Brussell,21.3.2018

COM(2018) 142 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

(Atti EMIR Livell 2)


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru


ta’


li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad- data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad- dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet 1 irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP 2 irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad- data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet 3 irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad- data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id- dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta 4 jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti kapitali għall-kontropartijiet ċentrali 5 jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali 6 jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2013 tat-28 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kulleġġi għall-kontropartijiet ċentrali 7 jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1002/2013 tat-12 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-lista ta’ entitajiet eżentati 8 jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2013 tat-12 ta’ Lulju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet 9 irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2014 tat- 13 ta’ Frar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-effett dirett, sostanzjali u prevedibbli tal-kuntratti fl-Unjoni, u biex ma jkunx hemm l-evażjoni ta’ regoli jew ta’ obbligi 10 jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2014 tat- 13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta' proċedura dwar penali imposti fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali 11 jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(12)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet 12 irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(13)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet 13 irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(14)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format tar-rekords li għandhom jinżammu minn kontropartijiet ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet 14 irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(15)Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 484/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kapital ipotetiku ta' kontroparti ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(16)Jenħtieġ għalhekk li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.Dan li ġej jiżdied mal-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

-32013 R 1002: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1002/2013 tat-12 ta’ Lulju 2013 (ĠU L 279, 19.10.2013, p. 2)."

2.Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bcai (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2042):

‘31bcb. 32012 R 1247: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 20).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikolu 5, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)il-paragrafu 1 u 2 għandhom jinqraw kif ġej:

“1.    Il-kuntratti derivattivi għandhom jiġu rrappurtati:

(a)Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’… [din id-deċiżjoni], meta repożitorju tat-tranżazzjonijiet għal dik il-klassi partikolari ta’ derivattivi jkun ġie rreġistrat skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni];

(b)90 jum wara r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet għal klassi partikolari ta’ derivattivi skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, meta ma jkunx hemm repożitorju tat-tranżazzjonijiet reġistrat għal dik il-klassi partikolari ta’ derivattivi fid-data jew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni], iżda fi kwalunkwe każ mhux qabel sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni];

(c)Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’… [din id-deċiżjoni], meta l-ebda repożitorju tat-tranżazzjonijiet għal dik il-klassi partikolari ta’ derivattivi ma jkun ġie rreġistrat skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]; L-obbligu tar-rapportar għandu jibda f’din id-data u l-kuntratti għandhom jiġu rapportati lill-ESMA skont l-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament sakemm jiġi rreġsitrat repożitorju tat-tranżazzjonijiet għal dik il-klassi partikolari ta’ derivattivi.”;

(ii)Fil-paragrafu 3 u 4, il-kliem “is-16 ta’ Marzu 2012” għandu jsir “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 206/2016 tat-30 ta’ Settembru 2016’.

31bcc. 32012 R 1248: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 30).

31bcd. 32012 R 1249: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format tar-rekords li għandhom jinżammu minn kontropartijiet ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 32).

31bce. 32013 R 0148: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad- data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 1).

31bcf. 32013 R 0149: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikolu 12, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)il-kliem “u inkluż it-28 ta’ Frar 2014” għandu jsir “sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]”;

(ii)il-kliem “wara t-28 ta’ Frar 2014” għandu jsir “sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]”;

(iii)il-kliem “u inkluż il-31 ta’ Awwissu 2013” għandu jsir “ħames xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]”;

(iv)il-kliem “wara l-31 ta’ Awwissu 2013” għandu jsir “ħames xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]”;

(v)il-kliem “u inkluż il-31 ta’ Awwissu 2014” għandu jsir “sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]”;

(vi)il-kliem “wara l-31 ta’ Awwissu 2014” għandu jsir “sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]”;

31bcg. 32013 R 0150: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad- data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 25).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

Il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘ESMA’.

31bch. 32013 R 0151: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad- data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id- dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 33).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)L-Artikolu 2(3) għandu japplika fir-rigward tal-Istati tal-EFTA suġġett għall-kontenut u d-dħul fis-seħħ ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija.

(b)Fl-Artikolu 3, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)fil-paragrafu 1, il-kliem “l-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 75” għandu jsir “l-Istat tal-EFTA fejn ikun stabbilit kif imsemmi fl-Artikolu 81(3)(f)”;

(ii)fil-paragrafu 2, il-kliem “l-ESMA kif imsemmija fl-Artikolu 76” għandu jsir “l-Istat tal-EFTA fejn ikun stabbilit kif imsemmi fl-Artikolu 81(3)(i)”;

31bci. 32013 R 0152: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti kapitali għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 37).

31bcj. 32013 R 0153: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

(a)Fl-Artikolu 2(i), il-kliem “il-munita tal-Unjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “il-munita uffiċjali ta’ Parti Kontraenti għall-Ftehim ŻEE”.

31bck. 32013 R 0876: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2013 tat-28 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kulleġġi għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 244, 13.9.2013, p. 19).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Il-kliem “il-muniti tal-Unjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “il-muniti uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE”.

31bcl. 32013 R 1003: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2013 tat-12 ta' Lulju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 279, 19.10.2013, p. 4).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)Fl-Artikolu 1, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)”.

(b)Fl-Artikoli 2 u 4, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ’ għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.

(c)Fl-Artikolu 10(2):

(i)fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “ESMA” għandha ssir “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta, fir-rigward tar-repożitorji tan-negozju stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tirrimborża t-tariffa għar-reġistrazzjoni mħallsa, l-ESMA għandha tagħmel disponibbli, mingħajr dewmien, l-ammonti li għandhom jiġu rimborżati lil repożitorju tan-negozju lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għal dak l-għan.”

(d)Fl-Artikolu 11:

(i)is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

“Meta, fir-rigward tar-repożitorji tan-negozju stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tibgħat il-fatturi għall-ħlasijiet parzjali, l-ESMA tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bil-kalkoli meħtieġa fir-rigward ta’ kull repożitorju tan-negozju fi żmien suffiċjenti qabel id-data tal-ħlas rispettiva.”.

(ii)fil-paragrafu 2, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma "ESMA" għadha ssir "l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA".

(e)Fl-Artikolu 13:

(i)fil-paragrafu 1, il-kliem “L-ESMA biss” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “L-ESMA biss jew, fir-rigward tar-repożitorji tan-negozju stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)fil-paragrafu 2, il-kliem "jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ" jiddaħħal wara l-kelma "ESMA";

31bcm. 32014 R 0285: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2014 tat-13 ta' Frar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-effett dirett, sostanzjali u prevedibbli tal-kuntratti fl-Unjoni, u biex ma jkunx hemm l-evażjoni ta’ regoli jew ta’ obbligi (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikoli 4, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem "l-10 ta' Ottubru 2014" għandu jsir "fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]”.

31bcn. 32014 R 0484: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 484/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kapital ipotetiku ta' kontroparti ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 57).

31bco. 32014 R 0667: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta' proċedura dwar penali imposti fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 31).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)Fl-Artikolu 1, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)” u “ESMA” għandha ssir “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

(b)Fl-Artikolu 2, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA" għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “ESMA”.

(c)Fl-Artikolu 3, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “ESMA”;

(ii)il-kliem “tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA b’dan. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha, mingħajr dewmien żejjed,” għandu jiddaħħal wara l-kliem “għandha” fil-paragrafi 2, 4 u 5 u qabel il-kliem “tieħu deċiżjoni li tagħlaq il-każ” fil-paragrafu 3;

(iii)fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, u fit-tielet sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, il-kliem “, qabel il-preparazzjoni tal-abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “ESMA”;

(iv)fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4, u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, il-kliem “jew, skont kif ikun il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “l-ESMA”;

(v)fil-paragrafu 6, il-kelma “ESMA” għandha ssir “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

(d)Fl-Artikolu 4, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)fl-ewwel subparagrafu, il-kelma “ESMA” għandha ssir “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)fir-raba’ subparagrafu, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.

(e)Fl-Artikolu 5, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)il-kliem “jew, skont kif ikun il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “Jekk hekk mitlub, l-ESMA”;

(ii)il-kliem “l-ESMA bagħtet dikjarazzjoni ta’ sejbiet” għandu jsir “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bagħtet dikjarazzjoni ta’ sejbiet”.

(f)Fl-Artikolu 6, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)fil-paragrafi 1 u 4, il-kelma “ESMA” għandha ssir “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)fil-paragrafu 3, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;

(iii)fil-paragrafu 5, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“It-terminu ta’ preskrizzjoni biex jiġu imposti multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-EFTA tkun soġġetta għal proċedimenti quddiem il-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 35 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”.

(g)Fl-Artikolu 7, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)il-kelma “ESMA” għandha ssir “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)fil-paragrafu 5(b), il-kliem “il-Bord tal-Appell tal-ESMA, f’konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012” għandu jsir “il-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 35 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja”.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) Nru 148/2013, (UE) Nru 149/2013, (UE) Nru 150/2013, (UE) Nru 151/2013, (UE) Nru 152/2013, (UE) Nru 153/2013, (UE) Nru 876/2013, (UE) Nru 1002/2013, (UE) Nru 1003/2013, (UE) Nru 285/2014 u (UE) Nru 667/2014 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012, (UE) Nru 1248/2012, (UE) Nru 1249/2012 u (UE) Nru 484/2014 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE*.

16Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President
   
   
   
   Is-Segretarji
   tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

(1)    ĠU L 52, 23.2.2013, p. 1.
(2)    ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11.
(3)    ĠU L 52, 23.2.2013, p. 25.
(4)    ĠU L 52, 23.2.2013, p. 33.
(5)    ĠU L 52, 23.2.2013, p. 37.
(6)    ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41.
(7)    ĠU L 244, 13.9.2013, p. 19.
(8)    ĠU L 279, 19.10.2013, p. 2.
(9)    ĠU L 279, 19.10.2013, p. 4.
(10)    ĠU L 85, 21.3.2014, p. 1.
(11)    ĠU L 179, 19.6.2014, p. 31.
(12)    ĠU L 352, 21.12.2012, p. 20.
(13)    ĠU L 352, 21.12.2012, p. 30.
(14)    ĠU L 352, 21.12.2012, p. 32.
(15)    ĠU L 138, 13.5.2014, p. 57.
(16) *    [Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]