IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell,21.3.2018
COM(2018) 142 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda
għall-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE
(Atti EMIR Livell 2)
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru
ta’
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1515 tal-5 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' tranżizzjoni li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(2)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(3)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(4)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar, kif ikkoreġut minn ĠU L 196, 21.7.2016, p. 56, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(5)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/104 tad-19 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 148/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(6)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tal-iskadenza għall-konformità mal-obbligi tal-ikklerjar għal ċerti kontropartijiet li jittrattaw id-derivati OTC irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(7)Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/105 tas-26 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet, kif ikkoreġut minn ĠU L 19, 25.1.2017, p. 97, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(8)L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1.L-inċiż li ġej jiddaħħal fil-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
‘-32015 R 1515: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1515 tal-5 ta' Ġunju 2015 (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 63)."
2.It-test tal-punt 31bcb (Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1247/2012) huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘32012 R 1247: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 20), kif emendat b’dan li ġej:
-32017 R 0105: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/105 tas-26 ta’ Ottubru 2016 (ĠU L 17, 21.1.2017, p. 17), kif ikkoreġut minn ĠU L 19, 25.1.2017, p. 17.
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)Fl-Artikolu 4(5) u fl-Artikolu 4b, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “fiż-ŻEE” għanu jiddaħħal wara l-kliem “id-data tal-applikazzjoni”.
(b)Fl-Artikolu 5, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:
(i)il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinqraw kif ġej:
“1.
Il-kuntratti derivattivi għandhom jiġu rrappurtati:
(a)Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [tal-JCD 32013R0148.A09] meta repożitorju tat-tranżazzjonijiet għal dik il-klassi partikolari ta’ derivattivi jkun ġie rreġistrat skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [JCD 32013R0148.A09];
(b)90 jum wara r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet għal klassi partikolari ta’ derivattivi skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, meta ma jkunx hemm repożitorju tat-tranżazzjonijiet reġistrat għal dik il-klassi partikolari ta’ derivattivi fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [tal-JCD 32013R0148.A09] jew qabilha, iżda fi kwalunkwe każ mhux qabel sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [JCD 32013R0148.A09];
(c)Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [tal-JCD 32013R0148.A09], meta ma jkunx hemm repożitorju tat-tranżazzjonijiet reġistrat għal dik il-klassi partikolari ta’ derivattivi skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [JCD 32013R0148.A09]. L-obbligu tar-rappurtar għandu jibda f’din id-data u l-kuntratti għandhom jiġu rapportati lill-ESMA skont l-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament sakemm jiġi rreġistrat repożitorju tat-tranżazzjonijiet għal dik il-klassi partikolari ta’ derivattivi.”;
(ii)fil-paragrafi 3 u 4, il-kliem “is-16 ta’ Awwissu 2012” għandu jsir “l-1 ta’ Lulju 2017”.’
3.dan li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 31bce (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013), b’effett minn... [daħħal: disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni]:
“, kif emendat bi:
-32017 R 0104: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/104 tad-19 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 17, 21.1.2017, p. 1)."
4.Dan li ġej jiżdied wara l-punt 31bco (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2014):
“31bcp. 32015 R 2205: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13), kif emendat b’li ġej:
-32017 R 0751: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 15).
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)Fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “Jannar, Frar u Marzu 2016” għandu jinqara “Jannar, Frar u Marzu …[daħħal: sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni]”.
(b)Fl-Artikolu 3:
(i)fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinqara kif ġej:
Fir-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:
(a)sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] fil-każ ta’ kontropartijiet fil-Kategorija 1;
(b)sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] fil-każ ta’ kontropartijiet fil-Kategorija 2;
(c)fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;
(d)sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] fil-każ ta’ kontropartijiet fil-Kategorija 4.”;
(ii)fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “, jew bejn kontroparti stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet inklużi f’kategoriji differenti ta’ kontropartijiet”;
(iii)fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jinqara kif ġej:
“B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li ma jkunux il-kontropartijiet tal-Kategorija 4 li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fiż-ŻEE, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:
(a)sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] f’każ li ebda deċiżjoni ekwivalenti adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti ma tkun tapplika fiż-ŻEE; jew
(b)l-aħħar fost id-dati segwenti fil-każ li deċiżjoni ta' ekwivalenza adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti tkun tapplika fiż-ŻEE:
(i)60 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li fiha d-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiz terz relevanti;
(ii)id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.”.
(c)Fl-Artikolu 4:
(i)fil-paragrafu 1, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem "il-21 ta’ Frar 2016" għandu jsir "fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]";
(ii)fil-paragrafu 2, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem "il-21 ta’ Mejju 2016" għandu jsir "ħames xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]";
(iii)fil-paragrafu 4, il-kliem “, bejn kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu jappartjenu għal kategoriji differenti.”
31bcq. 32016 R 0592: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 5), kif emendat b’li ġej:
-32017 R 0751: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 15).
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)Fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “Jannar, Frar u Marzu 2016” għandu jinqara “Jannar, Frar u Marzu …[daħħal: sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni]”.
(b)Fl-Artikolu 3:
(i)fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinqara kif ġej:
Fir-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:
(a)sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] fil-każ ta’ kontropartijiet fil-Kategorija 1;
(b)tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] fil-każ ta’ kontropartijiet fil-Kategorija 2;
(c)fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;
(d)disgħa u tletin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] fil-każ ta’ kontropartijiet fil-Kategorija 4.”;
(ii)fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “, jew bejn kontroparti stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet inklużi f’kategoriji differenti ta’ kontropartijiet”;
(iii)fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jinqara kif ġej:
“B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li ma jkunux il-kontropartijiet tal-Kategorija 4 li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fiż-ŻEE, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:
(a)disgħa u tletin xhar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] f’każ li ebda deċiżjoni ekwivalenti adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti tma kun tapplika fiż-ŻEE; jew
(b)l-aħħar fost id-dati segwenti fil-każ li deċiżjoni ta' ekwivalenza adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti tkun tapplika fiż-ŻEE:
(i)60 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li fiha d-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;
(ii)id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.”.
(c)Fl-Artikolu 4:
(i)Fil-paragrafi 1 u 2, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem "id-9 ta’ Ottubru 2016" għandu jsir "ħames xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]";
(ii)fil-paragrafu 4, il-kliem “, bejn kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu jappartjenu għal kategoriji differenti.”
31bcr. 32016 R 1178: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 3), kif ikkoreġut permezz ta’ ĠU L 196, 21.7.2016, p. 56, kif emendat b’li ġej:
-32017 R 0751: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 15).
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)Fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “Jannar, Frar u Marzu 2016” għandu jinqara “Jannar, Frar u Marzu …[daħħal: sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni]”.
(b)Fl-Artikolu 3:
(i)fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinqara kif ġej:
“Fir-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness I, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:
(a)sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] fil-każ ta’ kontropartijiet fil-Kategorija 1;
(b)sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] fil-każ ta’ kontropartijiet fil-Kategorija 2;
(c)fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;
(d)sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] fil-każ ta’ kontropartijiet fil-Kategorija 4.”;
(ii)fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “, jew bejn kontroparti stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet inklużi f’kategoriji differenti ta’ kontropartijiet”;
(iii)fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jinqara kif ġej:
“B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, fir-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness I u konklużi bejn kontropartijiet li ma jkunux il-kontropartijiet tal-Kategorija 4 li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fiż-ŻEE, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:
(a)sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni] f’każ li ebda deċiżjoni ekwivalenti adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti ma tkun tapplika fiż-ŻEE; jew
(b)l-aħħar fost id-dati segwenti fil-każ li deċiżjoni ta' ekwivalenza adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti tkun tapplika fiż-ŻEE:
(i)60 ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li fiha d-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li jkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;
(ii)id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.”.
(c)Fl-Artikolu 4:
(i)fil-paragrafi 1 u 2, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem "id-9 ta’ Ottubru 2016" għandu jsir "xahrejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]";
(ii)fil-paragrafu 4, il-kliem “, bejn kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat tal-EFTA u kontroparti finanzjarja stabbilita fi Stat Membru tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu jappartjenu għal kategoriji differenti”.”
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2015/1515, (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592, (UE) 2016/1178, kif ikkoreġuti permezz ta’ ĠU L 196, 21.7.2016, p. 56, (UE) 2017/104, u (UE) 2017/751 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/105, kif ikkoreġut permezz ta’ ĠU L 19, 25.1.2017, p. 97, bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE