|
2.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/861/PESK
tal-1 ta' Diċembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2012/699/PESK dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' monitoraġġ u verifika tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta' Novembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/699/PESK (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2012/699/PESK tipprovdi, għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2), perijodu ta' implimentazzjoni ta' 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). |
|
(3) |
Fit-18 ta' Ġunju 2014, is-Segretarjat Tekniku Proviżorju tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBTO) talab l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex jestendi d-durata ta' implimentazzjoni ta' 24 xahar provdut fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2012/699/PESK bi 12-il xahar sabiex ikun jista' jimplimenta l-bqija tal-partijiet tal-proġetti li ma ġewx implimentati sa tmiem dak il-perijodu. |
|
(4) |
L-implimentazzjoni l-bqija tal-partijiet tal-proġetti msemmija fil-paragrafi 2.1. (Assistenza Teknika u Tisħiħ tal-Kapaċitajiet), 2.2. (Żvilupp tal-Kapaċitajiet għall-Ġenerazzjonijiet Futuri ta' Esperti tas-CTBT — l-Inizjattiva Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDI)), 2.3. (Titjib tal-Mudell tat-Trasport Atmosferiku (ATM)), 2.4. (Karatterizzazzjoni u Mitigazzjoni tar-Radjukseno) u 2.6. (Sostenn tal-Istazzjonijiet Sismiċi Awżiljarji Ċertifikati tal-IMS) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2012/699/PESK, kif ikkwotati speċifikament fit-talba tas-CTBTO tat-18 ta' Ġunju 2014, tista' ssir mingħajr ebda implikazzjoni għar-riżorsi. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2012/699/PESK għandha tiġi emendata sabiex il-proġetti stipulati fiha jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod sħiħ billi tiġi estiża d-durata tagħha skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/699/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Hija għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3).” . |
|
(2) |
Il-paragrafu taħt it-Taqsima 3 tal-Anness għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Id-durata totali għall-implimentazzjoni tal-proġetti hija stmata għal 36 xahar.” . |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
B. LORENZIN
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/699/PESK tat-13 ta' Novembru 2012 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' monitoraġġ u verifika tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 314, 14.11.2012, p. 27).