Official Journal L 230 , 11/09/1996 P. 0012 - 0015
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi l-lista ta’ prodotti bbażati fuq il-ħalib li għalihom l-Istati Membri huma awtorizzati biex jagħtu derogi individwali jew ġenerali skond l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/46/KEE u t-tip ta’ derogi li japplikaw għall-manifattura ta’ dawk il-prodotti (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (96/536/EC) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ħalib mhux raffinat, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib [1] kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha, Billi l-Istati Membri bagħtu lill-Kummissjoni lista tal-prodotti li għalihom qed jitolbu l-applikazzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq, u t-tip ta’ derogi mitluba; Billi għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni jeħtieġ li tkun imfissra l-espressjoni prodotti bażati fuq il-ħalib b’karatteristiċi tradizzjonali kif użata fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/46/KEE; Billi ċerti ħtiġijiet ta’ dik id-Direttiva x’aktarx jaffettwaw il-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti bbażati fuq il-ħalib b’karatteristiċi tradizzjonali; Billi, minħabba n-natura differenti tad-derogi msemmija fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ġenerali jew speċifiċi li jaoolikaw għal kull prodott b’kont debitu tar-riskji għas-saħħa pubblika; Billi d-derogi mitluba mill-Istati Membri huma minn regoli marbuta mal-ħalib mhux pastorizzat, material li jiġi f’kuntatt ma’ prodotti, kantini li jimmaturaw u prodotti lesti; Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI: Artikolu 1 Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/46/KEE u ta’ din id-Deċiżjoni, prodotti bażati fuq il-ħalib b’karatteristiċi tradizzjonali għandhom ifissru prodotti bbażati fuq il-ħalib li: - huma rikonoxxuti storikament, jew - manifatturati skond referenzi tekniċi jew metodi ta’ produzzjoni kodifikati jew reġistrati fl-Istat Membru li fih il-prodott huwa manifatturat tradizzjonalment, jew - protetti bil-liġi nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istat Membru li fih il-prodott huwa manifatturat tradizzjonalment. Artikolu 2 L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati biex jagħtu lill-istabbilimenti li jimmanifatturaw ċerti prodotti bbażati fuq il-ħalib b’karatteristiċi tradizzjonali derogi individwali jew ġenerali mill-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness B, il-Kapitolu I, il-punt 6 u l-Anness Ċ, il-Kapitolu III, il-punt 2 li jinsabu mad-Direttiva 92/46/KEE rigward it-tip ta’ materjal li jikkomponi l-istrumenti u l-apparat speċifiku għall-preparazzjoni, ippakkjar u tgeżwir ta’ dawn il-prodotti. Dawk l-istrumenti u l-apparat għandhom, iżda, jkunu miżmuma l-ħin kollu fi stat sodisfaċenti ta’ indafa u jkunu mnaddafa regolarment u diżinfettati. Il-lista ta’ prodotti koperti b’dan l-Artikolu hija mniżżla fl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati biex jagħtu lill-istabbilimenti li jimmanifatturaw ġobnijiet b’karatteristiċi tradizzjonali, kif imfisser fl-Artikolu 1, derogi individwali jew ġenerali mill-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness B, il-Kapitolu I, il-punt 2 (a), (b), (ċ) u (d) tad-Direttiva 92/46/EEC rigward il-kantini fejn jimmaturaw jew kmamar għal dawk il-prodotti. Dawk il-kantini għall-maturità jew kmamar jista’ jkun fihom ħitan ġeoloġiċi naturali u ħitan, art, soqfa u bibien li mhumiex lixxi, impermeabbli, dejjiema, miksija b’kisi ta’ żebgħa ċara jew ta’ materjal li ma jitmermirx. Il-frekwenza u n-natura tal-miżuri tat-tindif u tad-diżinfettar f’dawk il-kantini u kmamar għandhom ikunu aġġustati għal din it-tip ta’ attività sabiex jingħata kont tal-flora speċifika ta’ l-ambjent tagħhom. Artikolu 4 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussell, fid-29 ta’ Lulju 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Lista ta’ prodotti bażati fuq il-ħalib bil-karatteristiċi tradizzjonali li għalihom l-istabbilimenti tal-manifattua jistgħu jingħatw derogi mill-ħtiġiet imniżżla fl-Anness B, l-Kapitolu 1, il-punt 6 u l-Anness Ċ, il-punt 2 tad-Direttiva 92/46/KEE ID-DANIMARKA Dansk Baski Dansk Brick Ost Dansk Butterkäse Dansk Cheddar Dansk Cheshire Dansk Colby Danbo Dansk Double Gloucester Dansk Edam Elbo Dansk Emmentaler Esrom Dansk Fontal Dansk Fontina Fynbo Dansk Gouda Dansk Grana Dansk Gruyer Havarti Dansk Herregårdsost Dansk Hingino Dansk Hushållsost Dansk Kashkaval Dansk Kasseri Dansk Kefalotiri Dansk Krydderiost Dansk Leicester Maribo Molbo Dansk Mynster Dansk Muenster Dansk Præstost Dansk Saint Paulin Samsø Svenbo Tybo Regatto Danablu IL-ĠERMANJA Romonte — Typ Grana Gouda Käse vom Typ Maasdamer Rottaler — Typ Maasdamer Asiago — nach italienischer Art Kefalotyri — nach griechischer Art Münsterkäse Weißlacker Tilsiter Edelpilzkäse Niederrheiner Edamer Moyländer Allgäuer Bergkäse Emmentaler Steppenkäse Esrom Chester Montasio Santa Anna Käse vom Typ Fontal Diplomat Höhlentilsiter Roviner — Typ Maasdamer Trollskär — Typ Maasdamer Valiner Käse vom Typ Parmesan Parmesan Niederrheiner Gouda Alpsberg — Typ Maasdamer Asmonte — nach italienischer Art Asiago — nach italienischer Art Latteria — nach italienischer Art Romadur Archontiko — nach griechischer Art Limburger Steinbuscher Butterkäse Krömer Edamer Rheindammer Fresendammer Allgäuer Emmentaler Bergkäse Weinkäse Biarom Speghetti Carnia Duramont — Typ Parmesan Nordländer Grüntener Innperle Tegernauer Urtaler IL-GREĊJA Γραβιέρα Αγράφων Γραβιέρα Νάξου Γραβιέρα Κρήτης Κεφαλοτύρι Κεφαλογραβιέρα Λαδοτύρι Μυτιλήνης Μπάτζος Φορμαέλλα Αράχοβας Παρνασσού Κασέρι Σφέλα Σαν Μιχάλη Μετσοβόνε Βικτώρια Θεσσαλονίκης Φέτα Τελεμές Κοπανιστή Καλαάκι Λήμνου Γαλοτύρι Ανεβατό Κατίκι Δομοκού Πηκτόγαλο Χανίων Ανσότυρος Μανούρι Μυζήσρα Ξυνομυζήσρα Κρήτης Παραδοσιακό πρόβειο ή αγελαδινό γιαούρτι Γιαούρτι στραγγιστό ή σακούλας SPANJA Queso de Aracena Queso de oveja de Sierra de María Queso de Cádiz Queso de Calahorra Queso de Grazalema Queso de Málaga Queso de Pedroches Queso de Sierra Morena Queso de Alhama de Granada Queso de Almería Queso la Tiñosa Queso de las Alpujarras Queso de los Montes S. Benito Queso de las Serranías de Jaén Queso de Ronda Queso Afuega’l Pitu Queso Beyos Queso de Buelles Queso de Cabrales Queso Casín Queso Gamonedo Queso Genestoso Queso Peñamellera Queso de la Peral Queso Porrúa Queso de Tabornera Queso Urbíes Queso Vidiago Dulce de leche Queso de Abredo Queso Bota Queso de la Fuente Queso de Miranda Queso de Pría Queso de Taramundi Queso la Peña Queso Valdesano Queso Valle de Narcea Queso de Mahón Queso mallorquín Queso de Formentera Queso de Ibiza Queso de Menorca Queso conejero Queso Flor de Guía Queso La Gomera Queso de Gran Canaria Queso Herreño Queso Majorero Queso Palmero Queso de Tenerife Queso fresco de Canarias Queso ahumado de Aliva Queso Picón Quesuco Queso Bejes-Treviso Queso de Cantabria Queso artesanal de Cantabria Quesuco de Liébana Queso manchego Queso de Oropesa Queso Valdeón-Picos de Europa Queso Garrotxa Queso Montsec Queso de la Selva Queso Serrat Queso de Tupí Queso del Valle de Arán Queso L’Alt Urgell-Cerdanya Queso del Berguedà Queso del Pallars Jussà Queso artesanal de Catalunya Queso de Acchuche Queso de Cáceres Queso Gata-Hurdes Queso Ibores Quesilla Queso de la Serena Queso de la Siberia Torta del Casar Queso de la Vera Queso de Arzúa Queso Cebreiro Queso tetilla Queso país Queso San Simón Queso Camerano Queso puro de oveja Campo Real Queso de cabra del Guadarrama FRANZA Camembert de Normandie Bleu d’Auvergne Brie de Melun Brie de Meaux Coulommiers Chaource Emmental Époisses Pont-l’Évêque et Livarot Mont d’Or Langres Maroilles Bleu de Gex Munster Géromé Bleu des Causses Roquefort Fromages traditionnels de Corse Brocciu Neufchâtel Fourme d’Ambert ou Fourme de Montbrison Chevrotin des Aravis Fromages de chèvre ‘Sèvre et Belle’ Chabichou du Poitou Pouligny-Saint-Pierre Sainte-Maure de Touraine Saint-Nectaire Morbier Laguiole Cantal Reblochon Tomme de Savoie Beaufort Abondance Comté Salers Ossau-Iraty L-ITALJA Raschera Murazzano Castelmagno Pecorino sardo Fiore sardo Ragusano Robiola di Roccaverano Quartirolo lombardo Pecorino siciliano Toma piemontese Asiago Fontina Grana padano Parmigiano reggiano Montasio Mozzarella di bufala Pecorino romano Pecorino toscano Taleggio Caciotta di Urbino Gorgonzola L-AWSTRIJA Bergkäse Alpkäse Emmentaler IL-PORTUGALL Queijo de Azeitão Queijo de Castelo Branco Queijo de Évora Queijo de Nisa Queijo Serpa Queijo Serra da Estrela Queijo Terrincho Queijo de cabra alentejano Queijo de cabra do Nordeste Algarvio Queijo de cabra serrano transmontano Queijo amarelo da Beira Baixa Queijo mestiço Queijo picante da Beira Baixa Queijo Rabaçal Queijo do Corvo Queijo da Ilha Queijo do Pico Queijo S. Jorge L-ISVEZJA Stureost Svecia Gouda Port Salut Kavaljer Gräddost Pizzaost --------------------------------------------------