varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni li tippermetti li l-awtorità kompetenti rilevanti jew il-Kummissjoni, kif applikabbli, jiġu nnotifikati u japprovaw jew jirrifjutaw varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni qabel l-aġġornament fil-bażi tad-data tal-Unjoni tal-prodotti, jaġġornaw is-settijiet tad-data kif xieraq u jaħżnu u jaġġornaw id-dokumentazzjoni relatata; |
|
(f) |
modulu pubbliku ġenerali li jiġi aċċessat mill-portal tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti u li jippermetti lill-pubbliku ġenerali jara u jwettaq tfittxijiet fuq id-data u d-dokumenti kollha disponibbli għall-pubbliku dwar il-prodotti mediċinali veterinarji msemmija fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2019/6. |
Artikolu 8
Funzjonalitajiet tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandu jkollha mill-inqas il-funzjonalitajiet elenkati fl-Anness I.
Artikolu 9
Mekkaniżmu tal-iskambju ta’ data u dokumenti elettroniċi, għal skambju ma’ sistemi oħrajn
L-aġenzija għandha tiżgura li:
|
(a) |
il-mekkaniżmu tal-iskambju ta’ data u dokumenti elettroniċi jimxi, sal-punt li l-operabbiltà ottimali tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti ma jkollhiex impatt negattiv fuq sistemi oħra tal-Unjoni, ma’ standards internazzjonali rikonoxxuti attwali għall-identifikazzjoni tal-prodotti mediċinali u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali jew subsettijiet rilevanti tagħhom; |
|
(b) |
l-istruttura tad-data tkun konsistenti bejn il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti u sistemi oħra tal-Unjoni li jużaw l-istess data ta’ referenza; |
|
(c) |
il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tiffunzjona bħala r-repożitorju tad-data prinċipali tal-Unjoni fejn tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali veterinarji; |
|
(d) |
il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tipprovdi funzjonalità li tippermetti li sistemi oħra jinteroperaw magħha; |
|
(e) |
il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tikkonsma data ta’ referenza minn bażijiet tad-data jew għodod tal-IT eżistenti oħra biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-input tad-data fil-livell tal-Unjoni u tkun żgurata l-kwalità tad-data; |
|
(f) |
il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tkun tista’ tikkonsma data strutturata pprovduta waqt il-proċess regolatorju, kif rilevanti; |
|
(g) |
il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tipprovdi d-data meħtieġa lill-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-farmakoviġilanza; |
|
(h) |
il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti hi marbuta mal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-manifattura, l-importazzjoni u d-distribuzzjoni bl-ingrossa; |
|
(i) |
il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha Interfaċċa ta’ Programmazzjoni tal-Applikazzjonijiet (“API”) orjentata lejn is-servizz għall-iskambju ta’ data u dokumenti mas-sistemi użati mid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzaazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni. |
Artikolu 10
Format għas-sottomissjoni elettronika fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti
L-aġenzija għandha tiżgura li:
|
(a) |
il-format għas-sottomissjoni elettronika jikkonsisti minn dokumenti u data b’format strutturat dwar prodotti mediċinali veterinarji, kif applikabbli; |
|
(b) |
il-format tad-data:
|
|
(c) |
id-dokumenti huma pprovduti b’format miftuħ u b’format leġibbli mill-magni li jappoġġa arkivjar fit-tul. |
TAQSIMA 3
ARRANĠAMENTI PRATTIĊI GĦALL-FUNZJONAMENT TAL-BAŻI TAD-DATA TAL-UNJONI DWAR IL-PRODOTTI
Artikolu 11
Protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali
Id-data dwar il-volum annwali tal-bejgħ ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandha tkun viżibbli fil-bażi tad-data tal-Unjoni biss għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-Kummissjoni u l-Aġenzija, kif ukoll għad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni li dik id-data tirreferi għall-prodotti mediċinali veterinarji tagħhom.
Artikolu 12
Sigurtà tal-iskambju tal-informazzjoni
1. L-Aġenzija, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u mal-Kummissjoni u f’konsultazzjoni mad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, għandha tissottometti l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għal proċeduri tal-ittestjar tas-sigurtà qabel ma ssir operattiva.
2. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-komponenti tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, li huma aċċessibbli fuq l-Internet ikunu protetti biżżejjed mir-riskji taċ-ċiberkriminalità tul il-ħajja tal-bażi tad-data.
3. L-Aġenzija għandha tagħmilha obbligatorja għas-superutenti u għall-utenti kontrollati li jgħaddu minn proċeduri ta’ awtentikazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni kull darba li jużaw il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti.
4. L-Aġenzija għandha tiżgura l-ħżin u l-iskambju siguri tad-data kollha maħżuna fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti bl-użu ta’ protokolli tas-sigurtà u b’regoli tal-konnettività minn standards miftuħa nonproprjetarji stabbiliti minn korpi jew organizzazzjonijiet internazzjonali tal-istandards.
5. L-Aġenzija għandha tillimita l-aċċess għat-tipi ta’ informazzjoni li s-superutenti u l-utenti kontrollati biss huma permessi jaċċessaw u għall-funzjonijiet li huma biss jistgħu jeżerċitaw. Il-politika tal-aċċess prevista fl-Artikolu 13 għandha tikkonforma mal-klassifikazzjoni tas-sigurtà tad-data esposta u ssegwi r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-Aġenzija, filwaqt li tiżgura s-segregazzjoni tar-responsabbiltajiet u tirrestrinġi l-aċċess għad-data.
6. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tipprovdi rekord tal-awditjar u traċċabbiltà ta’:
|
(a) |
l-azzjonijiet regolatorji mwettqa hemmhekk mis-superutenti jew mill-utenti kontrollati; u |
|
(b) |
il-bidliet fis-settijiet tad-data li hemm fihom, li jagħmlu s-superutenti jew l-utenti kontrollati. |
Artikolu 13
Politika tal-aċċess għas-superutenti jew għall-utenti kontrollati
1. L-Aġenzija, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni u f’konsultazzjoni mad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, għandha tiżviluppa u żżomm politika tal-aċċess.
2. Il-politika tal-aċċess għandha tistabbilixxi l-livelli tal-aċċess permessi għas-superutenti b’mod li jiżgura l-funzjonament xieraq tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti filwaqt li jissalvagwardja wkoll l-informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali u d-data personali, u jiżgura li jiġu rispettati l-ispeċifikazzjonijiet tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
3. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tad-drittijiet tal-aċċess tas-superutenti għall-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti kif stabbilit fil-politika tal-aċċess.
4. Is-superutenti għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-utenti kontrollati fir-rigward tas-settijiet tad-data għall-prodotti mediċinali veterinarji fir-responsabbiltà tagħhom. Dan ma għandux jeżonora lis-superutenti mir-responsabbiltà legali tagħhom.
Artikolu 14
Aċċess lill-pubbliku ġenerali
1. Il-pubbliku ġenerali għandu jkun jista’ jara u jwettaq tfittxijiet avvanzati permezz ta’ kriterju wieħed jew aktar abbażi tal-oqsma tad-data li hemm fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar l-prodotti, fuq l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku li hemm fiha bil-possibbiltà li jiġu esportati r-riżultati tat-tiftix.
2. L-ebda reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni jew awtentikazzjoni ma għandha tkun meħtieġa biex il-pubbliku ġenerali jaċċessa l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. Dak l-aċċess għandu jkun ukoll mingħajr ħlas.
TAQSIMA 4
SPEĊIFIKAZZJONIJIET DETTALJATI TAL-INFORMAZZJONI U D-DATA LI JRIDU JIĠU INKLUŻI, AĠĠORNATI U KONDIVIŻI FIL-BAŻI TAD-DATA TAL-UNJONI DWAR IL-PRODOTTI
Artikolu 15
Speċifikazzjonijiet dettaljati tal-informazzjoni li trid tiġi inkluża, aġġornata u kondiviża
1. Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti bbażata fuq id-data u d-dokumenti sottomessi skont l-Artikoli 8, 58, 61, 62, 87 u 102 u l-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/6.
2. Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tidentifika kull prodott mediċinali veterinarju b’mod permanenti u uniku. Dik l-identifikazzjoni għandha tkun dettaljata għal-livell tad-daqs tal-pakkett.
Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom jirreferu għal din l-identifikazzjoni unika fi kwalunkwe sottomissjoni sussegwenti relatata ma’ dak il-prodott mediċinali veterinarju.
3. Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tidentifika l-prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati f’diversi Stati Membri bl-istess proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni.
4. Għandhom jinżammu r-referenzi xierqa biex tinħoloq rabta bejn id-data u d-dokumenti relatati miżmuma fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti.
5. L-Aġenzija għandha tiżgura li r-referenzi għall-prodotti mediċinali veterinarji u d-dokumenti jibqgħu stabbli tul il-ħajja tal-prodotti.
Artikolu 16
Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2019/6
L-Aġenzija għandha tiżgura li l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jkun fiha l-oqsma tad-data speċifikati fl-Anness II bid-deskrizzjonijiet tagħhom u bil-format tad-data fihom biex tiġi rreġistrata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2019/6.
Artikolu 17
Data li trid tiġi inkluża fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2019/6
L-Aġenzija għandha tiżgura li, minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2019/6 irreġistrata permezz tal-oqsma tad-data previsti fl-Artikolu 16, il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jkun fiha wkoll mill-inqas l-oqsma tad-data speċifikati fl-Anness III bid-deskrizzjonijiet tagħhom u l-format tad-data fiha.
Artikolu 18
Responsabbiltajiet għall-inklużjoni, l-aġġornament u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni
1. Mit-28 ta’ Jannar 2022, l-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni, kif applikabbli, għandhom, fi żmien 30 jum minn eżitu pożittiv tal-proċedura għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/6, tar-reġistrazzjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2019/6, tal-permess għall-użu skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2019/6 jew tal-approvazzjoni għal kummerċ paralleli skont l-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2019/6, joħolqu entrati ġodda jew proviżorji, kif rilevanti, fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, għall-prodotti fir-responsabbiltà tagħhom billi jipprovdulha d-data u d-dokumenti sottomessi lilhom bil-format elettroniku mill-applikanti.
L-awtorità kompetenti rilevanti jew il-Kummissjoni, kif applikabbli, għandhom jaġġornaw dawk l-entrati mar-rapport ta’ valutazzjoni, wara li titħassar kull informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali li hemm fih, hekk kif dan isir disponibbli.
2. L-Aġenzija, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, għandha tiżgura li jiġu definiti r-regoli tan-negozju u li tingħata gwida li tiffaċilita l-konsistenza tad-data bejn is-sistemi nazzjonali u l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti.
3. L-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li d-data mdaħħla fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tkun konformi mal-format u mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.
4. L-aġġornamenti fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti msemmija fl-Artikolu 67(4) tar-Regolament (UE) 2019/6 għandhom isiru fi żmien 30 jum mit-tlestija tal-proċedura prevista fl-Artikolu 67(1) tal-istess Regolament.
5. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom jirreġistraw kull bidla fid-disponibbiltà ta’ kull prodott mediċinali veterinarju f’kull Stat Membru rilevanti malli jsiru jafu biha.
6. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom jirreġistraw id-dati ta’ kull sospensjoni jew revoka tal-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni kkonċernati malli dawn il-bidliet isiru.
Meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jonqos milli jissodisfa dan l-obbligu fi żmien 30 jum, l-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni, kif applikabbli, għandhom jirreġistraw u jaġġornaw din l-informazzjoni.
F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, l-entrati tal-awtoritajiet kompetenti fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandhom jieħdu preċedenza.
7. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom ikunu responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa dwar il-prodotti mediċinali veterinarji kummerċjalizzati b’mod paralleli fir-responsabbiltà tagħhom.
8. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li d-data u d-dokumenti li jirreġistraw fis-settijiet tad-data eżistenti fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, għall-prodotti mediċinali veterinarji tagħhom ikunu korretti u aġġornati.
9. Meta d-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni mogħtija skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/6, ta’ reġistrazzjoni għal prodotti mediċinali veterinarji omeopatiċi mogħtija skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2019/6, ta’ prodotti mediċinali veterinarji msemmija fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2019/6 jew ta’ approvazzjoni għal prodotti mediċinali veterinarji kummerċjalizzati b’mod paralleli skont l-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2019/6 jidentifikaw kwistjonijiet ta’ kwalità tad-data jew tad-dokumenti fl-entrati maħluqa għall-prodotti mediċinali veterinarji tagħhom skont il-paragrafu (1), jew aġġornati skont il-paragrafu (4), dawn għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jew lill-Kummissjoni, kif applikabbli, li min-naħa tagħhom għandhom jikkoreġu d-data mingħajr dewmien malli l-verifika turi li t-talbiet huma ġustifikati.
10. L-Aġenzija għandha tiżgura li r-responsabbiltajiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jistgħu jitwettqu minn superutenti jew utenti kontrollati jew minn sistemi esterni għall-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti. L-aċċess ta’ dawk is-sistemi għall-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandu jiġi trattat daqslikieku kienu superutenti jew utenti kontrollati.
Artikolu 19
Funzjonalitajiet tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, li jippermettu bidliet ta’ wara l-awtorizzazzjoni fid-data dwar il-prodotti
1. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti tkun:
|
(a) |
tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni u lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni biex jagħmlu bidliet fis-settijiet tad-data mill-anqas fil-każijiet li ġejjin, u għandu jkun possibbli wkoll li dawn isiru b’mod paralleli:
|
|
(b) |
tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni jagħmlu kull bidla oħra biex jaġġornaw jew iżommu l-kwalità tas-settijiet tad-data li hemm fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti; |
|
(c) |
tippermetti li d-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jiġbru bidliet fis-settijiet tad-data dwar il-prodotti mediċinali veterinarji, bħal pereżempju li jintroduċu l-istess bidla għal diversi prodotti mediċinali veterinarji jew li jintroduċu diversi bidliet f’sett tad-data wieħed dwar prodott; |
|
(d) |
iżżomm reġistru tal-varjazzjonijiet irreġistrati li ma jeħtiġux valutazzjoni u l-eżiti rispettivi tagħhom marbuta mal-prodotti mediċinali veterinarji rilevanti, kif ukoll reġistru tas-superutenti jew tal-utenti kontrollati li rreġistraw dawk il-varjazzjonijiet, li approvawhom jew irrifjutawhom u meta twettqu dawk l-azzjonijiet; |
|
(e) |
tippermetti lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni biex jirreġistraw, fil-komponent tas-sottomissjoni tad-data u tad-dokumenti, l-informazzjoni proċedurali meħtieġa għal varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni kif deskritt mill-oqsma rilevanti inklużi fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll li jdaħħlu abbozz ta’ bidliet fid-data li hemm fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jew itellgħu verżjonijiet aġġornati tad-dokumenti maħżuna fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti meta jkunu qed jiġu rreġistrati l-varjazzjonijiet fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti; |
|
(f) |
tippermetti li jiġu kkonfermati l-bidliet abbozz fid-data, jew li jintwerew il-verżjonijiet tal-aktar dokumenti riċenti, u li l-verżjonijiet tad-dokumenti approvati qabel jiġu mmarkati u maħżuna bħala skaduti mal-approvazzjoni ta’ varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni li jirriżultaw f’bidliet fis-settijiet tad-data diġà eżistenti fil-bażi tad-data tal-Unjoni; |
|
(g) |
tippermetti r-reġistrazzjoni ta’ rifjuti għal varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni, li inkella kienu jirriżultaw f’bidliet fis-settijiet tad-data diġà eżistenti fil-bażi tad-data tal-Unjoni, billi tirreġistra l-bidliet abbozz fid-data jew fil-verżjonijiet aġġornati tad-dokument mtella’ bħala rifjutati; |
|
(h) |
tippermetti l-aġġornament tad-data jew tad-dokumenti rilevanti maħżuna fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, fil-każ ta’ approvazzjoni ta’ varjazzjonijiet li jeħtieġu valutazzjoni li jirriżultaw f’bidliet fis-settijiet tad-data diġà eżistenti fil-bażi tad-data tal-Unjoni u żżomm reġistru tas-superutenti jew tal-utenti kontrollati li rreġistraw dawk il-varjazzjonijiet u meta twettqu dawk l-azzjonijiet; |
|
(i) |
tibgħat in-notifiki awtomatiċi meħtieġa skont il-Funzjonalitajiet 4.1 u 4.2 previsti fl-Anness I. |
2. L-Aġenzija, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u mal-Kummissjoni u f’konsultazzjoni mad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, għandha tistabbilixxi l-prinċipji u l-approċċ għall-ġestjoni tal-proċess regolatorju f’każ ta’ varjazzjonijiet paralleli.
TAQSIMA 5
ARRANĠAMENTI TA’ KONTINĠENZA LI JRIDU JIĠU APPLIKATI F’KAŻ TA’ NUQQAS TA’ DISPONIBBILTÀ TA’ XI WAĦDA MILL-FUNZJONALITAJIET TAL-BAŻI TAD-DATA TAL-UNJONI DWAR IL-PRODOTTI
Artikolu 20
Arranġamenti ta’ kontinġenza f’każ ta’ falliment jew nuqqas ta’ disponibbiltà tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti
1. L-Aġenzija għandha tiżgura li f’każijiet fil-kontroll tagħha, il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti ma tkunx indisponibbli għal perjodi itwal minn 3 ijiem tax-xogħol.
2. F’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, l-Aġenzija għandha tiżgura li l-utenti kollha jintwerew messaġġ ċar dwar dan.
3. L-Aġenzija għandha tiżgura li d-data u d-dokumenti maħżuna fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jkunu jistgħu jiġu rkuprati.
4. L-Aġenzija, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u mal-Kummissjoni u f’konsultazzjoni mad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, għandha tiżviluppa arranġamenti ta’ kontinġenza dettaljati li jridu jiġu applikati f’każijiet ta’ falliment fit-tul jew nuqqas ta’ disponibbiltà tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti jew xi wieħed mill-komponenti jew funzjonalitajiet tagħha għal raġunijiet barra mill-kontroll tal-Aġenzija.
5. L-arranġamenti dettaljati ta’ kontinġenza għandhom jiddeskrivu l-proċeduri li jridu jiġu segwiti biex tkun żgurata l-kontinwità tal-proċessi regolatorji appoġġati mill-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti bl-użu ta’ mezzi elettroniċi alternattivi xierqa.
Artikolu 21
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/17 tat-8 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi lista ta’ varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara paġma 22 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(4) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
ANNESS I
Funzjonalitajiet tal-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti
|
ID tal-funzjonalità |
Funzjonalità |
Deskrizzjoni tal-funzjonalità |
||||||||||
|
1. |
Data dwar Prodott Ġdid |
|||||||||||
|
1.1 |
Oħloq entrata ġdida dwar prodott mediċinali veterinarju |
L-awtorità kompetenti rilevanti jew il-Kummissjoni, kif applikabbli, għandhom ikunu jistgħu joħolqu entrati ġodda għal prodotti mediċinali veterinarji wara eżitu pożittiv tal-proċedura għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/6, tar-reġistrazzjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2019/6, tal-permess għall-użu skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2019/6 jew tal-approvazzjoni għal kummerċ paralleli skont l-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2019/6. Dawn l-entrati għandu jkun fihom l-oqsma stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għandu jkun possibbli li l-informazzjoni tittella’ minn sett tad-data bil-format imsemmi fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament permezz tal-interfaċċa tal-utent prevista fl-Artikolu 6 jew permezz tal-API msemmi fl-Artikolu 9(i) ta’ dan ir-Regolament. |
||||||||||
|
1.2 |
Oħloq entrata proviżorja dwar prodott mediċinali veterinarju |
L-Istat Membru ta’ referenza għandu jkun jista’ joħloq, għall-Istati Membri kollha kkonċernati, entrati proviżorji b’kontroll tal-verżjoni, għall-prodotti mediċinali veterinarji fil-każ ta’ eżitu pożittiv tal-proċeduri għal awtorizzazzjoni deċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni, għal rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni jew għal rikonoxximent sussegwenti fil-proċeduri ta’ rikonoxximent reċiproku u ta’ awtorizzazzjoni deċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/6, rispettivament, sakemm tinħareġ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni f’ċerti Stati Membri. Dan għandu jappoġġa proċeduri ta’ varjazzjoni qabel il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni f’ċerti Stati Membri u jiżgura l-kwalità tad-data. Dawn l-entrati għandu jkun fihom l-oqsma stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għandu jkun possibbli li l-informazzjoni tittella’ minn sett tad-data bil-format imsemmi fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament permezz tal-interfaċċa tal-utent prevista fl-Artikolu 6 jew permezz tal-API msemmi fl-Artikolu 9(i) ta’ dan ir-Regolament. |
||||||||||
|
1.3 |
Issottometti d-data u d-dokumenti tal-prodott mediċinali veterinarju għad-dħul inizjali tad-data |
L-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni, kif applikabbli, għandhom ikunu jistgħu jissottomettu, b’format elettroniku, id-data u d-dokumenti għad-dħul inizjali fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dan għandu jkun possibbli fil-forma ta’ applowdjar massiv permezz ta’ interfaċċa tal-utent jew trasferiment ta’ fajl. |
||||||||||
|
1.4 |
Issottometti informazzjoni dwar prodotti mediċinali veterinarji kummerċjalizzati b’mod paralleli |
Fil-każ ta’ kummerċ paralleli kif indirizzat fl-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2019/6, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandha tkun tista’ tissottometti, b’format elettroniku, informazzjoni dwar prodotti mediċinali veterinarji kummerċjalizzati b’mod paralleli fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
||||||||||
|
1.5 |
Uża termini kontrollati, termini tas-sustanza u data tal-organizzazzjoni |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tuża termini kontrollati, inkluż termini tas-sustanza u data tal-organizzazzjoni. |
||||||||||
|
1.6 |
Uża data konsistenti dwar il-prodott fil-każ ta’ eżitu pożittiv tal-proċedura għal awtorizzazzjoni deċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni, għal rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni jew għal rikonoxximent sussegwenti fil-proċeduri ta’ rikonoxximent reċiproku u ta’ awtorizzazzjoni deċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tipprovdi l-mezz li jiżgura l-konsistenza tad-data li huma komuni għal entrati ta’ prodotti multipli fil-każ ta’ eżitu pożittiv tal-proċedura għal awtorizzazzjoni deċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni, għal rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni jew għal rikonoxximent sussegwenti fil-proċeduri ta’ rikonoxximent reċiproku u ta’ awtorizzazzjoni deċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/6, rispettivament. Din għandha tappoġġa s-sottomissjoni ta’ varjazzjonijiet. Din għandha teskludi d-data u d-dokumenti pprovduti għall-input inizjali. |
||||||||||
|
1.7 |
Validazzjoni tad-data |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tivvalida data ġdida dwar prodotti mediċinali veterinarji skont sett ta’ valuri u regoli maqbula mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni u l-Aġenzija. |
||||||||||
|
1.8 |
Ipprovdi settijiet tad-data għal aġġornamenti għall-bażijiet tad-data tal-awtoritajiet kompetenti |
Għandu jkun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti li jiksbu s-settijiet tad-data aġġornati mill-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti b’format li jippermettilhom japplikaw l-aġġornament għall-bażijiet tad-data tagħhom stess. |
||||||||||
|
1.9 |
Assenja identifikatur uniku tal-prodott |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tassenja identifikaturi uniċi għall-prodotti mediċinali veterinarji biex ikun jista’ jsir skambju awtomatizzat tad-data bejn il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti u bażijiet tad-data oħra tal-Unjoni jew tal-awtoritajiet kompetenti. |
||||||||||
|
1.10 |
Ipprovdi data lill-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-farmakoviġilanza |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tippermetti li l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-farmakoviġilanza tikseb id-data rilevanti dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (inkluż il-volumi tal-bejgħ). |
||||||||||
|
2. |
Bidliet ta’ wara l-awtorizzazzjoni fid-data dwar il-prodotti mediċinali veterinarji |
|||||||||||
|
2.1 |
Irreġistra varjazzjoni li ma teħtieġx valutazzjoni |
Meta varjazzjoni tiġi inkluża fil-lista stabbilita skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/17, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandu jkun jista’ jirreġistraha fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti. |
||||||||||
|
2.2 |
Ipprovdi data dwar il-prodott għall-ħolqien ta’ proċeduri ta’ varjazzjoni |
Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jagħżlu mill-prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati tagħhom u jesportaw id-data prinċipali rilevanti li trid tinbidel, jekk applikabbli. |
||||||||||
|
2.3 |
Approva jew irrifjuta varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni |
L-approvazzjonijiet jew ir-rifjuti ta’ varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni għandhom ikunu possibbli tal-inqas permezz tal-interfaċċa tal-utent prevista fl-Artikolu 6. |
||||||||||
|
2.4 |
Irrapporta dwar il-bidliet fis-sett tad-data |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jiksbu rapport dwar l-istorja tal-bidliet fis-settijiet tad-data diġà eżistenti fil-bażi tad-data tal-Unjoni. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jiksbu rapport dwar l-istorja tal-bidliet fis-settijiet tad-data diġà eżistenti fil-bażi tad-data tal-Unjoni, għall-prodotti mediċinali veterinarji tagħhom. |
||||||||||
|
2.5 |
Aġġorna l-bażi tad-data tal-Unjoni wara varjazzjonijiet li jeħtieġu valutazzjoni jew trasferimenti ta’ awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni |
L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom ikunu jistgħu jaġġornaw il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti wara varjazzjonijiet li jeħtieġu valutazzjoni meta dan jaffettwa s-settijiet tad-data diġà eżistenti f’dik il-bażi tad-data għal prodotti mediċinali veterinarji fir-responsabbiltà tagħhom. Dan għandu jinkludi t-trasferiment ta’ awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni. |
||||||||||
|
2.6 |
Iġbor volumi tal-bejgħ |
Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni mogħtija skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/6, ta’ reġistrazzjoni għal prodotti mediċinali veterinarji omeopatiċi mogħtija skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2019/6, ta’ prodotti mediċinali veterinarji msemmija fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2019/6 għandhom ikunu jistgħu jirreġistraw fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, il-volum annwali tal-bejgħ bil-livell xieraq għal kull wieħed mill-prodotti mediċinali veterinarji tagħhom. |
||||||||||
|
2.7 |
Ipprovdi volumi tal-bejgħ għall-analiżi |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tippermetti li tinkiseb informazzjoni dwar id-data dwar il-volum tal-bejgħ ta’ prodotti mediċinali veterinarji għall-analiżi. |
||||||||||
|
2.8 |
Irreġistra informazzjoni dwar id-disponibbiltà |
Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jirreġistraw u jaġġornaw l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ kull wieħed mill-prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati tagħhom bil-livell xieraq f’kull Stat Membru rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll ikunu jistgħu jirreġistraw u jaġġornaw din l-informazzjoni għall-prodotti mediċinali veterinarji fir-responsabbiltà tagħhom fl-Istati Membri rispettivi tagħhom. |
||||||||||
|
2.9 |
Irreġistra l-istatus tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jirreġistraw u jaġġornaw l-istatus tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji fir-responsabbiltà tagħhom. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jaġġornaw l-istatus tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji tagħhom f’każ ta’ sospensjoni jew revoka tal-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni kkonċernati. |
||||||||||
|
2.10 |
Ipproċessa bidliet ta’ wara l-awtorizzazzjoni b’mod paralleli |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tappoġġa l-ipproċessar ta’ bidliet ta’ wara l-awtorizzazzjoni b’mod paralleli. |
||||||||||
|
2.11 |
Oħloq konnessjonijiet bejn varjazzjonijiet f’awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni multipli |
Il-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti għandha tippermetti l-konnessjoni ta’ varjazzjoni unika ma’ għadd bla limitu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni differenti. |
||||||||||
|
2.12 |
Daħħal bidliet fid-data abbozz |
Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jdaħħlu bidliet abbozz fis-settijiet tad-data diġà eżistenti fil-bażi tad-data tal-Unjoni għall-prodotti mediċinali veterinarji tagħhom meta jirreġistraw varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni. |
||||||||||
|
3. |
Ġestjoni tal-Aċċess |
|||||||||||
|
3.1 |
Aċċess pubbliku |
Il-pubbliku ġenerali għandu jkun jista’ jfittex u jara d-data disponibbli għall-pubbliku. |
||||||||||
|
3.2 |
Aċċess lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni |
Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw (jaqraw) l-informazzjoni kollha dwar il-prodotti mediċinali veterinarji tagħhom wara awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni siguri. Għandhom ukoll ikunu jistgħu jaċċessaw (jiktbu) informazzjoni magħżula dwar il-prodott mediċinali veterinarju tagħhom biex jissodisfaw kwalunkwe obbligu ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni previst fir-Regolament (UE) 2019/6 wara awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni siguri. |
||||||||||
|
3.3 |
Aċċess għall-qari lill-awtoritajiet kompetenti |
Is-superutenti jew l-utenti kontrollati mill-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw (jaqraw) l-informazzjoni kollha li hemm fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti wara awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni siguri. |
||||||||||
|
3.4 |
Aċċess għall-kitba lill-awtoritajiet kompetenti |
Is-superutenti jew l-utenti kontrollati mill-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw (jiktbu) id-data għall-prodotti mediċinali veterinarji fir-responsabbiltà tagħhom wara awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni siguri. |
||||||||||
|
3.5 |
Ġestjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-utenti kontrollati |
Is-superutenti għandhom ikunu jistgħu jimmaniġġaw l-aċċess tal-utenti kontrollati biex jimmaniġġaw f’isimhom id-data dwar il-prodotti mediċinali veterinarji. |
||||||||||
|
4. |
Ipprovdi data lis-superutenti u lill-utenti kontrollati |
|||||||||||
|
4.1 |
Notifika tal-bidliet lill-awtoritajiet kompetenti |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu notifikati awtomatikament dwar:
|
||||||||||
|
4.2 |
Notifika ta’ bidliet lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni |
Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu notifikati awtomatikament dwar kull bidla li jagħmlu l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, l-Aġenzija jew il-Kummissjoni, kif applikabbli, fis-settijiet tad-data eżistenti fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti, għall-prodotti mediċinali veterinarji tagħhom. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom ukoll jiġu notifikati awtomatikament dwar ir-riżultati tal-varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni rreġistrata mill-awtorità kompetenti rilevanti jew mill-Kummissjoni, kif applikabbli, fir-rigward tal-prodotti mediċinali veterinarji tagħhom. |
||||||||||
|
4.3 |
Fittex data ristretta |
Is-superutenti u l-utenti kontrollati għandhom ikunu jistgħu jfittxu d-data ristretta fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti skont id-drittijiet tal-aċċess tagħhom u jesportaw ir-riżultati tat-tiftix. |
||||||||||
ANNESS II
Entrati tad-data li jirreġistraw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2019/6
|
ID tal-Entrata tad-Data |
Entrata tad-Data |
Deskrizzjoni |
Format |
|
1. |
Għall-prodotti medicinali veterinarji kollha |
||
|
1.1 |
Dominju tal-Prodott |
Dikjarazzjoni li l-entrata hi prodott mediċinali veterinarju biex issir distinzjoni bejn prodotti mediċinali veterinarji u prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. |
Termini kontrollati |
|
1.2 |
Tip ta’ Prodott |
Distinzjoni bejn prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati, prodotti mediċinali veterinarji omeopatiċi reġistrati, prodotti mediċinali veterinarji permessi li jintużaw fi Stat Membru skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2019/6 jew eżentati mid-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/82/KE skont l-Artikolu 4(2) tal-istess Direttiva, kif applikabbli, u prodotti mediċinali veterinarji kummerċjalizzati b’mod paralleli. |
Termini kontrollati |
|
1.3 |
Isem il-Prodott |
L-isem tal-prodott mediċinali veterinarju kif approvat fl-Unjoni jew fi Stat Membru. |
Test liberu |
|
1.4 |
Sustanza/i Attiva/i |
Isem is-sustanza/i attiva/i. |
Termini tas-sustanza kontrollati |
|
1.5 |
Qawwa/Kompożizzjoni |
Il-kontenut ta’ sustanzi attivi fi prodott mediċinali veterinarju, espress fi kwantità għal kull unità ta’ dożaġġ, kull unità ta’ volum jew kull unità ta’ piż skont il-forma farmaċewtika. |
Data strutturata |
|
L-attività bijoloġika, il-potenza jew it-titru fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi. |
Data strutturata jew, meta mhux possibbli għal raġunijiet ġustifikabbli, test liberu. |
||
|
1.6 |
Siti tal-manifattura |
Lista tas-siti tal-manifattura tal-prodott mediċinali veterinarju. |
Data tal-organizzazzjoni kontrollata |
|
1.7 |
Dokumenti |
Id-dokumenti li jridu jinhemżu mar-rekord tal-prodott mediċinali veterinarju, inkluż l-għażla tat-tip (sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, fuljett ta’ tagħrif, tikkettar u rapport ta’ valutazzjoni). |
Termini kontrollati għat-tipi ta’ dokumenti flimkien mad-dokumenti mtellgħa bil-format stabbilit f’dan ir-Regolament |
|
2. |
Għall-prodotti medicinali veterinarji awtorizzati biss |
||
|
2.1 |
Dati tat-Tqegħid fis-Suq |
Id-dati tat-tqegħid tal-prodott mediċinali veterinarju fis-suq ta’ kull Stat Membru. |
Data |
|
2.2 |
Volum Annwali tal-Bejgħ |
Il-volum annwali tal-bejgħ tal-prodotti mediċinali veterinarji. |
Data strutturata |
|
2.3 |
Data tal-Istatus tad-Disponibbiltà |
Id-data tal-istatus tal-kummerċjalizzazzjoni. |
Data |
|
2.4 |
Status tad-Disponibbiltà |
L-istatus tal-kummerċjalizzazzjoni: prodott disponibbli fis-suq għal kull Stat Membru. |
Termini kontrollati |
ANNESS III
Entrati tad-data li jridu jiġu inklużi fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2019/6
|
ID tal-Entrata tad-Data |
Entrata tad-Data |
Deskrizzjoni |
Format |
||||||||
|
3. |
Għall-prodotti medicinali veterinarji kollha |
||||||||||
|
3.1 |
Identifikatur Permanenti |
L-identifikatur uniku tal-prodott mediċinali veterinarju fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti. |
Data strutturata |
||||||||
|
3.2 |
Identifikatur tal-Prodott |
L-identifikatur uniku għall-istess prodotti mediċinali veterinarji fl-Istati Membri kollha biex ikun jista’ jsir raggruppament ta’ prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati skont il-proċeduri deċentralizzati, ta’ rikonoxximent reċiproku, jew ta’ rikonoxximent sussegwenti jew li jkunu ġew armonizzati s-sommarji tal-karatteristiċi tal-prodott tagħhom. |
Data strutturata |
||||||||
|
3.3 |
Sid il-Prodott |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għal prodott mediċinali veterinarju, tar-reġistrazzjoni għal prodott mediċinali veterinarju omeopatiku, ta’ prodott mediċinali veterinarju msemmi fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2019/6 jew eżentat mid-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/82/KE skont l-Artikolu 4(2) tal-istess Direttiva, kif applikabbli. |
Data tal-organizzazzjoni kontrollata |
||||||||
|
3.4 |
Status tal-Awtorizzazzjoni |
L-istatus tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
3.5 |
Data tal-Bidla fl-Istatus tal-Awtorizzazzjoni |
Id-data meta nbidel l-istatus tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
Data |
||||||||
|
3.6 |
Rotta tal-Amministrazzjoni |
Ir-rotot tal-amministrazzjoni. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
3.7 |
Forma Farmaċewtika |
Il-forma tad-doża farmaċewtika. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
3.8 |
Speċijiet fil-mira |
L-ispeċijiet fil-mira. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
3.9 |
Kodiċi ATCvet |
Il-Kodiċi Anatomiku Terapewtiku Kimiku Veterinarju. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
3.10 |
Perjodu tal-Irtirar |
Il-perjodu tal-irtirar għal kull speċi, għal kull rotta ta’ amministrazzjoni u għal kull prodott tal-ikel. Għall-prodotti mediċinali veterinarji biss li huma maħsuba biex jintużaw f’annimali li jipproduċu l-ikel. |
Data strutturata jew, meta mhux possibbli għal raġunijiet ġustifikabbli, test liberu. |
||||||||
|
3.11 |
Numru tal-PSMF (1) |
In-numru ta’ referenza tal-master file tas-sistema tal-farmakoviġilanza. Għandu jinħażen fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti u jiġi kkomunikat lill-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-farmakoviġilanza permezz tal-interkonnessjoni, kif previst fl-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2019/6. |
Test liberu |
||||||||
|
3.12 |
Lokazzjoni tal-PSMF |
Fejn jinsab il-master file tas-sistema tal-farmakoviġilanza. Għandu jinħażen fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti u jiġi kkomunikat lill-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-farmakoviġilanza permezz tal-interkonnessjoni, kif previst fl-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2019/6. |
Data tal-organizzazzjoni kontrollata |
||||||||
|
3.13 |
Isem il-QPPV (2) |
Isem il-kuntatt tal-persuna kwalifikata responsabbli mill-farmakoviġilanza. Għandu jinħażen fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti u jiġi kkomunikat lill-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-farmakoviġilanza permezz tal-interkonnessjoni, kif previst fl-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2019/6. |
Test liberu |
||||||||
|
3.14 |
Lokazzjoni tal-QPPV |
Fejn tinsab il-persuna kwalifikata responsabbli għall-farmakoviġilanza. Għandu jinħażen fil-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-prodotti u jiġi kkomunikat lill-bażi tad-data tal-Unjoni dwar il-farmakoviġilanza permezz tal-interkonnessjoni, kif previst fl-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2019/6. |
Data tal-organizzazzjoni kontrollata |
||||||||
|
3.15 |
Deskrizzjoni tal-Pakkett |
Id-daqsijiet tal-pakketti. |
Test liberu għal deskrizzjoni u data strutturata għad-daqsijiet tal-pakketti |
||||||||
|
3.16 |
Status Legali għall-Provvista |
Il-klassifikazzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji: soġġetti għal preskrizzjoni jew le. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
4. |
Informazzjoni proċedurali għal awtorizzazzjoni inizjali |
||||||||||
|
4.1 |
Tip ta’ Proċedura tal-Awtorizzazzjoni |
It-tip ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
4.2 |
Numru tal-Proċedura tal-Awtorizzazzjoni |
In-numru tal-proċedura inizjali għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
Data strutturata jew, meta mhux possibbli għal raġunijiet ġustifikabbli, test liberu. |
||||||||
|
4.3 |
Data tal-Awtorizzazzjoni għall-Kummerċjalizzazzjoni |
Id-data meta ngħatat l-ewwel awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
Data |
||||||||
|
4.4 |
Pajjiż tal-Awtorizzazzjoni |
Il-pajjiż fejn ingħatat l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, inkluż, kif applikabbli, l-Unjoni Ewropea. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
4.5 |
Stat Membru ta’ referenza |
Isem l-Istat Membru ta’ referenza. Fil-każ biss ta’ awtorizzazzjoni deċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni, rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni jew rikonoxximent sussegwenti fil-proċeduri ta’ rikonoxximent reċiproku u ta’ awtorizzazzjoni deċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
4.6 |
Stati Membri Kkonċernati |
L-ismijiet tal-Istati Membri kkonċernati. Fil-każ biss ta’ awtorizzazzjoni deċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni, rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni jew rikonoxximent sussegwenti fil-proċeduri ta’ rikonoxximent reċiproku u ta’ awtorizzazzjoni deċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
4.7 |
Bażi Ġuridika |
Il-bażi ġuridika għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, inkluż pereżempju prodotti mediċinali veterinarji ġeneriċi, ibridi jew kombinati, applikazzjonijiet ibbażati fuq kunsens infurmat jew fuq data bibljografika, kif ukoll awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni għal suq limitat u f’ċirkostanzi eċċezzjonali. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
4.8 |
Numru tal-Awtorizzazzjoni |
|
Test liberu |
||||||||
|
4.9 |
Identifikatur tal-Prodott ta’ Referenza |
L-identifikatur tal-prodott ta’ referenza awtorizzat, jekk l-entrata tal-Bażi Legali tirreferi għal prodotti mediċinali veterinarji ġeneriċi, ibridi jew kombinati, kif ukoll għal applikazzjonijiet ibbażati fuq kunsens infurmat. Fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji kummerċjalizzati b’mod paralleli, identifikatur tal-prodott mediċinali veterinarju li jikkondividi oriġini komuni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. |
Identifikatur |
||||||||
|
4.10 |
Identifikatur tal-Prodott Sors |
Fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji kummerċjalizzati b’mod paralleli, identifikatur tal-prodott mediċinali veterinarju li jikkondividi oriġini komuni fl-Istat Membru tas-sors. |
Identifikatur |
||||||||
|
5. |
Informazzjoni proċedurali għal bidliet wara l-awtorizzazzjoni (multipli, għal mill-inqas kull varjazzjoni li ma teħtieġx valutazzjoni) |
||||||||||
|
5.1 |
Identifikatur tas-Sottomissjoni |
L-identifikatur iġġenerat mis-sistema tas-sottomissjoni. |
Data strutturata |
||||||||
|
5.2 |
Numru tal-Proċedura tal-Awtorizzazzjoni |
In-numru tal-proċedura għal awtorizzazzjoni nazzjonali, deċentralizzata, ċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni, għal rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni jew għal rikonoxximent sussegwenti fil-proċeduri ta’ rikonoxximent reċiproku u ta’ awtorizzazzjoni deċentralizzata għall-kummerċjalizzazzjoni. |
Data strutturata, jew test liberu meta dan ma jkunx possibbli |
||||||||
|
5.3 |
Awtorità Responsabbli |
L-Istat Membru u l-awtorità kompetenti |
Termini kontrollati |
||||||||
|
5.4 |
Kodiċi tal-Klassifikazzjoni tal-Varjazzjoni |
Il-kodiċi tal-klassifikazzjoni tal-varjazzjoni. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
5.5 |
Kumment dwar is-Sottomissjoni |
Kumment minn Sid il-Prodott bħala parti mis-sottomissjoni. |
Test liberu |
||||||||
|
5.6 |
Data tal-Implimentazzjoni |
Id-data meta ġiet implimentata l-varjazzjoni li ma teħtieġx valutazzjoni. |
Data |
||||||||
|
5.7 |
Data tas-Sottomissjoni |
Data tas-sottomissjoni ġġenerata mis-sistema tas-sottomissjoni. |
Data |
||||||||
|
5.8 |
Deċiżjoni |
Approvazzjoni jew rifjut. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
5.9 |
Data tad-Deċiżjoni |
Id-data meta saret id-dikjarazzjoni. |
Data |
||||||||
|
5.10 |
Awtur tad-Deċiżjoni |
L-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni li tieħu d-deċiżjoni. |
Termini kontrollati |
||||||||
|
6. |
Għall-prodotti mediċinali veterinarji kummerċjalizzati b’mod paralleli biss |
||||||||||
|
6.1 |
Distributur bl-Ingrossa tas-Sors |
Id-distributur bl-ingrossa li qed jipprovdi l-prodott mediċinali veterinarju kummerċjalizzat b’mod paralleli fl-Istat Membru tas-sors. |
Data tal-organizzazzjoni kontrollata |
||||||||
|
6.2 |
Distributur bl-Ingrossa tad-Destinazzjoni |
Id-distributur bl-ingrossa li qed jikkummerċjalizza b’mod paralleli l-prodott mediċinali veterinarju fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. |
Data tal-organizzazzjoni kontrollata |
||||||||
(1) PSMF = Master File tas-Sistema tal-Farmakoviġilanza.
(2) QPPV = Persuna Kwalifikata Responsabbli għall-Farmakoviġilanza.