|
20.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/21 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1980
tad-19 ta’ Ottubru 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/626 li tistabbilixxi l-Portal InvestEU u tfassal l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/626 (2) li tistabbilixxi l-Portal InvestEU jenħtieġ li tiġi emendata sabiex il-proġetti mill-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA, European Free Trade Association) ikunu jistgħu jiġu ppubblikati fuq il-Portal InvestEU. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/626 jenħtieġ li tiġi emendata wkoll sabiex tiġi ċċarata l-maturità tal-proġetti li huma eliġibbli biex jiġu ppubblikati fuq il-Portal InvestEU, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/626 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/626 tal-14 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-Portal InvestEU u tfassal l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 183).