<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-81/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0081</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:532">EU:C:2020:532</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20200709">9.7.2020</DATE> – Kawża C‑81/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Banca Transilvania</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari imperattivi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjonijiet supplenti</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ self redatt f’munita barranija</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola dwar ir-riskju tal-kambju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑81/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Cluj (il-Qorti tal-Appell ta’ Cluj, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20181227">27 ta’ Diċembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20190201">1 ta’ Frar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">NG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">OH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">SC Banca Transilvania SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħda taġixxi bħala Imħallef tal-Ewwel Awla, L. Bay Larsen, C. Toader u N. Jääskinen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: R. Șereș, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20200206">6 ta’ Frar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal NG u OH, minn V. Lupu u G. Perju, avocaţi,</P></ITEM><ITEM><P>għal SC Banca Transilvania SA, minn S. Tîrnoveanu, L. Retegan u A. Iorgulescu, avocaţi,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, inizjalment minn E. Gane, L. Liμu, O.-C. Ichim kif ukoll minn C.-R. Canţăr, sussegwentement minn E. Gane, L. Liμu u O.-C. Ichim, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann u E. Lankenau, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Gheorghiu u N. Ruiz García, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tad-<DATE ISO="20200319">19 ta’ Marzu 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn NG u OH, minn naħa, u SC Banca Transilvania SA (iktar’ il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Banca Transilvania<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), min-naħa l-oħra, dwar in-natura allegatament inġusta ta’ klawżola tal-kuntratt ta’ self ta’ rifinanzjament konkluż bejn dawn il-partijiet, redatt f’munita barranija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont it-tlettax-il premessa tad-Direttiva 93/13:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Billi d-disposizzjonijiet statutorji jew regolatorji ta’ l-Istati Membri li jistabbilixxu direttament jew indirettament il-klawżoli tal-kuntratti tal-konsumatur huma preżunti li ma’ fihomx klawżoli inġusti; billi, għal dan il-għan, ma jidhirx li huwa meħtieġ li jiġu assoġġettati l-klawżoli li jirriflettu disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji u l-prinċipji jew id-disposizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom huma parti l-Istati Membri jew il-Komunità; billi f’dak ir-rigward il-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> fl-Artikolu 1(2) ikopru wkoll ir-regoli li, skond il-liġi, għandhom jgħoddu bejn il-partijiet kontraenti sakemm ma twaqqfux xi arranġamenti oħra<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji u d-disposizzjonijiet jew il-prinċipji ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom ikunu parti l-Istati Membri jew il-Komunità, b’mod partikolari fil-qasam tat-trasport, m’għandhomx ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ buona fede, tkun tikkawża zbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola għandha dejjem tiġi kkunsidrata li ma tkunx ġiet innegozjat individwalment meta din tkun ġiet abbozzata minn qabel u l-konsumatur b’hekk ma jkunx seta’ jinfluwenza s-sustanza tal-klawżola, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ kuntratt standard imfassal minn qabel.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1578 tal-Cod Civil (il-Kodiċi Ċivili), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Kodiċi Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), ipprovda:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-obbligu li jirriżulta minn self fi flus huwa dejjem biss dak tas-somma li tissemma fil-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>Jekk kien hemm żieda jew tnaqqis fil-valur tal-munita qabel iż-żmien tal-ħlas, id-debitur għandu jagħti s-somma numerika mislufa u għandu jagħti din is-somma biss fil-munita viġenti fil-mument tal-ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20060331">31 ta’ Marzu 2006</DATE>, NG u OH ikkonkludew kuntratt ta’ self għall-konsum ma’ SC Volksbank România SA, li sussegwentement saret Banca Transilvania, li permezz tiegħu din tal-aħħar tathom is-somma ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">90000</FT> (lei Rumeni) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">18930</FT>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kuntratt inizjali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20081015">15 ta’ Ottubru 2008</DATE>, dawn l-istess partijiet ikkonkludew kuntratt ta’ self redatt fi franki Svizzeri (CHF), intiż għar-rifinanzjament tal-kuntratt inizjali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kuntratt ta’ rifinanzjament<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). Dan tal-aħħar kien jinvolvi s-somma ta’ CHF <FT TYPE="NUMBER">65000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">42139</FT>), jiġifieri madwar RON <FT TYPE="NUMBER">159126</FT> bir-rata tal-kambju applikabbli bejn dawn il-muniti fid-data tal-iffirmar tal-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont ir-regoli interni ta’ Banca Transilvania, il-livell massimu ta’ dejn awtorizzat kien ta’ 55 % tal-kapaċità finanzjarja ta’ min jissellef. Fir-rigward ta’ NG u OH, dan il-limitu ġie kkalkolat billi ttieħdet inkunsiderazzjoni r-rata tal-kambju tal-frank Svizzeru meta mqabbel mal-leu Rumen (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>rata tal-kambju CHF/RON<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) kif kienet tapplika qabel l-iffirmar tal-kuntratt ta’ rifinanzjament u kien jirrappreżenta, fid-data tal-konklużjoni tas-self, 35.04 % tad-dħul tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-punt 1 tat-Taqsima 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ta’ rifinanzjament kien jistipula li kull ħlas imwettaq abbażi tiegħu kellu jsir fil-munita li fiha kien redatt is-self. Ġie ppreċiżat ukoll li min jissellef seta’ jitlob lill-bank, taħt ċerti kundizzjonijiet, li s-self jiġi redatt f’munita ġdida, mingħajr madankollu ma dan ikun marbut li jaċċedi għal tali talba. Kien previst ukoll li l-bank kien inkarigat sabiex iwettaq il-bidla, f’isem u għall-persuna li tissellef, għall-finijiet ta’ likwidazzjoni tal-obbligi ta’ ħlas dovuti, bl-użu tar-rata tal-kambju tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju CHF/RON bejn ix-xahar ta’ Ottubru 2008 u x-xahar ta’ April 2017 kellhom l-effett ta’ żieda b’RON <FT TYPE="NUMBER">117760</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">24772</FT>) tas-somma mislufa lil NG u OH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170323">23 ta’ Marzu 2017</DATE>, NG u OH ressqu azzjoni quddiem it-Tribunalul Specializat Cluj (il-Qorti Speċjalizzata ta’ Cluj, ir-Rumanija) intiża sabiex tiġi kkonstatata, b’mod partikolari, in-natura inġusta tal-punt 1 tat-Taqsima 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ta’ rifinanzjament. NG u OH sostnew ukoll li Banca Transilvania kienet naqset mill-obbligu tagħha ta’ informazzjoni billi ma avżathomx, matul in-negozjati u l-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, bir-riskju li kien hemm fil-konverżjoni tal-kuntratt inizjali f’munita barranija. B’mod partikolari, peress li l-persuni li ssellfu għandhom biss dħul irċevut f’lei Rumeni, Banca Transilvania kellha tiġbed l-attenzjoni tagħhom dwar l-effetti ta’ żvalutazzjoni ta’ din il-munita meta mqabbla mal-munita barranija li fiha s-self kellu jiġi rrimborsat. Barra minn hekk, il-klawżola ta’ rimbors f’munita barranija toħloq żbilanċ għad-detriment tal-persuni li jissellfu, peress li huma biss ibatu r-riskju tal-kambju. Għaldaqstant, NG u OH talbu lit-Tribunalul Specializat Cluj (il-Qorti Speċjalizzata ta’ Cluj) sabiex ir-rata tal-kambju CHF/RON tiġi mblokkata għal dik kif kienet fis-seħħ fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ rifinanzjament, kif ukoll sabiex jiġu rrimborsati s-somom imħallsa abbażi ta’ rata tal-kambju inqas favorevoli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Dik il-qorti laqgħet parzjalment l-azzjoni mressqa minn NG u OH. Madankollu, hija ċaħdet it-talba dwar l-iffissar tar-rata tal-kambju CHF/RON fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tal-kuntratt ta’ rifinanzjament. Sabiex tagħmel dan, l-imsemmija qorti kkunsidrat, minn naħa, li minkejja li l-klawżola li tinsab fil-punt 1 tat-Taqsima 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ta’ rifinanzjament kienet tirrifletti l-prinċipju msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>nominaliżmu monetarju<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, kif stabbilit fl-Artikolu 1578 tal-Kodiċi Ċivili, din kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13 minħabba n-natura mhux imperattiva, iżda supplenti ta’ tali dispożizzjoni. Għaldaqstant, l-imsemmija qorti qieset li hija setgħet teżamina n-natura inġusta ta’ din il-klawżola. Fi tmiem dan l-eżami, hija, min-naħa l-oħra, ikkonstatat li l-imsemmija klawżola kienet ifformulata f’termini ċari u li jiftiehmu u li Banca Transilvania kienet issodisfat l-obbligu tagħha ta’ informazzjoni, peress li din ma setgħetx tipprevedi l-varjazzjonijiet sinjifikattivi tar-rata tal-kambju CHF/RON.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>NG u OH, minn naħa, kif ukoll Banca Transilvania, min-naħa l-oħra, appellaw minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, jiġifieri l-Curtea de Apel Cluj (il-Qorti tal-Appell ta’ Cluj, ir-Rumanija). Banca Transilvania ssostni, kontra l-appell ippreżentat minn NG u OH, li l-punt 1 tat-Taqsima 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ta’ rifinanzjament, li jipprovdi li kull ħlas imwettaq abbażi tal-imsemmi kuntratt kellu jsir fil-munita li fiha kien redatt is-self, jaqa’ taħt l-għan prinċipali ta’ dan il-kuntratt. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni kuntrattwali tirrifletti dispożizzjoni leġiżlattiva imperattiva, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13, li ma tistax tkun suġġetta għal stħarriġ dwar in-natura inġusta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Andriciuc <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑186/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:703">EU:C:2017:703</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li meta klawżola kuntrattwali tirrifletti dispożizzjoni imperattiva tad-dritt nazzjonali li tapplika bejn il-partijiet kontraenti indipendentement mill-għażla tagħhom jew dispożizzjoni ta’ natura supplenti u għalhekk applikabbli awtomatikament, jiġifieri fl-assenza ta’ arranġament differenti bejn il-partijiet f’dan ir-rigward, din ma tkunx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Din il-qorti tirrileva li l-Artikolu 1578 tal-Kodiċi Ċivili huwa ta’ natura supplenti, iżda saret applikazzjoni diverġenti mill-qrati Rumeni tas-soluzzjoni stabbilita fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Andriciuc <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑186/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:703">EU:C:2017:703</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-parti l-kbira ta’ dawn il-qrati jiddeċiedu li l-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu din id-dispożizzjoni leġiżlattiva ma jistgħux ikunu suġġetti għal eżami tan-natura inġusta tagħhom, bħala regoli supplenti li japplikaw awtomatikament fl-assenza ta’ arranġament differenti bejn il-partijiet. Madankollu, numru partikolari ta’ qrati Rumeni jqisu li klawżola bħal din ġiet imposta mill-bejjiegħ jew fornitur fuq il-konsumatur. Peress li dan tal-aħħar ma setax jeskludiha bl-inklużjoni ta’ klawżola differenti fil-kuntratt, l-istħarriġ tan-natura possibbilment inġusta tagħha ma jistax jiġi eskluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssostni li l-opinjoni tal-maġġoranza tal-qrati nazzjonali tnaqqas, sakemm teliminaha, id-distinzjoni bejn id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi ta’ natura imperattiva u dawk ta’ natura supplenti, u dan iwassal sabiex dawn jiġu suġġetti, f’dak li jirrigwarda l-eżami tan-natura possibbilment inġusta tagħhom, għall-istess sistema legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni ssib is-sors tagħha f’differenza terminoloġika bejn il-verżjoni bil-lingwa Rumena tal-kliem tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 u l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tal-istess artikolu. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, jekk din il-verżjoni tal-aħħar tuża t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>impératif<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>imperattiv<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>], il-verżjoni fil-lingwa Rumena tirreferi għad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari obbligatorji<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Din il-qorti tenfasizza li, kuntrarjament għat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>impératif<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li jeskludi, fil-fehma tagħha, id-dispożizzjonijiet ta’ natura supplenti, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>obbligatorju<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jinkludi tali dispożizzjonijiet. Fil-fatt, jekk id-dispożizzjonijiet imperattivi huma obbligatorji, id-dispożizzjonijiet supplenti jsiru wkoll hekk wara l-għażla magħmula mill-partijiet kontraenti li ma jidderogawx minnhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, barra minn hekk, dwar x’inhi l-portata tal-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-bank fir-rigward ta’ varjazzjonijiet futuri fir-rata tal-kambju ta’ munita u liema huma l-miżuri li huwa għandu jadotta sabiex jiggarantixxi l-effettività tad-drittijiet irrikonoxxuti lill-konsumatur mid-Direttiva 93/13 meta ma jkunx hemm dispożizzjoni supplenti sabiex tissostitwixxi klawżola kuntrattwali li n-natura inġusta tagħha tkun ġiet ikkonstatata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel Cluj (il-Qorti tal-Appell ta’ Cluj) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1[(2)] tad-Direttiva [93/13] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-eżami tal-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali li tirriproduċi regola supplettiva li l-partijiet setgħu jidderogaw minnha, deroga li madankollu huma ma għamlux sa fejn din il-klawżola ma kienet is-suġġett ta’ ebda negozjar, bħall-klawżola eżaminata f’din il-kawża, li teżiġi li s-self jiġi rrimborsat fl-istess munita barranija bħal dik li s-self ingħata fiha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Meta kalkoli jew previżjonijiet dwar l-impatt ekonomiku ta’ eventwali varjazzjoni fir-rata ta’ kambju fuq l-obbligi ta’ ħlas kollha li jirriżultaw mill-kuntratt ma jkunux ġew ippreżentati lill-konsumatur meta jingħata s-self f’munita barranija, jista’ wieħed jargumenta ġustament li tali klawżola, li tpoġġi r-riskju kollu ta’ bidla fuq il-konsumatur (konformement mal-prinċipju ta’ nominaliżmu), hija ċara u li tinftiehem u li l-bejjiegħ jew fornitur jew il-bank issodisfaw b’<HT TYPE="ITALIC">bona</HT> <HT TYPE="ITALIC">fide</HT> l-obbligu tagħhom li jinformaw lill-parti kontraenti tagħhom, meta l-livell massimu ta’ dejn tal-konsumaturi impost mill-Bank nazzjonali tar-Rumanija ġie kkalkulat b’riferiment għar-rata ta’ kambju fis-seħħ fid-data tal-konklużjoni tas-self?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 93/13 u l-ġurisprudenza relatata magħha kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività jipprekludu li, wara l-konstatazzjoni tal-karattru inġust ta’ klawżola dwar ir-responsabbiltà għar-riskju ta’ bidla, il-kuntratt jissussisti mingħajr modifiki? Liema modifika tkun possibbli sabiex titwarrab il-klawżola inġusta u jiġi osservat il-prinċipju ta’ effettività?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali li ma kinitx is-suġġett ta’ negozjati individwali, iżda li tirrifletti regola li, skont il-liġi nazzjonali, tapplika bejn il-partijiet kontraenti meta ma jkun ġie miftiehem ebda arranġament ieħor f’dan ir-rigward, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13, li jirrigwarda l-klawżoli li jirriflettu d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari imperattivi, jistabbilixxi esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>OTP Bank u OTP Faktoring</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑51/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:750">EU:C:2018:750</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Din l-esklużjoni hija ta’ interpretazzjoni stretta u l-applikazzjoni tagħha tippreżupponi li jkunu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet, jiġifieri li, minn naħa, il-klawżola kuntrattwali għandha tirrifletti dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolamentari u, min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni għandha tkun imperattiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:138">EU:C:2020:138</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Kif joħroġ mit-tlettax-il premessa tad-Direttiva 93/13, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>disposizzjonijiet mandatarji [imperattivi] statutorji jew regolatorji<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li tinsab fl-Artikolu 1(2) tagħha, tkopri wkoll ir-regoli li, skont il-liġi nazzjonali, japplikaw bejn il-partijiet kontraenti meta ma jkun ġie miftiehem ebda arranġament ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>RWE Vertrieb</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:180">EU:C:2013:180</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190403">3 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>Aqua Med</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:282">EU:C:2019:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset b’mod repetittiv li din l-esklużjoni mill-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 93/13 hija ġġustifikata mill-fatt li, bħala prinċipju, huwa leġittimu li jiġi preżunt li l-leġiżlatur nazzjonali stabbilixxa bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-partijiet għal ċerti kuntratti (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>RWE Vertrieb</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:180">EU:C:2013:180</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>OTP Bank u OTP Faktoring</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑51/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:750">EU:C:2018:750</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt li l-leġiżlatur nazzjonali stabbilixxa bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-partijiet f’ċerti kuntratti ma jikkostitwixxix kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-esklużjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13, iżda l-ġustifikazzjoni ta’ tali esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sabiex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet tal-esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 humiex issodisfatti, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-klawżola kuntrattwali kkonċernata tirriflettix dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li japplikaw b’mod imperattiv bejn il-partijiet kontraenti indipendentement mill-għażla tagħhom jew dispożizzjonijiet ta’ natura supplenti u għaldaqstant applikabbli awtomatikament, jiġifieri fl-assenza ta’ arranġament differenti bejn il-partijiet f’dan ir-rigward (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>RWE Vertrieb</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:180">EU:C:2013:180</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kušionová</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑34/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2189">EU:C:2014:2189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Andriciuc <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑186/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:703">EU:C:2017:703</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:138">EU:C:2020:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-klawżola stipulata fil-punt 1 tat-Taqsima 4 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ta’ rifinanzjament, li n-natura inġusta tagħha hija allegata mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, tipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[k]ull ħlas magħmul abbażi tal-kuntratt għandu jsir fil-munita tas-self […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju enfasizzat li tali klawżola tirrifletti l-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>nominaliżmu monetarju<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, kif stipulat fl-Artikolu 1578 tal-Kodiċi Ċivili. Skont dan l-artikolu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>id-debitur għandu jħallas is-somma numerika mislufa u għandu jħallas din is-somma biss fil-munita viġenti fil-mument tal-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Barra minn hekk, dik il-qorti kklassifikat l-Artikolu 1578 tal-Kodiċi Ċivili bħala dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ natura supplenti, jiġifieri li din tkun applikabbli għall-kuntratti ta’ self meta l-partijiet ma jkunux għamlu arranġament differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li, skont il-qorti tar-rinviju, il-klawżola tal-kundizzjonijiet ġenerali li n-natura inġusta tagħhom hija allegata mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tirrifletti dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li hija ta’ natura supplenti, hija taqa’ taħt l-esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fil-verżjoni bil-lingwa Rumena, il-kliem tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 juża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/><HT TYPE="ITALIC">normă</HT> <HT TYPE="ITALIC">obligatorie</HT><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>dispożizzjoni obbligatorja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) fejn il-verżjoni bil-lingwa Franċiża tuża dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>disposition impérative<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>dispożizzjoni imperattiva<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>). Kuntrarjament għat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>imperattiv<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li jeskludi d-dispożizzjonijiet ta’ natura supplenti, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>obbligatorju<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jinkludi tali dispożizzjonijiet. Għaldaqstant, għandu jiġi ddeterminat liema verżjoni lingwistika hija korretta, billi wieħed jibbaża ruħu fuq l-iskop finali u l-għanijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-formulazzjoni użata f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala l-unika bażi għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jew tingħata prijorità fuq<?PAGE NO="7"?> il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom, fil-fatt, jiġu interpretati u applikati b’mod uniformi, fid-dawl tal-verżjonijiet bil-lingwi kollha tal-Unjoni. Fil-każ ta’ diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-iskop finali tal-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Kurcums Metal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:721">EU:C:2012:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Grupo Itevelesa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:685">EU:C:2015:685</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Kif ġie rrilevat fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari imperattivi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13, tkopri wkoll, fid-dawl tat-tlettax-il premessa tagħha, regoli supplenti, jiġifieri dawk li, skont il-liġi, japplikaw bejn il-partijiet kontraenti meta ma jkun ġie miftiehem ebda arranġament ieħor. Issa, minn din il-perspettiva, din id-dispożizzjoni ma tagħmel ebda distinzjoni bejn, minn naħa, id-dispożizzjonijiet li japplikaw indipendentement mill-għażla tal-partijiet kontraenti u, min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet supplenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, il-fatt li tista’ ssir deroga minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali supplenti huwa irrilevanti għall-finijiet tal-verifika dwar jekk klawżola kuntrattwali li tirrifletti tali dispożizzjoni hijiex eskluża, skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13, mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-fatt li klawżola kuntrattwali li tirrifletti waħda mid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 ma kinitx suġġetta għal negozjati individwali ma għandux effett fuq l-esklużjoni tagħha mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, konformement mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, l-assenza ta’ negozjati individwali hija kundizzjoni marbuta mal-ftuħ tal-istħarriġ tan-natura inġusta ta’ klawżola li ma jistax iseħħ meta l-klawżola kuntrattwali ma tkunx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali li ma kinitx suġġetta għal negozjati individwali, iżda li tirrifletti regola li, skont il-liġi nazzjonali, tapplika bejn il-partijiet kontraenti meta ma jkun ġie miftiehem ebda arranġament ieħor f’dan ir-rigward, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Billi l-qorti tar-rinviju tqis li l-klawżola kuntrattwali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrifletti dispożizzjoni nazzjonali kklassifikata li hija supplenti, jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet premessi li din ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13 skont l-Artikolu 1(2) tagħha. Konsegwentement, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali li ma kinitx suġġetta għal negozjati individwali, iżda li tirrifletti regola li, skont il-liġi nazzjonali, tapplika bejn il-partijiet kontraenti meta ma jkun ġie miftiehem ebda arranġament ieħor f’dan ir-rigward, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="8"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>