|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1452 |
24.11.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1452
tat-2 ta’ Lulju 2026
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għad-dominju tal-Użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2027
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
Biex jiġi ssodisfati l-ħtiġijiet tal-istatistika għas-suġġetti dettaljati rilevanti stipulati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1700, jeħtieġ jiġu speċifikati l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għas-sett tad-data għad-dominju tal-Użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2027,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għadd u t-titoli tal-varjabbli għad-dominju tal-Użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2027 għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1700/oj.
ANNESS
Għadd u titoli tal-varjabbli għad-dominju tal-Użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għas-sena ta’ referenza 2027
|
Suġġett |
Suġġett dettaljat |
Identifikatur tal-varjabbli |
Isem tal-varjabbli / deskrizzjoni tal-varjabbli |
||
|
Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data |
REFYEAR |
Sena tal-istħarriġ |
||
|
INTDATE |
Data ta’ referenza – data tal-ewwel intervista |
||||
|
STRATUM_ID |
Strat |
||||
|
PSU |
Unità primarja tal-kampjunar |
||||
|
Identifikazzjoni |
HH_ID |
ID tal-unità domestika |
|||
|
IND_ID |
ID tal-individwu |
||||
|
HH_REF_ID |
ID tal-unità domestika li jappartjeni għaliha l-individwu |
||||
|
Ponderazzjonijiet |
HH_WGHT |
Ponderazzjoni tal-unità domestika |
|||
|
IND_WGHT |
Ponderazzjoni tal-individwu |
||||
|
Karatteristiċi tal-intervista |
TIME |
Tul tal-intervista |
|||
|
INT_TYPE |
Tip tal-intervista |
||||
|
Lokalizzazzjoni |
COUNTRY |
Pajjiż ta’ residenza |
|||
|
GEO_NUTS1 |
Reġjun ta’ residenza |
||||
|
GEO_NUTS2 |
Reġjun ta’ residenza (fakultattiv) |
||||
|
GEO_NUTS3 |
Reġjun ta’ residenza (fakultattiv) |
||||
|
DEG_URBA |
Grad ta’ urbanizzazzjoni |
||||
|
GEO_DEV |
Lokazzjoni ġeografika |
||||
|
Demografija |
SEX |
Ġeneru |
||
|
YEARBIR |
Sena tat-twelid |
||||
|
PASSBIR |
L-aħħar għeluq is-snin |
||||
|
AGE |
Età fi snin magħluqa |
||||
|
Ċittadinanza u sfond migratorju |
CITIZENSHIP |
Pajjiż taċ-ċittadinanza ewlenija |
|||
|
CNTRYB |
Pajjiż tat-twelid |
||||
|
Kompożizzjoni tal-unità domestika |
HH_POP |
Daqs tal-unità domestika (għadd ta’ membri fl-unità domestika) |
|||
|
HH_POP_16_24 |
Għadd ta’ membri fl-unità domestika bejn 16 u 24 sena (fakultattiv) |
||||
|
HH_POP_16_24S |
Għadd ta’ studenti fl-unità domestika bejn 16 u 24 sena (fakultattiv) |
||||
|
HH_POP_25_64 |
Għadd ta’ membri fl-unità domestika bejn 25 u 64 sena (fakultattiv) |
||||
|
HH_POP_65_74 |
Għadd ta’ membri fl-unità domestika bejn 65 u 74 sena (fakultattiv) |
||||
|
HH_POP_75_MAX |
Għadd ta’ membri fl-unità domestika li għalqu l-75 sena (fakultattiv) |
||||
|
HH_POP_16_74 |
Għadd ta’ membri fl-unità domestika bejn 16 u 74 sena (fakultattiv) |
||||
|
HH_CHILD |
Għadd ta’ tfal taħt is-16-il sena |
||||
|
HH_CHILD_14_15 |
Għadd ta’ adolexxenti bejn 14 u 15-il sena (fakultattiva) |
||||
|
HH_CHILD_5_13 |
Għadd ta’ tfal bejn 5 u 13-il sena (fakultattiva) |
||||
|
HH_CHILD_LE_4 |
Għadd ta’ tfal sa 4 snin (fakultattiv) |
||||
|
Status tal-attività ewlenija (awtodefinit) |
MAINSTAT |
Status tal-attività ewlenija (awtodefinit) |
||
|
Karatteristiċi elementari tal-impjieg |
STAPRO |
Status tax-xogħol fl-impjieg ewlieni |
|||
|
NACE1D |
Attività ekonomika tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni (fakultattiv) |
||||
|
ISCO2D |
Okkupazzjoni fl-impjieg ewlieni |
||||
|
OCC_ICT |
Professjonist tal-ICT jew mhux tal-ICT |
||||
|
OCC_MAN |
Ħaddiem manwali jew mhux manwali |
||||
|
EMPST_WKT |
Impjieg ewlieni full-time jew part-time (awtodefinit) (fakultattiv) |
||||
|
Tul tal-kuntratt |
EMPST_CONTR |
Permanenza tal-impjieg ewlieni (fakultattiv) |
|||
|
Livell edukattiv milħuq |
ISCEDD |
Livell edukattiv milħuq (l-ogħla livell edukattiv mitmum b’suċċess) |
||
|
ISCED |
Livell edukattiv milħuq aggregat |
||||
|
Introjtu totali fix-xahar tal-unità domestika |
HH_IQ5 |
Introjtu kurrenti nett fix-xahar tal-unità domestika |
||
|
Aċċess għall-ICT |
IACC |
Aċċess tal-unità domestika għall-Internet mid-dar (bi kwalunkwe apparat) |
||
|
Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT |
IU |
L-aktar użu riċenti tal-Internet, f’xi lokazzjoni u bi kwalunkwe apparat abilitanti |
|||
|
IFUS |
Frekwenza medja tal-użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
IUG_DKPC |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq kompjuter |
||||
|
IUG_LPC |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq laptop |
||||
|
IUG_TPC |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq tablet |
||||
|
IUG_MP |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq mowbajl jew smartphone |
||||
|
IUG_OTH1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur fuq apparat ieħor (bħal TV intelliġenti, speakers intelliġenti, console tal-logħob, qarrej tal-kotba elettroniċi, arloġġ intelliġenti) |
||||
|
Attivitajiet tal-Internet |
IUEM |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex jintbagħtu / jaslu l-emails |
|||
|
IUPH1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex isiru telefonati (inkluż telefonati bil-video) bl-Internet |
||||
|
IUSNET |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati għall-użu tal-midja soċjali (ħolqien ta’ profil, ippostjar ta’ messaġġi jew kontributi oħra) |
||||
|
IUCHAT1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati għal messaġġi istantanji (skambju ta’ messaġġi) |
||||
|
IUNW1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex jinqraw siti tal-aħbarijiet, gazzetti jew megezins tal-aħbarijiet online |
||||
|
IHIF |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati għal tiftix ta’ informazzjoni dwar is-saħħa (bħal fuq korrimenti, mard, nutrizzjoni, titjib tas-saħħa fiżika jew mentali) |
||||
|
IUIF |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati għal sejbien ta’ informazzjoni dwar prodotti jew servizzi |
||||
|
IUIFSP |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati għal sejbien ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza ta’ prodotti (informazzjoni dwar riskji assoċjati jew perikli għas-saħħa, kompożizzjoni, struzzjonijiet għal użu sikur, dettalji tal-kuntatt biex jiġu rrapportati kwistjonijiet tas-sikurezza) |
||||
|
IUPOL2 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex jiġu espressi opinjonijiet dwar materji ċiviċi jew politiċi fuq siti web jew il-midja soċjali |
||||
|
IUVOTE |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati għal parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet jew votazzjonijiet online biex jiġu definiti materji ċiviċi jew politiċi (bħal ippjanar urban, iffirmar ta’ petizzjoni) |
||||
|
IUJOB |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati għal tiftix għal impjieg jew biex tintbagħat applikazzjoni għal impjieg |
||||
|
IUSELL |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati għal bejgħ ta’ prodotti jew servizzi fuq sit web jew app |
||||
|
IUBK |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex jintużaw servizzi bankarji fuq l-Internet (inkluż servizzi bankarji bil-mowbajl) |
||||
|
IUOLC |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati, b’attendenza f’kors online |
||||
|
IUOLM |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati, billi jintuża materjal tat-tagħlim online li mhuwiex kors għalkollox online (bħal tutorials f’video, webinars, kotba tat-tagħlim elettroniċi, apps jew pjattaformi tat-tagħlim) |
||||
|
IUOCIS1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati, b’komunikazzjoni ma’ edukaturi jew studenti b’għodod ta’ awdjo jew video online |
||||
|
IUAI |
L-użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur biex titħaddem għodda tal-intelliġenza artifiċjali (AI) ġenerattiva |
||||
|
IUAIPR |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet privati biex titħaddem għodda tal-AI ġenerattiva |
||||
|
IUAIWP |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet professjonali (ta’ xogħol) biex titħaddem għodda tal-AI ġenerattiva |
||||
|
IUAIFE |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal finijiet ta’ edukazzjoni formali (bħal skola jew università) biex titħaddem għodda tal-AI ġenerattiva |
||||
|
Interazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi |
IEID |
Użu mir-rispondent tal-identifikazzjoni elettronika (eID) tiegħu [lista nazzjonali tal-eIDs kollha speċifiċi għall-pajjiż, rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi, u li għandhom livell għoli jew sostanzjali tal-assigurazzjoni skont ir-Regolament eIDAS (1)] biex jaċċessa servizzi online għal użu privat fl-aħħar 12-il xahar |
|||
|
IEIDOC |
Tip ta’ servizzi li għalihom ir-rispondent uża eID [lista nazzjonali tal-eIDs kollha speċifiċi għall-pajjiż, rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali tal-assigurazzjoni skont ir-Regolament eIDAS] fl-aħħar 12-il xahar – servizzi pprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi tal-pajjiż ta’ residenza tar-rispondent (bħal meta r-rispondent jippreżenta dikjarazzjoni tat-taxxa, japplika għal benefiċċju soċjali, jitlob ċertifikati uffiċjali, jaċċessa rekords tas-saħħa tiegħu, [eżempji nazzjonali]) |
||||
|
IEIDEC |
Tip ta’ servizzi li għalihom ir-rispondent uża eID [lista nazzjonali tal-eIDs kollha speċifiċi għall-pajjiż, rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali tal-assigurazzjoni skont ir-Regolament eIDAS] fl-aħħar 12-il xahar – servizzi pprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi ta’ pajjiżi Ewropej oħrajn (bħal meta r-rispondent jippreżenta dikjarazzjoni tat-taxxa, jitlob dokumenti jew ċertifikati uffiċjali, [eżempji nazzjonali]) (jekk applikabbli fil-pajjiż) |
||||
|
IEIDBS |
Tip ta’ servizzi li għalihom ir-rispondent uża eID [lista nazzjonali tal-eIDs kollha speċifiċi għall-pajjiż, rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u li għandhom livell għoli jew sostanzjali tal-assigurazzjoni skont ir-Regolament eIDAS] fl-aħħar 12-il xahar – servizzi pprovduti mis-settur tan-negozju (eż. meta r-rispondent jaċċessa servizzi bankarji, jilloggja f’servizzi tat-trasport, jidentifika ruħu bl-eID pereżempju f’suq diġitali, [eżempji nazzjonali]) (jekk applikabbli fil-pajjiż) |
||||
|
IREIDNA |
Raġunijiet għalfejn fl-aħħar 12-il xahar ir-rispons m’użax eID rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u b’livell għoli jew sostanzjali tal-assigurazzjoni skont ir-Regolament eIDAS – ir-rispondent ma kienx jaf li teżisti l-eID |
||||
|
IREIDNO |
Raġunijiet għalfejn fl-aħħar 12-il xahar ir-rispons m’użax eID rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u b’livell għoli jew sostanzjali tal-assigurazzjoni skont ir-Regolament eIDAS – ir-rispondent m’għandux eID |
||||
|
IREIDNN |
Raġunijiet għalfejn fl-aħħar 12-il xahar ir-rispons m’użax eID rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u b’livell għoli jew sostanzjali tal-assigurazzjoni skont ir-Regolament eIDAS – ir-rispondent ma kellux bżonn jaċċessa servizzi online li jeħtieġu eID |
||||
|
IREIDSEC |
Raġunijiet għalfejn fl-aħħar 12-il xahar ir-rispons m’użax eID rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u b’livell għoli jew sostanzjali tal-assigurazzjoni skont ir-Regolament eIDAS – ir-rispondent ħass li mhix sikura (tħassib dwar is-sigurtà tal-ICT, il-protezzjoni tad-data personali) |
||||
|
IREIDTEC |
Raġunijiet għalfejn fl-aħħar 12-il xahar ir-rispons m’użax eID rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u b’livell għoli jew sostanzjali tal-assigurazzjoni skont ir-Regolament eIDAS – kwistjonijiet ta’ użabbiltà/tekniċi (bħal pereżempju diffiċli wisq jew mhux faċli għall-utent, l-utent ma għandux qarrej tal-kards xieraq, inkompatibbiltà tas-software, l-eID ma ġietx aċċettata għas-servizzi li r-rispondent kellu bżonn jaċċessa) |
||||
|
IREIDDEV |
Raġunijiet għalfejn fl-aħħar 12-il xahar ir-rispons m’użax eID rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u b’livell għoli jew sostanzjali tal-assigurazzjoni skont ir-Regolament eIDAS – ir-rispondent ma setax juża l-eID biex jaċċessa s-servizz bl-ismartphone jew bit-tablet |
||||
|
IREIDOTH |
Raġunijiet għalfejn fl-aħħar 12-il xahar ir-rispons m’użax eID rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet pubbliċi jew mis-servizzi pubbliċi u b’livell għoli jew sostanzjali tal-assigurazzjoni skont ir-Regolament eIDAS – raġunijiet oħra |
||||
|
Kummerċ elettroniku |
IBUY |
L-aħħar xirja jew ordni ta’ prodotti jew servizzi bl-Internet għal użu privat |
|||
|
BCLOT1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw ħwejjeġ (inkluż ħwejjeġ tal-isport), żraben jew aċċessorji (bħal basktijiet, ġojellerija) mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BSPG |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw prodotti tal-isports (li mhumiex ħwejjeġ tal-isport) mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BCG |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw ġugarelli tat-tfal jew oġġetti tal-indokrija tat-tfal (bħal ħrieqi, fliexken tal-ħalib, strollers tat-trabi) mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BFURN1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw għamara, aċċessorji tad-dar (bħal twapet jew purtieri) jew prodotti tal-ġnien (bħal għodod, pjanti) mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BMUFL |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw mużika bħal CDs, vinyls, eċċ. u/jew films jew serji bħal DVDs, Blu-ray, eċċ. mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BBOOKNLG |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw kotba, rivisti jew gazzetti stampati mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq minn sit web jew app |
||||
|
BHARD1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw kompjuters, tablets, mowbajls jew aċċessorji mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BEEQU1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw oġġetti elettroniċi tal-konsumatur (bħal settijiet tat-TV, stereos, kameras, sound bars jew speakers intelliġenti, assistenti virtwali) jew apparati domestiċi (bħal magni tal-ħasil) mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BMED1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw mediċini jew supplimenti djetiċi bħal vitamini (għajr tiġdid ta’ riċetti tat-tabib online) mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BFDR |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw konsenji mingħand ristoranti, ktajjen tal-fast food, servizzi tal-catering mingħand intrapriżi jew persuni privati minn fuq sit web jew app |
||||
|
BFDS |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw ikel jew xorb mingħand ħwienet jew fornituri tal-meal kits mingħand intrapriżi jew persuni privati minn fuq sit web jew app |
||||
|
BCBW |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw kożmetiċi, prodotti tas-sbuħija jew tal-benessri mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BCPH |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw prodotti tat-tindif jew tal-iġjene personali (bħal xkupilji tas-snien, imkatar, deterġenti tal-ħasil, ċraret tat-tindif) mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BBMC |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw biċikletti, mopeds, karozzi jew veikoli oħra u l-ispare parts tagħhom mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) fuq sit web jew app |
||||
|
BOPG |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw oġġetti fiżiċi oħra mingħand intrapriżi jew persuni privati (inkluż oġġetti użati) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BSIMC |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw abbonamenti ta’ konnessjonijiet tal-Internet jew tal-mowbajl minn fuq sit web jew app |
||||
|
BSUTIL |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw abbonamenti tal-provvista tal-elettriku, tal-ilma jew tat-tisħin, rimi tal-iskart jew servizzi simili minn fuq sit web jew app |
||||
|
BTPS_E |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw servizzi tat-trasport mingħand intrapriżi, bħal karozzi tal-linja, ferroviji, biljett tal-ajru jew vjaġġ b’taxi [eżempji nazzjonali] minn fuq sit web jew app |
||||
|
BRA_E |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex tinkera akkomodazzjoni mingħand negozji bħal lukandi jew aġenziji tal-ivvjaġġar minn fuq sit web jew app |
||||
|
BTICK2 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw biljetti ta’ avvenimenti (bħal kunċerti, ċinema, avvenimenti sportivi, fieri) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BBOOK2 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw kotba diġitali jew awdjo bħala downloads (inkluż aġġornamenti) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BSOFT2 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtara software bħala download (inkluż aġġornamenti) minn fuq sit web jew app |
||||
|
BGAMES2 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw logħob bħala download (inkluż aġġornamenti) jew oġġetti virtwali ta’ ġol-logħob minn fuq sit web jew app |
||||
|
BMUSS2 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal servizz tal-istreaming tal-mużika [eżempji nazzjonali] |
||||
|
BFLMS2 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal servizzi tal-istreaming tal-films, ta’ sensiliet jew tal-isport [eżempji nazzjonali] |
||||
|
BBOOKNLS2 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal siti tal-aħbarijiet online, gazzetti online (gazzetti elettroniċi) jew megezins online minn fuq sit web jew app |
||||
|
BGAMSS |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal servizzi ta’ streaming tal-logħob [eżempji nazzjonali] |
||||
|
BHLFTS2 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal apps relatati mas-saħħa jew l-eżerċizzju fiżiku |
||||
|
BAPP2 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat għal abbonament bi ħlas (inkluż abbonamenti eżistenti u ġodda) għal apps oħra (bħal apps relatati mat-tagħlim tal-lingwi, l-ivvjaġġar, it-temp) |
||||
|
BCEPG |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw prodotti fiżiċi [eżempji nazzjonali] mingħand persuni privati minn fuq sit web jew app |
||||
|
BTPS_PP |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw servizzi tat-trasport [eżempji nazzjonali] mingħand persuni privati minn fuq sit web jew app |
||||
|
BRA_PP |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex tinkera akkomodazzjoni [eżempji nazzjonali] mingħand persuni privati minn fuq sit web jew app |
||||
|
BHHS_PP |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw servizzi domestiċi bħal tindif, babysitting, tiswija, ortikoltura [eżempji nazzjonali] mingħand persuni privati minn fuq sit web jew app |
||||
|
BOTS |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtara xi servizz ieħor (li mhux servizz finanzjarju jew tal-assigurazzjoni) minn fuq sit web jew app (fakultattiv) |
||||
|
BPSH |
Problemi tas-sikurezza jew tas-saħħa (bħal meta bini, materjal jew software tal-prodott iwasslu għal aċċident, korriment, jew problema tas-saħħa) ikkawżati fl-aħħar 3 xhur minn prodotti mixtrija online |
||||
|
BFIN_IN1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw poloz tal-assigurazzjoni, inkluż assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, f’pakkett ikkombinat ma’ pereżempju biljett tal-ajru, minn fuq sit web jew app |
||||
|
BFIN_CR1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jittieħdu self, ipoteki jew arranġamenti ta’ kreditu mingħand banek jew fornituri finanzjarji oħra minn fuq sit web jew app |
||||
|
BFIN_SH1 |
Użu tal-Internet fl-aħħar 3 xhur għal użu privat biex jinxtraw jew jinbiegħu ishma, bonds, unitajiet f’fondi jew assi finanzjarji oħra minn fuq sit web jew app |
||||
|
Ostakli u problemi tal-użu |
IUNUN |
Raġunijiet għalfejn ma ntużax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent ma kellux bżonn (għax l-Internet ma kienx utli, mhux interessanti, eċċ.) (fakultattiv) |
|||
|
IUNUSE |
Raġunijiet għalfejn ma ntużax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ħaddieħor għamel dan f’isem ir-rispondent (fakultattiv) |
||||
|
IUNUTD |
Raġunijiet għalfejn ma ntużax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent deherlu li l-użu tal-Internet hu diffiċli wisq, ma kellux il-ħiliet meħtieġa (fakultattiv) |
||||
|
IUNUCH |
Raġunijiet għalfejn ma ntużax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent kellu problemi ta’ aċċessibilità għal persuni b’insuffiċjenza jew diżabbiltà (bħal nuqqas ta’ kompatibbiltà ma’ qarrejja tal-iskrin jew teknoloġiji assistivi oħra, interfaċċi diżorganizzati, nuqqas ta’ alt text għall-immaġnijiet) (fakultattiv) |
||||
|
IUNUSP |
Raġunijiet għalfejn ma ntużax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent tħasseb fuq is-sigurtà jew il-privatezza, beża’ minn scams jew fastidju online (fakultattiv) |
||||
|
IUNUCO |
Raġunijiet għalfejn ma ntużax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent deherlu li l-prezzijiet tal-konnessjoni jew tal-apparat tal-Internet kienu għaljin wisq (fakultattiv) |
||||
|
IUNUNO |
Raġunijiet għalfejn ma ntużax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent ma jaqbilx mal-Internet b’mod ġenerali, ma jafdax l-informazzjoni fuq l-Internet (fakultattiv) |
||||
|
IUNUOTH |
Raġunijiet għalfejn ma ntużax l-Internet fl-aħħar 3 xhur – raġunijiet oħra li mhumiex dawn: li ma kellux bżonnu, li ħaddieħor għamel dan f’ismu, li kien diffiċli wisq, problemi ta’ aċċessibbiltà, tħassib dwar is-sigurtà u l-privatezza, biża’ minn scams jew fastidju online, prezzijiet għaljin wisq, nuqqas ta’ fiduċja fl-informazzjoni fuq l-Internet jew opinjoni kontra l-Internet (fakultattiv) |
||||
|
BTFW1 |
Problemi li nqalgħu waqt il-kummerċ elettroniku: is-sit web kien diffiċli biex jintuża jew ma ħadimx b’mod sodisfaċenti (eż. kien ikkumplikat wisq, fixkel lill-utent, teknikament jiffunzjona ħażin) waqt xiri online minn fuq sit web jew app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
BDGL1 |
Problemi li nqalgħu waqt il-kummerċ elettroniku: diffikultajiet biex tinstab informazzjoni dwar garanziji jew drittijiet legali oħra waqt xiri online minn fuq sit web jew app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
BSPD1 |
Problemi li nqalgħu waqt il-kummerċ elettroniku: konsenja aktar bil-mod minn dik indikata mġarrba waqt xiri online fuq minn sit web jew app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
BCPR1 |
Problemi li nqalgħu waqt il-kummerċ elettroniku: spejjeż finali akbar minn dawk indikati (bħala tariffi ta’ tranżazzjoni mhux mistennija jew tariffi ta’ garanzija mhux ġustifikati) waqt xiri online minn fuq sit web jew app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
BWDN1 |
Problemi li nqalgħu waqt il-kummerċ elettroniku: konsenja ta’ prodotti jew servizzi żbaljati jew difettużi mġarrba waqt xiri online minn fuq sit web jew app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
BFRA1 |
Problemi li nqalgħu waqt il-kummerċ elettroniku: problemi ta’ frodi mġarrba (bħal meta ma jasal l-ebda prodott jew servizz, użu ħażin tad-dettalji tal-kards ta’ kreditu), imġarrba waqt xiri online minn fuq sit web jew app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
BCR1 |
Problemi li nqalgħu waqt il-kummerċ elettroniku: kien diffiċli li jsiru lmenti u jinkiseb rimedju, jew ma ngħatax rispons sodisfaċenti għal ilment, waqt xiri online minn fuq sit web jew app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
BDNS1 |
Problemi li nqalgħu waqt il-kummerċ elettroniku: bejjiegħ barrani ma kienx ibigħ fil-pajjiż tar-rispondent waqt xiri online minn fuq sit web jew app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
BOTH2 |
Problemi li nqalgħu waqt il-kummerċ elettroniku: problemi oħra mġarrba waqt xiri online minn fuq sit web jew app għal użu privat fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
BARR2X |
Fl-aħħar 3 xhur ma nqalgħux problemi waqt xiri online fuq minn sit web jew app għal użu privat |
||||
|
IUAINUUNK |
Raġunijiet għalfejn fl-aħħar 3 xhur ma ntużawx għodod tal-AI ġenerattiva – ir-rispondent ma kienx jaf li jeżistu |
||||
|
IUAINUNN |
Raġunijiet għalfejn ma ntużawx għodod tal-AI ġenerattiva fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent ma kellux bżonn |
||||
|
IUAINUUSE |
Raġunijiet għalfejn fl-aħħar 3 xhur ma ntużawx għodod tal-AI ġenerattiva – ir-rispondent ma kienx jaf jużahom |
||||
|
IUAINUSEC |
Raġunijiet għalfejn ma ntużawx għodod tal-AI ġenerattiva fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent tħasseb fuq il-protezzjoni tad-data, il-privatezza, is-sigurtà jew is-sikurezza |
||||
|
IUAINUETH |
Raġunijiet għalfejn ma ntużawx għodod tal-AI ġenerattiva fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent kellu tħassib etiku (bħal perpetwar ta’ sterjotipi, l-ebda rfigħ ta’ responsabbiltà, użu mhux awtorizzat ta’ proprjetà intellettwali) |
||||
|
IUAINUOTH |
Raġunijiet għalfejn ma ntużawx għodod tal-AI ġenerattiva fl-aħħar 3 xhur – ir-rispondent kellu raġunijiet oħra apparti li ma kienx jaf li kienu jeżistu, l-ebda ħtieġa, nuqqas ta’ għarfien dwar kif għandhom jintużaw, tħassib dwar is-sigurtà jew etiku |
||||
|
Ħiliet Diġitali |
CXFER1 |
Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-ikkupjar jew iċ-ċaqliq ta’ fajls (bħal dokumenti, ritratti, filmati) bejn folders, apparati jew fuq il-cloud |
|||
|
CINSAPP1 |
Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu t-tniżżil jew l-installazzjoni ta’ software jew apps fuq kompjuter, smartphone jew apparat ieħor |
||||
|
CCONF1 |
Attivitajiet imwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu tibdil fil-konfigurazzjonijiet ta’ software, app jew apparat (bħall-aġġustament ta’ lingwa, kuluri, kuntrast, daqs tat-tipa, toolbars / menu) |
||||
|
CWRD1 |
Attivitajiet relatati mas-software mwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ software tal-word processing |
||||
|
CPRES2 |
Attivitajiet relatati mas-software mwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-ħolqien ta’ fajls (bħal dokumenti, immaġnijiet, filmati) li jinkludu bosta elementi bħal test, stampa, tabella, ċart, animazzjoni jew ħoss |
||||
|
CXLS1 |
Attivitajiet relatati mas-software mwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ software tal-ispreadsheets |
||||
|
CXLSADV1 |
Attivitajiet relatati mas-software mwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-użu ta’ karatteristiċi avvanzati ta’ software tal-ispreadsheets (funzjonijiet, formuli, makros u funzjonijiet oħra tal-iżvilupp) biex tiġi organizzata, analizzata, strutturata jew modifikata xi data |
||||
|
CEPVA1 |
Attivitajiet relatati ma’ software mwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu l-editjar ta’ ritratti, jew ta’ fajls vidjo jew awdjo (bħall-aġġustament tad-dawl, l-applikazzjoni ta’ filtri, l-irranġar tad-daqs, il-qtugħ) |
||||
|
CPRG2 |
Attivitajiet relatati mas-software mwettqa fl-aħħar 3 xhur għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati li jinvolvu kkowdjar b’lingwa tal-ipprogrammar |
||||
|
UDI |
Informazzjoni jew kontenut (bħal vidjos, stampi) misjubin fuq siti tal-aħbarijiet jew fuq il-midja soċjali li r-rispondent iqishom mhux veritiera jew dubjużi fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
TIC |
Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq siti tal-aħbarijiet jew fuq il-midja soċjali ċċekkjati mir-rispondent fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
TICCSFOI |
Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, iċċekkjati mir-rispondent billi ċċekkja s-sorsi jew sab informazzjoni oħra fuq l-Internet (bħal siti oħra tal-aħbarijiet) |
||||
|
TICIDIS |
Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, iċċekkjati mir-rispondent billi segwa jew ipparteċipa f’diskussjonijiet fuq l-Internet dwar l-informazzjoni |
||||
|
TICNIDIS |
Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, iċċekkjati mir-rispondent billi ddiskuta l-informazzjoni offline ma’ persuni oħra jew uża sorsi li mhumiex fuq l-Internet |
||||
|
TICXND |
Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, mhux iċċekkjati għax ir-rispondent kien diġà jaf li l-informazzjoni, il-kontenut jew is-sors mhumiex affidabbli |
||||
|
TICXSKL |
Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, mhux iċċekkjati għax ir-rispondent ma kellux il-ħiliet jew l-għarfien biex jagħmel dan |
||||
|
TICXOTH |
Il-veraċità tal-informazzjoni jew tal-kontenut misjubin fuq l-Internet, mhux iċċekkjati minħabba raġunijiet oħra |
||||
|
HM |
Kontenut misjub online (inkluż messaġġi, kummenti, ritratti, memes, vidjos, eċċ.) fl-aħħar 3 xhur li r-rispondent iqishom ostili jew degradanti fil-konfront ta’ gruppi ta’ persuni jew individwi fi blogs, vlogs, fuq il-midja soċjali jew siti tal-aħbarijiet (inkluż fit-taqsima tal-kummenti) (fakultattiv) |
||||
|
HMPS |
Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati fil-kontenut meqjus ostili jew degradanti minħabba l-fehmiet politiċi jew soċjali jew fil-mira ta’ kontenut bħal dan (fakultattiv) |
||||
|
HMSO |
Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati fil-kontenut meqjus ostili jew degradanti minħabba l-orjentazzjoni sesswali u/jew l-identitajiet tal-ġeneru jew fil-mira ta’ kontenut bħal dan (LGBTIQ+) (fakultattiv) |
||||
|
HMSE |
Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati fil-kontenut meqjus ostili jew degradanti minħabba l-ġeneru jew fil-mira ta’ kontenut bħal dan (fakultattiv) |
||||
|
HMRE |
Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati fil-kontenut meqjus bħala ostili jew degradanti minħabba l-oriġini razzjali jew etnika jew fil-mira ta’ kontenut bħal dan (fakultattiva) |
||||
|
HMRB |
Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati fil-kontenut meqjus ostili jew degradanti minħabba r-reliġjon jew it-twemmin jew fil-mira ta’ kontenut bħal dan (fakultattiv) |
||||
|
HMD |
Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati fil-kontenut meqjus ostili jew degradanti minħabba d-diżabbiltà jew fil-mira ta’ kontenut bħal dan (fakultattiv) |
||||
|
HMA |
Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati fil-kontenut meqjus ostili jew degradanti minħabba l-età jew fil-mira ta’ kontenut bħal dan (fakultattiv) |
||||
|
HMOTH |
Gruppi ta’ persuni jew individwi attakkati fil-kontenut meqjus ostili jew degradanti minħabba karatteristiċi personali oħra jew fil-mira ta’ kontenut bħal dan (fakultattiv) |
||||
|
Sigurtà, privatezza, fiduċja |
MAPS_RPS |
Ir-rispondent għamel dan li ġej fl-aħħar 3 xhur biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħal isem, data tat-twelid, numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, numru tal-kard ta’ kreditu, ritratti, lokazzjoni ġeografika) fuq l-Internet qara d-dikjarazzjonijiet dwar il-politika tal-privatezza qabel ipprovda data personali |
|||
|
MAPS_RRGL |
Ir-rispondent għamel dan li ġej fl-aħħar 3 xhur biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħal isem, data tat-twelid, numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, numru tal-kard ta’ kreditu, ritratti, lokazzjoni ġeografika) fuq l-Internet irrestrinġa jew irrifjuta tal-aċċess għal-lokazzjoni ġeografika tiegħu |
||||
|
MAPS_LAP |
Ir-rispondent għamel dan li ġej fl-aħħar 3 xhur biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħal isem, data tat-twelid, numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, numru tal-kard ta’ kreditu, ritratti, lokazzjoni ġeografika) fuq l-Internet illimita min jista’ jara l-profil jew il-kontenut tiegħu fuq siti tal-midja soċjali jew l-aċċess għall-ħżin online kondiviż |
||||
|
MAPS_RAAD |
Ir-rispondent għamel dan li ġej fl-aħħar 3 xhur biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħal isem, data tat-twelid, numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, numru tal-kard ta’ kreditu, ritratti, lokazzjoni ġeografika) fuq l-Internet irrifjuta li jippermetti l-użu ta’ data personali għall-finijiet ta’ reklamar |
||||
|
MAPS_CWSC |
Ir-rispondent għamel dan li ġej fl-aħħar 3 xhur biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħal isem, data tat-twelid, numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, numru tal-kard ta’ kreditu, ritratti, lokazzjoni ġeografika) fuq l-Internet iċċekkja li s-sit web fejn ipprovda d-data personali kien sigur (bħal siti https, logos jew ċertifikati tas-sikurezza) |
||||
|
MAPS_APD |
Ir-rispondent għamel dan li ġej fl-aħħar 3 xhur biex jimmaniġġja l-aċċess għad-data personali tiegħu (bħal isem, data tat-twelid, numru tal-karta tal-identità, dettalji tal-kuntatt, numru tal-kard ta’ kreditu, ritratti, lokazzjoni ġeografika) fuq l-Internet talab lil amministraturi jew fornituri ta’ siti web jew ta’ magni tat-tiftix biex jagħtuh aċċess għad-data li kellhom dwaru biex jaġġornaha jew iħassarha |
||||
|
PCOOK1 |
Ir-rispondent biddel il-konfigurazzjonijiet tal-brawżer tal-Internet tiegħu biex jevita jew jillimita l-cookies fuq xi apparat tiegħu |
||||
|
CCOOK |
Tħassib tar-rispondent li l-attivitajiet online tiegħu kienu qed jiġu rreġistrati biex jipprovdulu reklami speċifikati għalih (fakultattiv) |
||||
|
USLCOOK |
Użu ta’ software jew għodod li jillimitaw il-kapaċità ta’ traċċar tal-attivitajiet tal-individwu fuq l-Internet fuq xi apparat tar-rispondent (bħal estensjonijiet kontra t-traċċar, networks privati virtwali (VPNs), l-għażla ta’ brawżers jew sistemi operattivi ffokati fuq il-privatezza) |
||||
|
IUACRG |
Ftuħ ta’ kont jew reġistrazzjoni ma’ app jew servizz bla ħlas (bħal abbonament/kont għall-email, midja soċjali, ħwienet online, apps għax-xiri ta’ biljetti tat-trasport, streaming tal-mużika, logħob) |
||||
|
IUACDL |
Tħassir jew tentattiv ta’ tħassir (jew tal-għeluq) ta’ kont tiegħu stess fuq app jew servizz bla ħlas (bħall-email, midja soċjali, ħwienet online, apps għax-xiri ta’ biljetti tat-trasport, streaming tal-mużika, logħob) fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
IUACDLP |
Problemi mġarrba waqt it-tentattiv ta’ tħassir ta’ kont tiegħu stess fuq app jew servizz bla ħlas (bħal diffikultà biex jinstab mod kif jitħassar il-kont, ħela ta’ ħin biex isir dan, problemi tekniċi, kundizzjonijiet inaċċettabbli għat-tluq, ma bediex jirnexxilu) fl-aħħar 3 xhur |
||||
|
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73-114, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj). Il-livelli sostanzjali u għoljin tal-assigurazzjoni huma definiti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502 tat-8 ta’ Settembru 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri minimi għal-livelli tal-assigurazzjoni għall-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 7-20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1502/oj). |
|||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/1452/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)