<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑496/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0496</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:152">EU:C:2017:152</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>aelcjeSENTENZA TAT-<DATE ISO="20170302">2.3.2017</DATE> – KAWŻA C‑496/15</P><P>ESCHENBRENNER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 45 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 492/2011</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiem fruntalier suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat Membru ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens mħallas mill-Istat Membru ta’ impjieg fil-każ tal-insolvenza tal-persuna li timpjega</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet ta’ kalkolu tal-kumpens għal insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni fittizju tat-taxxa fuq id-dħul tal-Istat Membru ta’ impjieg</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens għal insolvenza inqas mir-remunerazzjoni netta preċedenti</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑496/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz (qorti superjuri li tiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali tar-Rheinland-Pfalz, Mainz, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150723">23 ta’ Lulju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150922">22 ta’ Settembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Alphonse Eschenbrenner</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesagentur für Arbeit,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Prechal, A. Rosas (Relatur), C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Bundesagentur für Arbeit, minn B. Klug, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u A. Lippstreu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Kellerbauer, M. Wasmeier u D. Martin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20160907">7 ta’ Settembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Alphonse Eschenbrenner, ċittadin Franċiż li jirrisjedi fi Franza u li jaħdem fil-Ġermanja, u l-Bundesagentur für Arbeit (aġenzija federali għall-impjieg, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar it-teħid inkunsiderazzjoni fittizju tat-taxxa fuq id-dħul Ġermaniż fl-istabbiliment tal-ammont tal-kumpens għal insolvenza mogħti lil dan il-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tal-konvenzjoni tal-<DATE ISO="19590721">21 ta’ Lulju 1959</DATE>, konkluża bejn ir-Repubblika Franċiża u r‑Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja u t-twaqqif ta’ regoli ta’ assistenza amministrattiva u legali reċiproka fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul u fuq il-patrimonju, kif ukoll fil-qasam tat-taxxi fuq in-negozju u tat-taxxi fuq il-proprjetà, kif emendata (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>konvenzjoni fiskali Franco-Ġermaniża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(1)</NO.P><TXT>Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi li ġejjin, id‑dħul minn xogħol bħala persuna impjegata huwa taxxabbli biss fl-Istat kontraenti fejn tiġi eżerċitata l-attività personali li minnha jirriżulta dan id-dħul. Ir-remunerazzjonijiet fissi, il-pagi, is-salarji, il-bonuses jew remunerazzjonijiet oħra, inklużi l-benefiċċji analogi kollha mħallsa jew mogħtija minn persuni għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 14 għandhom jitqiesu b’mod partikolari li huma dħul li joriġina minn xogħol bħala persuna impjegata.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT>B’deroga [għall-paragrafu (1)], id-dħul minn xogħol bħala persuna impjegata ta’ persuni li jaħdmu fiż-żona tal-fruntiera ta’ Stat kontraenti u li għandhom l-abitazzjoni permanenti tagħhom fiż-żona tal-fruntiera tal-Istat kontraenti l-ieħor fejn normalment jirritornaw kuljum, huma taxxabbli biss f’dak l-Istat Membru l-ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ din il-konvenzjoni jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-pagi, is-salarji u r-remunerazzjonijiet analogi, kif ukoll il-pensjonijiet tal-irtirar mħallsa minn wieħed mill-Istati kontraenti, minn Land jew minn persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku ta’ dak l-Istat jew Land lil persuni fiżiċi residenti tal-Istat l-ieħor fir-rigward ta’ servizzi amministrattivi jew militari attwali jew preċedenti, għandhom jiġu ntaxxati biss fl-ewwel Stat. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel sentenza tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw ukoll:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Għall-ammonti mħallsa bħala sigurtà soċjali statutorja;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 492/2011</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Kapitolu I tar-Regolament Nru 492/2011 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-impjieg, l-ugwaljanza fit-trattament u l-familji tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>. Fit-Taqsima 2 tiegħu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Impjieg u ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2008/94/KE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Taħt il-Kapitolu I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="283" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 283, p. 36</REF.DOC.OJ>), l-Artikolu 1(1) jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-pretensjonijiet ta’ l-impjegati li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ impjieg jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg u dawk eżistenti kontra dawk li jħaddmu meta jkunu fi stat ta’ insolvenza fis-sens ta’ l-Artikolu 2(1).<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali fir‑rigward tad-definizzjoni tat-termini <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>impjegat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>min iħaddem<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>paga<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>dritt li jagħti titolu immedjat<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> u <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>dritt li jagħti titolu prospettiv<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Taħt il-Kapitolu II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet ta’ garanzija<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, ta’ din l-istess direttiva, l-Artikolu 3 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ garanzija jiggarantixxu, suġġett għall-Artikolu 4, il-ħlas tal-pretensjoniet pendenti, ta’ ħaddiema, li jirriżultaw minn kuntratti ta’ impjieg jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg, inkluża, fejn previst mil-liġijiet nazzjonali, paga terminali fi tmiem ir-relazzjonijiet ta’ l-impjieg.</ALINEA><ALINEA>Il-pretensjonijiet li tidħol għalihom l-istituzzjoni ta’ garanzija għandhom ikunu l-pretensjonijiet pendenti tal-ħlas tal-paga relatati ma’ perijodu preċedenti ta’ żmien u/jew, skond il-każ applikabbli, wara data speċifikata stabbilita mill-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt l-istess kapitolu, l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jillimitaw ir-responsabbiltà ta’ l-istituzzjonijiet ta’ garanzija imsemmija fl-Artikolu 3.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jispeċifikaw it-tul tal-perijodu ta’ żmien li għalih għandhom jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet pendenti mill-istituzzjoni ta’ garanzija. Madankollu, dan ma jistax ikun iqsar minn perijodu ta’ żmien li jkopri r-rimunerazzjoni ta’ l-aħħar tliet xhur tar-relazzjoni ta’ impjieg qabel u/jew wara d-data msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti massimi rigward il-ħlasijiet magħmula mill-istituzzjoni ta’ garanzija. Dawn il-limiti massimi m’għandhomx jaqgħu taħt livell li jkun soċjalment kompatibbli ma’ l-għan soċjali ta’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2)(b) tal-Einkommensteuergesetz (liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul) jeżenta l-kumpens għal insolvenza mit-taxxa fuq id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 165, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li jinsab fil-Ktieb III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Promozzjoni tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, tas-Sozialgesetzbuch (kodiċi tas-sigurtà soċjali, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>SGB III<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) jistabbilixxi fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal kumpens għal insolvenza meta jeżerċitaw impjieg fit-territorju nazzjonali u meta, fil-każ tal‑insolvenza tal-persuna li timpjegahom, huma jkunu intitolati għal krediti salarjali mhux imħallsa li jirrigwardaw l-aħħar tliet xhur tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 167, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Ammont<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, tas-SGB III:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="167.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kumpens għal insolvenza għandu jitħallas fl-ammont tar‑remunerazzjoni netta, li huwa ugwali għar-remunerazzjoni grossa, sal-limitu massimu mensili għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet previst fl-Artikolu 341(4) tas‑SGB III, wara li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet legali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="167.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk il-ħaddiem impjegat</P><P>[…]</P><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>ma huwiex suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fit‑territorju nazzjonali u lanqas ma huwa suġġett għat-taxxa fuq il-kumpens għal insolvenza skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għalih, mir‑remunerazzjoni għandhom jitnaqqsu t-taxxi li kien ikun suġġett għalihom fuq din ir-remunerazzjoni kieku l-ħaddiem kien suġġett għat‑taxxa fuq id-dħul fit-territorju nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 169, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Surroga<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, tas-SGB III hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Id-djun salarjali li huma l-bażi tad-dritt għal kumpens għal insolvenza jgħaddu permezz ta’ surroga fuq [l-aġenzija] meta jintalab kumpens għal insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>A. Eschenbrenner, ta’ nazzjonalità Franċiża, jirrisjedi f’Rahling (Franza), viċin il-fruntiera Ġermaniża. Mill-1996, huwa kien jaħdem bħala xufier fl-impriża Philipp’s Reisen, li tinsab f’Pirmasens (il-Ġermanja). Skont dikjarazzjoni tal-kap taċ-ċentru tat-taxxi Franċiż kompetenti, A. Eschenbrenner<?PAGE NO="5"?> kien jissodisfa, minħabba dan l-impjieg, il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex jitqies li huwa ħaddiem fruntalier fis-sens tal-Artikolu 13(5)(a) tal-konvenzjoni fiskali Franco-Ġermaniża u, konsegwentement, is-salarju li huwa kien jirċievi fil-Ġermanja kien suġġett, skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija konvenzjoni, għat-taxxa fi Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20120629">29 ta’ Ġunju 2012</DATE>, infetħet proċedura ta’ insolvenza kontra l-impriża Philipp’s Reisen. Għalkemm is-salarji u l-pagi tħallsu kollha minn din tal-aħħar sax-xahar ta’ Marzu 2012, A. Eschenbrenner kellu fil-konfront tal-persuna li timpjegah, fid-data tal-ftuħ tal-imsemmija proċedura ta’ insolvenza, kreditu li kien jammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">5571.88</FT> bħala remunerazzjoni dovuta minn April sa Ġunju 2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dawn id-djun salarjali mhux imħallsa, A. Eschenbrenner talab, fit-<DATE ISO="20120713">13 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-ħlas ta’ kumpens għal insolvenza. Sabiex tikkalkola l-ammont ta’ dan il-kumpens, l-aġenzija naqqset mir-remunerazzjoni grossa ta’ A. Eschenbrenner is-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">3550.24</FT> mogħtija mill-istralċjarju provviżorju bħala prefinanzjament għall-perijodu bejn l-1 ta’ April u t-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, kif ukoll ammont li jikkorrispondi għall-kontribuzzjonijiet soċjali u ammont, għar-rimbors ta’ spejjeż, imħallas lilu bil-quddiem għax-xahar ta’ April. Barra minn hekk, din l-awtorità naqqset, skont l-Artikolu 167(2) tas-SGB III, minn din ir-remunerazzjoni ammont li jikkorrispondi għat-taxxa fuq id-dħul, ikkalkolat skont id-dritt Ġermaniż, li, għat-tliet xhur ikkonċernati, tammonta rispettivament għal EUR 185, EUR 175 u EUR 173. Konsegwentement, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120718">18 ta’ Lulju 2012</DATE>, ingħata l-ammont totali ta’ EUR 356.77 lil A. Eschenbrenner bħala l-imsemmi kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-ilment tiegħu kontra din id-deċiżjoni, A. Eschenbrenner sostna, essenzjalment, li t-teħid inkunsiderazzjoni tat-taxxa bir-rata ta’ taxxa applikabbli fil-Ġermanja, fil-kalkolu tal-kumpens għal insolvenza, kien diskriminatorju u, għalhekk, imur kontra d-dritt tal-Unjoni, għaliex huwa ma kienx suġġett għat-taxxa fil-Ġermanja. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120918">18 ta’ Settembru 2012</DATE>, dan l-ilment ġie miċħud mill-aġenzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>A. Eschenbrenner ippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tal-aġenzija, billi sostna li l-metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-kumpens għal insolvenza kien inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, peress li ma jippermettix lill-ħaddiema fruntalieri, bħal A. Eschenbrenner, jirċievu kumpens għal insolvenza ekwivalenti għar-remunerazzjoni netta preċedenti tagħhom. Għall-kuntrarju tal-persuni li jaħdmu u li jirrisjedu fil-Ġermanja, l-ammont tal-imsemmi kumpens għall-ħaddiema fruntalieri kien inqas mir-remunerazzjoni netta preċedenti tagħhom minħabba, b’mod partikolari, id-differenzi bejn ir-rati ta’ taxxa applikabbli fil-Ġermanja u fi Franza. Wara li r-rikors tiegħu ġie miċħud mis-Sozialgericht Speyer (qorti li tiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali ta’ Speyer, il-Ġermanja), A. Eschenbrenner appella quddiem il-Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz (qorti superjuri li tiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali tar-Rheinland-Pfalz, Mainz, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti qieset li A. Eschenbrenner jista’ jirbaħ il-kawża biss bil-kundizzjoni li r-rekwiżit tal-ugwaljanza fit-trattament mal-ħaddiema Ġermaniżi, kif previst mid-dritt tal-Unjoni, jeskludi t-teħid inkunsiderazzjoni, b’mod fittizju, tat-taxxa Ġermaniża fuq id-dħul, skont l-Artikolu 167(2) tas-SGB III, fil-kalkolu tal-ammont tal-kumpens għal insolvenza. Filwaqt li tikkonstata li l-kumpens għal insolvenza jikkostitwixxi vantaġġ soċjali fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011, il-qorti tar-rinviju tosserva li, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni, il-ħaddiema fruntalieri ma jistgħux jiġu ttrattati b’mod differenti mill-ħaddiema nazzjonali minħabba n-nazzjonalità tagħhom u għandhom b’mod partikolari jibbenefikaw mill-istess vantaġġi soċjali u fiskali bħal dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li t-tnaqqis fittizju tat-taxxa Ġermaniża fuq id-dħul kien jikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta, minn naħa, fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju addizzjonali temporanju favur ex impjegati ċivili mal-forzi alleati fil-Ġermanja (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Merida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑400/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:537">EU:C:2004:537</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u, min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont taż-żidiet fil-pagi mħallsa lill-ħaddiema taħt skema ta’ xogħol part-time li tippreċedi l-irtirar (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Erny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑172/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:399">EU:C:2012:399</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ċertament, għad-differenza tas-sitwazzjonijiet inkwistjoni f’dawn iż-żewġ kawżi tal-aħħar, l-Artikolu 167(2) tas-SGB III ma jwassalx, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, għal taxxa doppja fiċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li l-kumpens għal insolvenza huwa, skont l-Artikolu 14(2)(1) tal-konvenzjoni fiskali Franco-Ġermaniża, taxxabbli fl-Istat li jagħti l-kumpens, li dan il-kumpens huwa eżenti mit-taxxa fil-Ġermanja skont l-Artikolu 3(2)(b) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul u li, konsegwentement, hija biss it-taxxa li kienet tkun dovuta fil-Ġermanja li tittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod fittizju, fil-kalkolu tal-kumpens għal insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li l-ammont tal-kumpens għal insolvenza għandu, bħala prinċipju, ikun ugwali għar-remunerazzjoni netta preċedenti tal-ħaddiem. Issa, għalkemm, skont il-metodu ta’ kalkolu previsti fl-Artikolu 167(2) tas-SGB III, il-ħaddiema fruntalieri għandhom jitqiegħdu f’sitwazzjoni identika għal dik ta’ persuni li jirrisjedu u li jaħdmu fil-Ġermanja għal dak li jirrigwarda l-ammont tal-kumpens għal insolvenza riċevut, dan il-metodu ma jippermettix preċiżament lill-ħaddiema fruntalieri jiksbu kumpens ugwali għar-remunerazzjoni netta preċedenti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, barra minn hekk, jekk tali riżultat huwiex kompatibbli mad-Direttiva 2008/94. Billi tirreferi b’mod partikolari għas-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040304">4 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Barsotti <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑19/01, C‑50/01 u C‑84/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:119">EU:C:2004:119</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111117">17 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>van Ardennen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑435/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:751">EU:C:2011:751</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), din il-qorti tqis li għalkemm l-imsemmija direttiva tippermetti lill-Istati Membri jassenjaw limiti massimi għall-ħlasijiet imwettqa mill-istituzzjoni ta’ garanzija, hija tipprevedi, madankollu, kumpens sħiħ tad-djun salarjali mhux imħallsa li huma inqas minn dawn il-limiti massimi. Issa, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali inkwistjoni jirriżulta li d-djun salarjali mhux imħallsa ma jistgħux jiġu kkumpensati kompletament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Din il-qorti tippreċiża wkoll li, kuntrarjament għal dak sostnut mill-qorti tal-ewwel istanza fid-deċiżjoni tagħha, ma jirriżultax b’mod ċar li A. Eschenbrenner għandu, skont id-dritt Ġermaniż, il-possibbiltà li jinvoka fil-konfront tal-persuna li timpjegah kreditu li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont tal-kumpens għal insolvenza, ikkalkolat skont l-Artikolu 167(2) tas-SGB III, u dak tas-salarju gross preċedenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landessozialgericht Rheinland-Pfalz (qorti superjuri li tiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali ta’ Rheinland-Pfalz, Mainz), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1)</NO.P><TXT>Huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju u/jew sekondarju tal-Unjoni [b’mod partikolari l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2001] li, fir-rigward ta’ ħaddiem li inizjalment kien impjegat fil-Ġermanja, li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor, li ma huwiex suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja u li, skont dispożizzjonijiet li japplikaw għalih, ma huwiex responsabbli mill-ħlas tat-taxxa fuq benefiċċju [kumpens] għal insolvenza, li, f’każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegah, [it-taxxa li kienet titnaqqas mir-remunerazzjoni kieku l-ħaddiem kien suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja tinġabar b’mod fittizju mir-remunerazzjoni] […] li sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-benefiċċju għal insolvenza li għandu dritt għalih, […] meta huwa ma jistax iktar jitlob mingħand il-persuna li timpjegah parti mis-salarju gross li tibqa’ dovuta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ikun hemm kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju u/jew sekondarju tal-Unjoni, jekk il-ħaddiem li jsib ruħu fis-sitwazzjoni preċedentement deskritta jkun jista’ jibqa’ jinvoka kontra l-persuna li timpjegah id-dejn li jikkorrispondi mal-parti mis-salarju gross li tibqa’ dovuta?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-ammont tal-kumpens għal insolvenza, mogħti minn Stat Membru lil ħaddiem fruntalier li la ma huwa suġġett għat-taxxa fuq id-dħul f’dan l-Istat u lanqas ma huwa responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq dan il-kumpens, jiġi stabbilit billi t-taxxa fuq id-dħul, kif applikabbli fl-imsemmi Stat, titnaqqas mir-remunerazzjoni li sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-imsemmi kumpens, bil-konsegwenza li dan il-ħaddiem fruntalier ma jirċevix, għall-kuntrarju tal-persuni li jirrisjedu u li jaħdmu f’dan l-istess Stat, kumpens li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni netta preċedenti tiegħu. Barra minn hekk, din il-qorti tistaqsi dwar l-effett, fuq din l-analiżi, taċ-ċirkustanza li tali ħaddiem fruntalier ma jistax jinvoka fil-konfront tal-persuna li timpjegah kreditu li jikkorrispondi għall-parti mis-salarju gross preċedenti tiegħu li ma jkunx irċieva minħabba dan it-tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi spjegat it-trattament fiskali tal-kumpens għal insolvenza fil-konfront tal-ħaddiema fruntalieri bħal A. Eschenbrenner.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, huwa minnu li, skont l-Artikolu 14(2)(1) tal-konvenzjoni fiskali Franco-Ġermaniża, is-setgħa li jiġu ntaxxati vantaġġi soċjali mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, bħall-kumpens għal insolvenza inkwistjoni, tappartjeni lil dan l-Istat tal-aħħar. Bl-istess mod, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, f’dan il-każ, A. Eschenbrenner ma huwiex, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, suġġett għat-taxxa fuq dan il-kumpens għal insolvenza fi Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża teżenta dan l-istess kumpens għal insolvenza mit-taxxa fuq id-dħul, skont l-Artikolu 3(2)(b) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-għoti tal-kumpens għal insolvenza fiċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali la ma huwa suġġett għat-taxxa doppja u lanqas għat-taxxa fuq id-dħul Ġermaniża fis-sens formali. Għall-kuntrarju, dan huwa suġġett għal teħid inkunsiderazzjoni fittizju tat-taxxa li tkun inġabret permezz ta’ żamma mis-salarju ta’ A. Eschenbrenner fil-każ li huwa kien suġġett, matul il-perijodu qabel ma seħħet l-insolvenza tal-persuna li timpjegah, għat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, iċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali huma distinti minn dawk li kienu inkwistjoni fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Merida</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:537">EU:C:2004:537</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Erny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑172/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:399">EU:C:2012:399</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li għalihom tirreferi l-qorti tar-rinviju, u li jikkonċernaw sitwazzjonijiet fejn il-benefiċċji inkwistjoni kienu effettivament suġġetti għat-taxxa fiż-żewġ Stati Membri. Fil-fatt, għad-differenza tas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, is-setgħa li jiġu ntaxxati l-benefiċċji inkwistjoni fil-kawżi li taw lok għal dawk is-sentenzi tal-aħħar kienet tappartjeni, skont il-konvenzjoni fiskali Franco-Ġermaniża, lil Stat Membru, filwaqt li l-imsemmija benefiċċji kienu suġġetti għal tnaqqis fittizju tat-taxxa fl-Istat Membru l-ieħor (ara s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Merida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑400/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:537">EU:C:2004:537</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Erny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑172/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:399">EU:C:2012:399</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, sussegwentement, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, l-Artikolu 45(2) TFUE jistabbilixxi li l-moviment liberu tal-ħaddiema jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni, ibbażata fuq in-nazzjonalità, bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri, għal dak li jirrigwarda l-impjieg, ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol. Din id-dispożizzjoni hija espressa f’termini iktar konkreti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, li jippreċiża li ħaddiem li jirrisjedi fi Stat Membru għandu jgawdi, fit-territorju ta’ Stati Membri oħra, mill-istess vantaġġi soċjali u fiskali bħall-ħaddiema nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, qabel xejn, li l-metodu ta’ kalkolu, stabbilit fl-Artikolu 167(2) tas-SGB III, ma jipprevedix trattament iddifferenzjat skont in-nazzjonalità tal-ħaddiema kkonċernati, billi d-distinzjoni bejn il-varji kategoriji ta’ ħaddiema ssir abbażi, b’mod partikolari, tal-kwistjoni dwar jekk il-ħaddiem huwiex jew le suġġett għat-taxxa fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, A. Eschenbrenner isostni quddiem il-qorti tar-rinviju, essenzjalment, li l-Artikolu 167(2) tas-SGB III, mingħajr ma jikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta ibbażata fuq in-nazzjonalità, għandu madankollu effett negattiv fil-konfront tiegħu meta mqabbel mas-sitwazzjoni tal-persuni li jaħdmu u li jirrisjedu fil-Ġermanja li jirċievu l-istess kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit kemm fl-Artikolu 45 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011 jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjoni diretta, ibbażata fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni indiretta li, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, iwasslu fil-fatt għall-istess riżultat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, għalkemm applikabbli b’mod indistint skont iċ-ċittadinanza, għandha titqies bħala indirettament diskriminatorja meta hija tista’, min-natura tagħha stess, taffettwa kemm lill-ħaddiema migranti kif ukoll lill-ħaddiema nazzjonali u, konsegwentement, toħloq ir-riskju li tisfavorixxi b’mod iktar partikolari lil tal-ewwel, sakemm ma tkunx oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata għall-għan segwit (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-metodu ta’ kalkolu tal-kumpens għal insolvenza, stabbilita fl-Artikolu 167(2) tas-SGB III, tikkostitwixxix differenza fit-trattament li tmur kontra l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011, għandu jiġi eżaminat għalhekk jekk ħaddiem fruntalier, bħal A. Eschenbrenner, huwiex żvantaġġat meta mqabbel ma’ persuna li taħdem u li tirrisjedi fil-Ġermanja, peress li ċ-ċirkustanzi kollha huma barra minn hekk ugwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-persuni li jaħdmu u li jirrisjedu fil-Ġermanja jirċievu, skont l-Artikolu 167(1) tas-SGB III, ammont tal-kumpens għal insolvenza li jikkorrispondi, bħala prinċipju, għar-remunerazzjoni netta preċedenti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, għal dak li jirrigwarda l-ħaddiema fruntalieri li ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja, bħal A. Eschenbrenner, il-metodu sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-kumpens għal insolvenza applikabbli huwa previst fl-Artikolu 167(2) tas-SGB III, skont liema għandhom, għal dan il-għan, jitnaqqsu mir-remunerazzjoni preċedenti tal-imsemmi ħaddiem it-taxxi li kienu jinġabru minn din ir-remunerazzjoni li kieku l-ħaddiem kien suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, skont il-konvenzjoni fiskali Franco-Ġermaniża, ir-remunerazzjoni ta’ A. Eschenbrenner kienet suġġetta, meta dan il-ħaddiem kien attiv, għat-taxxa fuq id-dħul fi Franza, billi r-rata ta’ taxxa applikabbli f’dan l-Istat Membru kienet, fid-data meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, inqas minn dik applikabbli fil-Ġermanja. Għaldaqstant, fil-każ ta’ dan il-ħaddiem fruntalier, il-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-punt preċedenti wassal, neċessarjament, sabiex il-kumpens għal insolvenza li huwa rċieva ma kienx jikkorrispondi għar-remunerazzjoni netta preċedenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà ta’ tali riżultat mal-Artikolu 45 TFUE u mal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011, għandu jitfakkar, hekk kif ġie kkonstatat fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, li, f’dan il-każ, is-setgħa li l-kumpens għal insolvenza jkun suġġett għat-taxxa jappartjeni, skont il-konvenzjoni fiskali Franco-Ġermaniża, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Iċ-ċirkustanza li dan l-Istat jeżenta l-imsemmi kumpens mit-taxxa, filwaqt li jipprevedi għall-kalkolu tal-ammont tiegħu<?PAGE NO="9"?> tnaqqis li jikkorrispondi għat-taxxa fuq id-dħul bir-rata ta’ taxxa fis-seħħ f’dan l-istess Stat, ma jbiddilx il-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’, essenzjalment, taħt l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ tassazzjoni ta’ dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif sostna l-Gvern Ġermaniż waqt is-seduta, din l-eżenzjoni u t-tnaqqis fittizju huma previsti b’mod partikolari sabiex tiġi evitata, fid-dawl tan-numru ta’ talbiet għal tali kumpens fil-każ ta’ insolvenza ta’ impriża, proċedura ta’ tassazzjoni f’żewġ stadji li tikkonsisti, inizjalment, fit-teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont gross tar-remunerazzjonijiet għall-finijiet tal-imsemmi kumpens, u, sussegwentement, fl-issuġġettar tal-kumpens għal insolvenza għat-taxxa fuq id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għalkemm il-metodu sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-kumpens għal insolvenza ta’ ħaddiema fruntalieri, bħal A. Eschenbrenner, huwa stabbilit fl-Artikolu 167(2) tas-SGB III, jiġifieri, dispożizzjoni tad-dritt tas-sigurtà soċjali, xorta jibqa’ il-fatt li l-imsemmija dispożizzjoni tirreferi għat-taxxa fuq id-dħul u li hija tipprevedi t-teħid inkunsiderazzjoni tagħha sabiex isir il-kalkolu tal-ammont tal-imsemmi kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-effett ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema għandu jiġi evalwat billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-miżuri fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalkemm huwa veru li l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom fil-qasam tat-tassazzjoni diretta fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160223">23 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:108">EU:C:2016:108</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0171">171</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta mandankollu li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix il-konsegwenzi żvantaġġużi għall-moviment liberu tal-ħaddiema li jirriżultaw mid-differenzi bejn ir-rati ta’ tassazzjoni fl-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Gilly</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑336/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:221">EU:C:1998:221</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tad-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam, id-deċiżjoni ta’ ħaddiem li juża l-libertà ta’ moviment tiegħu bis-saħħa, b’mod partikolari, tal-Artikolu 45 TFUE, tista’, skont il-każ, tkun iktar jew inqas vantaġġuża jew żvantaġġuża għal tali ħaddiem fuq il-livell fiskali (ara, b’analoġija, għal dak li jirrigwarda, rispettivament, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Lindfors</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:449">EU:C:2004:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050712">12 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Schempp</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑403/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:446">EU:C:2005:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; il-libertà ta’ stabbiliment, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071206">6 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Columbus Container Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑298/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:754">EU:C:2007:754</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Shell</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑293/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:129">EU:C:2008:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll il-moviment liberu tal-kapital, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>K</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:716">EU:C:2013:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għalkemm il-kumpens għal insolvenza li A. Eschenbrenner irċieva huwa inqas mir-remunerazzjoni netta li huwa kien jirċievi qabel ma seħħet l-insolvenza tal-persuna li timpjegah, din il-konsegwenza żvantaġġuża tirriżulta mis-sempliċi fatt li r-rata ta’ taxxa applikabbli fl-Istat Membru li jagħti l-kumpens għal insolvenza u li lilu tappartjeni s-setgħa li jintaxxa dan il-kumpens kienet, fid-data li fiha ġie ffissat l-ammont ta’ dan il-kumpens, iktar għolja minn dik applikata mill-Istat Membru fejn dan il-ħaddiem kien jirrisjedi meta kien attiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-effett tal-leġiżlazzjonijiet fiskali differenti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fuq l-ammont tal-kumpens għal insolvenza riċevut minn ħaddiem fruntalier, bħal A. Eschenbrenner, għandu natura każwali peress li huwa jiddependi fuq iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ partikolari. Fil-fatt, dan l-ammont jista’ jkun iktar għoli jew iktar baxx mir-remunerazzjoni netta preċedenti tal-imsemmi ħaddiem skont ir-rata ta’ taxxa fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, sa fejn il-konsegwenza żvantaġġuża inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirriżulta unikament mid-differenzi bejn ir-rati ta’ taxxa fl-Istati Membri kkonċernati, l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011 ma jipprekludux leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma titqiegħedx inkwistjoni mill-kunsiderazzjonijiet dwar id-Direttiva 2008/94, imsemmija mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/94, din tapplika għall-krediti tal-ħaddiema impjegati li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ xogħol jew mir-relazzjonijiet ta’ xogħol u li jeżistu fil-konfront tal-persuni li jimpjegawhom u li jinsabu fi stat ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan soċjali ta’ din d-direttiva huwa dak li jiġi ggarantit lill-impjegati kollha minimu ta’ protezzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega permezz tal-ħlas tad-djun mhux imħallsa li jirriżultaw minn kuntratti jew minn relazzjonijiet ta’ xogħol u li jinvolvu r-remunerazzjoni li tirrigwarda perijodu ddeterminat (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111117">17 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>van Ardennen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑435/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:751">EU:C:2011:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161124">24 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Webb‑Sämann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:891">EU:C:2016:891</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>L-Istati Membri huma għalhekk obbligati jiżguraw, sal-limitu massimu li huma jistgħu jiffissaw sabiex jiggarantixxu d-djun mhux imħallsa, il-ħlas tat-totalità tal-imsemmija djun (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040304">4 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Barsotti <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/01, C‑50/01 u C‑84/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:119">EU:C:2004:119</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm l-istituzzjonijiet ta’ garanzija għandhom ikunu responsabbli għall-imsemmija remunerazzjonijiet mhux imħallsa, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/94, huwa d-dritt nazzjonali li għandu jippreċiża, skont l-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>paga [remunerazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u jiddefinixxi l-kontenut tiegħu (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Visciano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:468">EU:C:2009:468</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa d-dritt nazzjonali tal-Istati Membri li għandu jippreċiża t-trattament fiskali ta’ remunerazzjonijiet mhux imħallsa meta dawn ikunu r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija skont id-Direttiva 2008/94. Is-sistema hekk ippreċiżata ma tistax, madankollu, tippreġudika l-għan soċjali tal-imsemmija direttiva, kif imfakkar fil-punt 52 ta’ din is-sentenza u, b’mod iktar ġenerali, l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li d-Direttiva 2008/94 ma tirrikjedix li l-Istati Membri jiżguraw lill-ħaddiem kumpens, fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega, fl-ammont tar-remunerazzjoni grossa preċedenti ta’ dan il-ħaddiem, inkluża, b’mod partikolari, il-parti minn din ir-remunerazzjoni relatata mat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li d-Direttiva 2008/94 lanqas ma tirrikjedi li l-ħaddiem ikollu, fil-konfront tal-persuna li timpjegah, dritt għal kreditu li jikkorrispondi għall-parti mis-salarju nett preċedenti tiegħu relatata mat-taxxa, li ma hijiex koperta mill-kumpens għal insolvenza mogħti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Bl-istess mod, din iċ-ċirkustanza ma taffettwax ir-risposta li għandha tingħata lill-qorti tar-rinviju dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata mal-Artikolu 45 TFUE u mal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011. Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar ma jirrikjedux li ħaddiem fruntalier, bħal A. Eschenbrenner, jirċievi kumpens għal insolvenza li jikkorrispondi għas-salarju gross preċedenti tiegħu, hekk kif jirriżulta mill-konklużjoni fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, u, konsegwentement, huma lanqas ma jirrikjedu li dan il-ħaddiem ikollu, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dritt għal kreditu fil-konfront tal-persuna li timpjegah li jikkorrispondi għall-parti mis-salarju nett preċedenti tiegħu li ma hijiex koperta mill-kumpens għal insolvenza mogħti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ammont tal-kumpens għal insolvenza, mogħti minn Stat Membru lil ħaddiem fruntalier li la ma huwa suġġett għat-taxxa fuq id-dħul f’dan l-Istat u lanqas ma huwa responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq dan il-kumpens, jiġi stabbilit billi t-taxxa fuq id-dħul, kif applikabbli fl-imsemmi Stat, titnaqqas mir-remunerazzjoni li sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-imsemmi kumpens, bil-konsegwenza li dan il-ħaddiem fruntalier ma jirċevix, għall-kuntrarju tal-persuni li jirrisjedu u li jaħdmu f’dan l-istess Stat, kumpens li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni netta preċedenti tiegħu. Iċ-ċirkustanza li tali ħaddiem fruntalier ma jkollux, fil-konfront tal-persuna li timpjegah, dritt għal kreditu li jikkorrispondi għall-parti mis-salarju gross preċedenti tiegħu li ma jkunx irċieva minħabba dan it-tnaqqis, hija irrilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ammont tal-kumpens għal insolvenza, mogħti minn Stat Membru lil ħaddiem fruntalier li la ma huwa suġġett għat-taxxa fuq id-dħul f’dan l-Istat u lanqas ma huwa responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq dan il-kumpens, jiġi stabbilit billi t-taxxa fuq id-dħul, kif applikabbli fl-imsemmi Stat, titnaqqas mir-remunerazzjoni li sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-imsemmi kumpens, bil-konsegwenza li dan il-ħaddiem fruntalier ma jirċevix, għall-kuntrarju tal-persuni li jirrisjedu u li jaħdmu f’dan l-istess Stat, kumpens li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni netta preċedenti tiegħu. Iċ-ċirkustanza li tali ħaddiem fruntalier ma jkollux, fil-konfront tal-persuna li timpjegah, dritt għal kreditu li jikkorrispondi għall-parti mis-salarju gross preċedenti tiegħu li ma jkunx irċieva minħabba dan it-tnaqqis, hija irrilevanti f’dan ir-rigward.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>