European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/6050

18.11.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12636 — FINCANTIERI / NEXTGEO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/6050)

1.   

Fis-6 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Fincantieri S.p.A. (“Fincantieri”, l-Italja), ultimament ikkontrollata mill-Ministeru Taljan tal-Ekonomija u l-Finanzi,

—

Next Geosolutions Europe S.p.A. (“NG”, l-Italja), ikkontrollata minn Marnavi S.p.A. (l-Italja).

Fincantieri se tikseb fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll esklużiv ta’ NG.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Fincantieri hija attiva globalment fis-setturi tal-bini tal-bastimenti b’teknoloġija avvanzata,

—

NG hija attiva fis-settur tal-istħarriġ ta’ taħt l-ilma u tas-servizzi tal-ġeoxjenza tal-baħar, li jappoġġaw l-attivitajiet tal-inġinerija, tal-kostruzzjoni u tal-ispezzjoni, tal-manutenzjoni u tat-tiswija (IMR) għall-infrastruttura lil hinn mill-kosta (interkonnetturi, parks eoliċi, u infrastruttura taż-Żejt u tal-Gass). Hija topera fil-Baħar Mediterran, l-Oċean Atlantiku, u l-Baħar tat-Tramuntana, jiġifieri primarjament fir-reġjun tal-EMEA.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12636 — FINCANTIERI / NEXTGEO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/6050/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)