16.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1169

tat-13 ta’ Lulju 2021

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Mejju 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (BĊE/2021/22) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fl-2017, Národná banka Slovenska għażel lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020, b’għażla li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023.

(3)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ Národná banka Slovenska, Deloitte Audit s.r.o., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 (2).

(4)

Národná banka Slovenska biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. sas-sena finanzjarja 2021. Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn Národná banka Slovenska u Deloitte Audit s.r.o..

(5)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte Audit s.r.o. jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-sena finanzjarja 2021.

(6)

B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (3) tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“16.   Deloitte Audit s.r.o. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-sena finanzjarja 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ŠIRCELJ


(1)   ĠU C 187, 17.5.2021, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 tal-10 ta’ Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (ĠU L 264, 13.10.2017, p. 5).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01, Volum 003, pp. 65-66).