|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2203 |
30.8.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2203
tad-29 ta’ Awwissu 2024
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija
(notifikata bid-dokument C(2024) 6220)
(It-test Rumen biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regulation (EU) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, li jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa tal-mard tal-kategorija A, inkluż infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta jrid ikollha żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2119 (4) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri interim ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li jrid jistabbilixxi dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara t-tifqigħat ta’ dak il-mard, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat oħra tal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti li kienu jżommu l-annimali ovini u kaprini fil-kontej ta’ Tulcea, Constanta, Timis u Ialomita. Minħabba f’hekk, komplew jiġu emendati ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u żoni ristretti ulterjuri fir-Rumanija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/119, u l-aħħar emenda bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2169 (5). |
|
(6) |
Wara d-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2169, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni b’ħames tifqigħat oħra tal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini u kaprini, waħda fil-kontea ta’ Tulcea, waħda fil-kontea ta’ Timis u tlieta fil-kontea ta’ Constanta. Dawn it-tifqigħat ġodda jinsabu lkoll ġol-perimetru ta’ barra taż-żoni ristretti ulterjuri diġà stabbiliti, iżda t-tifqigħat kollha ta’ Constanta jinsabu fuq barra taż-żoni ta’ protezzjoni diġà stabbiliti u waħda minnhom tinsab barra miż-żoni ta’ sorveljanza diġà stabbiliti. |
|
(7) |
Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għar-Rumanija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 jenħtieġ li jiġu aġġustati aktar, b’mod spazjali u temporali, biex ikun evitat aktar tixrid tal-marda fir-Rumanija u fil-bqija tal-Unjoni, u biex jiġu aġġustati d-dati tar-reġjonalizzazzjoni. Għaldaqstant, il-lista taż-żoni ristretti stabbilita fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jeħtieġ tiġi emendata. |
|
(8) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u t-tul tal-perjodu tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom jenħtieġ li jiġu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda. It-tul tal-perjodu tal-miżuri jenħtieġ li jqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH). Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir ħafna ta’ tixrid ulterjuri tal-marda, b’mod partikolari minħabba l-fatt li, mill-informazzjoni pprovduta mir-Rumanija, fost l-istabbilimenti l-ġodda affettwati hemm wieħed li jinsab f’żona li ma kinitx affettwata qabel fil-kontea ta’ Constanta, 80km fin-Nofsinhar mill-ewwel tifqigħa rrapportata f’Tulcea. |
|
(9) |
Minħabba s-severità u l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u biex jiġi limitat minnufih it-tixrid tal-marda, jeħtieġ ikun żgurat li ma jkunx hemm movimenti tal-annimali miż-żoni ta’ protezzjoni, miż-żoni ta’ sorveljanza u miż-żoni ristretti ulterjuri lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri, u li jiġu esklużi d-derogi possibbli mill-projbizzjoni fuq il-movimenti tal-annimali kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 għal ċertu perjodu taż-żmien biex ikun evitat it-tixrid tal-marda fuq distanzi twal. |
|
(10) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar u l-ħtieġa li l-marda ma tinxteridx mill-istabbilimenti affettwati fir-Rumanija lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2024/2119 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2119 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Awwissu 2024.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2119 tad-29 ta’ Lulju 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija (ĠU L 2024/2119, 30.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2119/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2169 tad-19 ta’ Awwissu 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2024/2119 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija (ĠU L 2024/2169, 20.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2169/oj)
ANNESS
A. Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Kontea u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fir-Rumanija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Raggruppament tal-Kontea ta’ Tulcea RO-PPR-2024-00001 RO-PPR-2024-00002 RO-PPR-2024-00003 RO-PPR-2024-00004 RO-PPR-2024-00005 RO-PPR-2024-00007 RO-PPR-2024-00008 RO-PPR-2024-00009 RO-PPR-2024-00010 RO-PPR-2024-00011 RO-PPR-2024-00012 RO-PPR-2024-00013 RO-PPR-2024-00014 RO-PPR-2024-00015 RO-PPR-2024-00016 RO-PPR-2024-00017 RO-PPR-2024-00020 RO-PPR-2024-00021 RO-PPR-2024-00022 RO-PPR-2024-00024 RO-PPR-2024-00025 RO-PPR-2024-00026 RO-PPR-2024-00027 RO-PPR-2024-00028 RO-PPR-2024-00031 RO-PPR-2024-00032 RO-PPR-2024-00033 RO-PPR-2024-00034 RO-PPR-2024-00035 RO-PPR-2024-00037 RO-PPR-2024-00038 RO-PPR-2024-00039 RO-PPR-2024-00040 RO-PPR-2024-00041 RO-PPR-2024-00044 RO-PPR-2024-00045 RO-PPR-2024-00047 RO-PPR-2024-00048 RO-PPR-2024-00049 RO-PPR-2024-00050 RO-PPR-2024-00051 RO-PPR-2024-00052 RO-PPR-2024-00054 RO-PPR-2024-00055 RO-PPR-2024-00056 RO-PPR-2024-00058 Kontea ta’ Constanta RO-PPR-2024-00006 |
Protection zone:
|
2.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone I:
|
15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Surveillance zone II:
|
3.9.2024 – 15.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Constanta RO-PPR-2024-00018 |
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above. |
15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
3.9.2024 – 15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Tulcea RO-PPR-2024-00029 RO-PPR-2024-00030 |
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above. |
15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
3.9.2024 – 15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Tulcea RO-PPR-2024-00036 |
Protection zone: Those parts of the counties of Tulcea and Braila, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.245975, Long. 28.153673 (2024/36). |
28.8.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above, including, as of 29.8.2024, the territory of the protection zone for outbreak RO-PPR-2024-00036. |
15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
3.9.2024 – 15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Constanta RO-PPR-2024-00042 RO-PPR-2024-00043 |
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above. |
15.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
3.9.2024 – 15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Protection zone: Those parts of the counties of Constanta and Tulcea, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 44.551523, Long. 28.330992 (2024/57), Lat. 44.541667, Long. 28.3265 (2024/59), |
4.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Constanta RO-PPR-2024-00057 RO-PPR-2024-00059 |
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above, including, as of 5.9.2024, the territory of the protection zone for outbreaks RO-PPR-2024-00057 and RO-PPR-2024-00059. |
15.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
3.9.2024.-15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Protection zone: Those parts of the county of Constanta, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 44.2045, Long. 28.19483 (2024/60) |
6.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Constanta RO-PPR-2024-00060 |
Surveillance zone: Those parts of the county of Constanta, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 44.2045, Long. 28.19483 (2024/60), excluding the areas included in any protection zone. |
15.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone: Those parts of the county of Constanta, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 44.2045, Long. 28.19483 (2024/60) |
7.9.2024 – 15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Protection zone: Those parts of the counties of Ialomita, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 44.666486, Long. 27.705308 (2024/53) |
28.8.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Ialomita RO-PPR-2024-00053 |
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above, including, as of 29.8.2024, the territory of the protection zone for outbreak RO-PPR-2024-00053. |
15.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
3.9.2024 – 15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Protection zone: Those parts of the counties of Tulcea, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.066804, Long. 28.400983 (2024/46) |
29.8.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Tulcea RO-PPR-2024-00046 |
Surveillance zone I, described for the country of Tulcea cluster above, including, as of 30.8.2024, the territory of the protection zone for outbreak RO-PPR-2024-00046. |
3.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone II, described for the country of Tulcea cluster above. |
3.9.2024 – 15.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Protection zone: Those parts of the counties of Timis, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.280895, Long. 21.473979 (2024/61) |
17.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Timis RO-PPR-2024-00019 RO-PPR-2024-00061 |
Surveillance zone: Those parts of the counties of Timis and Caras-Severin, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.261807, Long. 21.451327 (2024/19) Lat. 45.261807, Long. 21.451327 (2024/19), Lat. 45.280895, Long. 21.473979 (2024/61), excluding the areas included in any protection zone. |
26.9.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Surveillance zone: Those parts of the counties of Timis and Caras-Severin, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.261807, Long. 21.451327 (2024/19). Lat. 45.280895, Long. 21.473979 (2024/61). |
18.9.2024 -26.9.2024 |
B. Żoni ristretti ulterjuri
|
Kontea |
Żoni inklużi fiż-żona ristretta ulterjuri stabbilita fir-Rumanija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Tulcea |
The entire county of Tulcea, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
15.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The entire county of Tulcea |
16.9.2024 – 15.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Constanta |
The following communes:
excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
15.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following communes:
|
16.9.2024 – 15.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Braila |
The entire county of Braila, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
15.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The entire county of Braila |
16.9.2024 – 15.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Calarasi |
The entire county of Calarasi. |
15.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Ialomita |
The entire county of Ialomita, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
15.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The entire county of Ialomita. |
16.9.2024 – 15.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Galati |
The entire county of Galati, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
15.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The entire county of Galati. |
16.9.2024 – 15.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Timis |
The following communes
excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
26.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following communes
|
27.9.2024 – 26.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontea ta’ Caras-Severin |
The following communes
excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
26.9.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following communes
|
27.9.2024 – 26.10.2024 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2203/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)