European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2772

16.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Mejju 2025

li taħtar 11-il membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

(C/2025/2772)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru bħala membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (il-“Bord ta' Tmexxija”).

(2)

Il-Membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jinħatru abbażi tal-esperjenza u l-kompetenza esperta rilevanti tagħhom fl-oqsma tas-sigurtà kimika jew ir-regolamentazzjoni ta' sustanzi kimiċi, u abbażi li fost il-membri tal-bord hemm disponibbli l-kompetenza esperta rilevanti fl-oqsma ta' affarijiet ġenerali, finanzjarji u legali.

(3)

It-tul ta' żmien tal-mandat huwa ta' erba' snin u jista' jiġġedded darba.

(4)

B'Deċiżjoni tas-6 ta' Mejju 2021 il-Kunsill ħatar 12-il Membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (2).

(5)

Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija nnominati miċ-Ċekja, l-Estonja, Spanja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, is-Slovenja, il-Finlandja, u l-Iżvezja nħatru għal perjodu ta' erba' snin li jintemm fil-31 ta' Mejju 2025.

(6)

Il-Kunsill irċieva n-nomini mill-Istati Membri kkonċernati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru Membri tal-Bord ta' Tmexxija għat-tieni mandat, mill-1 ta' Ġunju 2025 sal-31 ta' Mejju 2029:

—

Sur Per ÄNGQUIST, l-Iżvezja;

—

Dr Szilvia DEIM, l-Ungerija;

—

Sur Jérôme FAÉ, il-Lussemburgu;

—

Sur Kees HOPPENER, in-Netherlands;

—

Dr Pasqualino ROSSI, l-Italja.

Artikolu 2

Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru Membri tal-Bord ta' Tmexxija għall-ewwel mandat, mill-1 ta' Ġunju 2025 sal-31 ta' Mejju 2029:

—

Sa Simona FAJFAR, is-Slovenja;

—

Sa Olivia FALB-NADERER, l-Awstrija;

—

Sa Mari-Anne HÄRMA, l-Estonja;

—

Sa Almudena OVEJAS ZAPATA, Spanja;

—

Sa Hinni Maria PAPPONEN, il-Finlandja;

—

Sa Michaela VYTOPILOVÁ, iċ-Ċekja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

B. NOWACKA


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj.

(2)   ĠU C 185, 12.05.2021, p. 4.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2772/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)