1.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1238

tas-17 ta’ Ġunju 2020

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/40 fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-iskema tal-iskejjel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolaent (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(2)(b) u l-Artikolu 223(2)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 (2) l-Istati Membri mistenni minnhom jevalwaw l-implimentazzjoni tal-iskema tal-iskejjel tagħhom ħali jivvalutaw kemm hija effettiva fil-kuntest tal-objettivi tal-iskema tal-iskejjel li żżid il-konsum mit-tfal ta’ għażla ta’ prodotti agrikoli u li tedukahom dwar abitudnijiet ta’ ikel tajjeb għas-saħħa. Sabiex trawwem użu tal-għajnuna mill-Unjoni trasparenti u responsabbli, in-natura u t-tip ta’ informazzjoni li l-Istati Membri mistenni minnhom li jinnotifikaw lill-Kummissjoni fir-rapporti ta’ evalwazzjoni tagħhom jeħtieġ ikunu speċifikati.

(2)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/40 jeħtieġ għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/40 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jevalwa l-implimentazzjoni tal-iskema tal-iskejjel sabiex jivvalutaw kemm hija effettiva fil-kuntest tal-objettivi tagħha li żżid il-konsum mit-tfal tal-frott, il-ħxejjex, il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib u li tedukahom dwar abitudnijiet ta’ ikel tajjeb għas-saħħa. Ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni permezz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni. Stat Membru li jimplimenta l-iskema tal-iskejjel fil-livell reġjonali jista’ jagħżel li jissottometti għadd korrespondenti ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni.”;

(2)

fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 5, il-frażi introduttorja hija sostitwita minn dan li ġej:

“Meta Stat Membru ma jissottemettix ir-rapport ta’ evalwazzjoni jew ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tiegħu li fih(om) ir-riżultati tal-evalwazzjoni stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu lill-Kummissjoni sal-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 8(2) tar-Regolamenmt ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39, l-ammont tal-allokazzjoni definittiva li jkun imiss għandu jitnaqqas kif ġej:”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 tat-3 ta’ Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 11).