3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 229/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/1453]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 117/66/KEE tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 1966 dwar l-introduzzjoni ta’ regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (1) ġie mħassar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta’ Marzu 1992 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (2), li huma t-tnejn inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u għalhekk ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 117/66/KEE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1016/68 tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 1968 li jippreskrivi d-dokumenti ta' kontroll mudell imsemmija fl-Artikoli 6 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 117/66/KEE (3) u r-Regolament (KEE) Nru 1172/72 tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 1972 li jippreskrivi l-forma tad-dokumenti msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 517/72 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 516/72 (4), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ġew imħassra permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1839/92 tal-1 ta’ Lulju 1992 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 rigward dokumenti għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri (5), li ġie mħassar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 tat-2 ta’ Ottubru 1998 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 u (KE) Nru 12/98 rigward dokumenti dwar it-trasport ta’ passiġġieri nil-coach u x-xarabank (6), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u għalhekk ir-referenzi għar-Regolamenti (KEE) Nru 1016/68 u (KEE) Nru 1172/72 għandhom jitħassru mill-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3164/76 tas-16 ta’ Diċembru 1976 dwar il-kwota Komunitarja għat-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn Stati Membri (7) ġie mħassar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 tas-26 ta’ Marzu 1992 dwar l-aċċess għas-suq fil-ġarr tal-merkanzija bit-triq ġewwa l-Komunità minn jew lejn it-territorju ta’ Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew iktar (8), li huma t-tnejn inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u għalhekk ir-referenza għar-Regolament (KEE) Nru 3164/76 għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1102/89 tas-27 ta’ April 1989 li jistabbilixxi ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89 dwar titjib strutturali fi trasport f'mogħdijat interni (9), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, ġie mħassar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 805/1999 tas-16 ta’ April 1999 li jistabbilixxi ċerti miżuri għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar l-istrateġija tal-kapaċità tal-flotta Komunitarja sabiex ikun imħeġġeġ it-trasport bil-kanali interni (10), li ġie mħassar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 181/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi ċerti miżuri għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar l-istrateġija tal-kapaċità tal-flotta Komunitarja sabiex ikun imħeġġeġ it-trasport bil-kanali interni (11), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u għalhekk ir-referenza għar-Regolament (KEE) Nru 1102/89 għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2326/96 tal-4 ta’ Diċembru 1996 li jqassam, għall-1996, il-kontribuzzjonijiet mill-Komunità u l-Istati Membri konċernati lill-fondi ta' skrappjar imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89 dwar titjib strutturali fit-trasport bil-baħar intern (12), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, ma għadux validu u għalhekk għandu jiġi mħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2327/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema transitorja ta' punti li tapplika għall-vetturi li jġorru merkanzija tqila li jgħaddu mill-Awstrija għal 2004 fil-qafas ta' politika ta' trasport sostenibbli (13), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, ma għadux validu u għalhekk għandu jiġi mħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 287/2008 tat-28 ta’ Marzu 2008 dwar l-estensjoni tal-perjodu ta' validità msemmi fl-Artikolu 2c(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 (14), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, ma għadux validu u għalhekk għandu jiġi mħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/684/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar taħriġ vokazzjonli għal ċerti sewwieqa li jitttrasportaw merkanzija perikoluża bit-triq (15), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, ġiet imħassra permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (16), li ġiet imħassra permezz tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (17), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u għalhekk ir-referenza għad-Direttiva 89/684/KEE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta’ liċenzji tal-persunal għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili (18) u d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (19) ġew imħassra permezz tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (20) sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) rispettivament, li huma kollha inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u għalhekk ir-referenza għad-Direttiva 2004/36/KE u d-Direttiva 91/670/KEE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(10)

It-tmien Direttiva 97/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1997 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf (23), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, ma għadhiex valida u għalhekk għandha tiġi mħassra skont il-Ftehim ŻEE.

(11)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar it-tagħmir tal-pressa trasportabbli (24) ġiet imħassra permezz tad-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar it-tagħmir tal-pressa trasportabbli u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (25), li huma t-tnejn inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u għalhekk ir-referenza għad-Direttiva 1999/36/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/569/KE tat-28 ta’ Lulju 1999 dwar parametri bażiċi għas-subsistema ta' kmand-u-kontroll u sinjalar fir-rigward ta' sistema tal-farrovija ta' veloċità għolja trans-Ewropea (26) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/260/KE tal-21 ta’ Marzu 2001 dwar il-parametri bażiċi tas-sottosistema ta' senjalazzjoni u kontroll ta' kmandi tas-sistema ta' ferroviji ta' veloċità kbira li jaqsmu l-Ewropa, is-sottosistema isejħulha “l-karatteristċi ta' l-ERTMS” fl-Anness II(3) tad-Direttiva 96/48/KE (27), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ma baqgħux fis-seħħ permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/731/KE tat-30 ta’ Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità li għandha x’taqsam mas-sub-sistema ta’ kmand ta’ kontroll u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (28), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u għalhekk ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet 1999/569/KE u 2001/260/KE għandhom jitħassru mill-Ftehim ŻEE.

(13)

Id-Deċiżjoni 2002/731/KE ġiet imħassra permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860/KE tas-7 ta’ Novembru 2006 li tikkonċerna speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ kontroll u l-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja u li temenda l-Anness A tad-Deċiżjoni 2006/679/KE li tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ kontroll u l-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali (29), li huma t-tnejn inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u għalhekk ir-referenza għad-Deċiżjoni 2002/731/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/733/KE tat-30 ta’ Mejju 2002 li tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità li titratta s-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja ta’ velocità kbira trans-Ewropea msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/48/KE (30) ġiet imħassra permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/284/KE tas-6 ta’ Marzu 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (STI) rigward is-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja tranżEwropea ta’ veloċità għolja (31), li huma t-tnejn inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u għalhekk ir-referenza għad-Deċiżjoni 2002/733/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(15)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/446/KE tad-29 ta’ April 2004 li tispeċifika l-parametri bażiċi tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għal Interoperabilità tal-Istorbju, Vaguni tal-Merkanzija u Applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija msemmija fid-Direttiva 2001/16/KE (32), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, ma baqgħetx applikabbli permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/66/KE tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jikkonċerna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità relatata mas-sottosistema “rolling stock — storbju” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (33), li tħassret permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/229/UE tal-4 ta’ April 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistema “vetturi ferrovjarji — storbju” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (34), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u għalhekk ir-referenza għad-Deċiżjoni 2004/446/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(16)

L-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE ma għadux validu u għalhekk għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

(17)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punti 17f (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE), 24 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/684/KEE), 26 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3164/76), 26e (ir-Regolament (KE) Nru 2327/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 30 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 117/66/KEE), 31. (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1016/68), 34. (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1172/72), 37ab (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/731/KE), 37ad (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/733/KE), 37b (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/569/KE), 37c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/260/KE), 37e (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/446/KE), 42c (id-Direttiva tal-Kunsill1999/36/KE), 44a (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2326/96), 45 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1102/89), 66pa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008), 66r (id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 68a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE) u 68b (it-Tmien Direttiva 97/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU 147, 9.8.1966, p. 2688/66.

(2)   ĠU L 74, 20.3.1992, p. 1.

(3)   ĠU L 173, 22.7.1968, p. 8.

(4)   ĠU L 134, 12.6.1972, p. 1.

(5)   ĠU L 187, 7.7.1992, p. 5.

(6)   ĠU L 268, 3.10.1998, p. 10.

(7)   ĠU L 357, 29.12.1976, p. 1.

(8)   ĠU L 95, 9.4.1992, p. 1.

(9)   ĠU L 116, 28.4.1989, p. 30.

(10)   ĠU L 102, 17.4.1999, p. 64.

(11)   ĠU L 56, 29.2.2008, p. 8.

(12)   ĠU L 316, 5.12.1996, p. 13.

(13)   ĠU L 345, 31.12.2003, p. 30.

(14)   ĠU L 87, 29.3.2008, p. 3.

(15)   ĠU L 398, 30.12.1989, p. 33.

(16)   ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7.

(17)   ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.

(18)   ĠU L 373, 31.12.1991, p. 21.

(19)   ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76.

(20)   ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(21)   ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1.

(22)   ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1.

(23)   ĠU L 206, 1.8.1997, p. 62.

(24)   ĠU L 138, 1.6.1999, p. 20.

(25)   ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1.

(26)   ĠU L 216, 14.8.1999, p. 23.

(27)   ĠU L 93, 3.4.2001, p. 53.

(28)   ĠU L 245, 12.9.2002, p. 37.

(29)   ĠU L 342, 7.12.2006, p. 1.

(30)   ĠU L 245, 12.9.2002, p. 280.

(31)   ĠU L 104, 14.4.2008, p. 1.

(32)   ĠU L 155, 30.4.2004, p. 1.

(33)   ĠU L 37, 8.2.2006, p. 1.

(34)   ĠU L 99, 13.4.2011, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.