|
26.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 194/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Lulju 2007
li tawtorizza lill-Bulgarija u r-Rumanija jidderogaw mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ materjal riproduttiv tal-foresta fir-rigward ta’ ħażniet akkumulati mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2006
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3541)
(2007/527/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 42 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri tranżizzjonali jekk dawn il-miżuri tranżizzjonali huma meħtieġa biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mir-reġim eżistenti fl-Istati Membri l-ġodda għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli veterinarji u fitosanitarji tal-Komunità. Dawk ir-regoli jinkludu r-regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta’ materjal riproduttiv tal-foresta. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar it-tqegħid fis-suq tal-materjal riproduttiv tal-foresta (1) tipprovdi li l-materjal riproduttiv tal-foresta jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 6(1) u (3) ta’ din id-Direttiva jintlaħqu. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tipprovdi għat-tqegħid fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet tal-materjal riproduttiv tal-foresta akkumulat qabel l-1 ta’ Jannar 2003. |
|
(4) |
Il-Bulgarija u r-Rumanija għarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-eżistenza ta’ ħażniet ta’ materjal riproduttiv tal-foresta prodott fit-territorji tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2006. It-tqegħid fis-suq ta’ materjal bħal dan ma jkunx permess sakemm ma tingħatax deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/105/KE. |
|
(5) |
Sabiex dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jqiegħdu fis-suq ħażniet ta’ materjal riproduttiv prodott mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2006, għandhom jitħallew jqiegħdu fis-suq fit-territorji tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2009 materjal riproduttiv li ġie prodott matul il-perjodu li jidher hawn fuq skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom kif applikabbli meta ġie prodott. |
|
(6) |
It-tikketti jew id-dokumenti li jkunu flimkien ma’ dan il-materjal għandhom jindikaw li dan il-materjal jista’ jitqiegħed fis-suq f’dak l-Istat Membru biss fejn ġie prodott. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 1999/105/KE, il-Bulgarija u r-Rumanija huma awtorizzati jqiegħdu fis-suq sal-31 ta’ Diċembru 2009 materjal riproduttiv tal-foresta prodott fit-territorji tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2006 li ma ġiex prodott skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sakemm huwa konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom kif applikabbli meta ġie prodott.
Dan il-materjal riproduttiv tal-foresta għandu biss jitqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni.
It-tikketta jew id-dokument, uffiċjali jew mod ieħor, imwaħħlin jew li jkunu flimkien ma’ dan il-materjal riproduttiv tal-foresta għandhom jindikaw b’mod ċar li huwa intiż għat-tqegħid fis-suq b’mod esklużiv fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni