19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 7/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/67/KE tal-22 ta’ Novembru 2007 temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għan li tadatta l-Anness III tagħha għall-progress tekniku (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (Id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II mal-Ftehim:

“—

32007 L 0067: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/67/KE tat-22 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 22).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/67/KE fl-ilsien Iżlandiz u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 223, 21.8.2008, p. 45.

(2)   ĠU L 305, 23.11.2007, p. 22.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.