IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 21.3.2018
COM(2018) 142 final
2018/0068(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda
għall-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
(Atti EMIR Livell 2)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta
Iż-żewġ abbozzi tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (annessi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta) għandhom l-għan li jemendaw l-Anness IX (is-Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE sabiex jinkorpora r-Regolamenti Delegati u ta’ Implimentazzjoni tal-EMIR.
L-adattamenti li jidhru fl-abbozzi tad-Deċiżjonijiet annessi tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jmorru lil hinn minn dawk li jistgħu jitqiesu bħala sempliċiment adattamenti tekniċi fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2894/94. Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha għalhekk tiġi stabbilita mill-Kunsill.
Id-Deċiżjoni proposta hawnhekk tkopri żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE maħsuba biex jinkorporaw l-atti legali tal-UE li ġejjin.
Anness 1: Livell 2 (2012–2014)
(1)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad- data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad- dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet.
(2)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP.
(3)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad- data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
(4)Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad- data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id- dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta.
(5)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti kapitali għall-kontropartijiet ċentrali.
(6)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali.
(7)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2013 tat-28 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kulleġġi għall-kontropartijiet ċentrali.
(8)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1002/2013 tat-12 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-lista ta' entitajiet eżentati.
(9)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2013 tat-12 ta’ Lulju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet.
(10)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2014 tat- 13 ta’ Frar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-effett dirett, sostanzjali u prevedibbli tal-kuntratti fl-Unjoni, u biex ma jkunx hemm l-evażjoni ta’ regoli jew ta’ obbligi.
(11)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta' proċedura dwar penali imposti fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali.
(12)Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.
(13)Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.
(14)Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format tar-rekords li għandhom jinżammu minn kontropartijiet ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.
(15)Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 484/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kapital ipotetiku ta' kontroparti ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Anness 2: Atti tal-Livell 2 (2015-2017)
(16)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1515 tal-5 ta’ Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' tranżizzjoni li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet.
(17)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar.
(18)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar.
(19)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar, kif ikkoreġut minn ĠU L 196, 21.7.2016, p. 56.
(20)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/104 tad-19 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 148/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet.
(21)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/751 tas-16 ta’ Marzu 2017 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tal-iskadenza għall-konformità mal-obbligi tal-ikklerjar għal ċerti kontropartijiet li jittrattaw id-derivati OTC.
(22)Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/105 tas-26 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
L-abbozzi annessi tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jestendu l-politika tal-UE diġà eżistenti għall-Istati taż-ŻEE-EFTA (in-Norveġja, l-Iżlanda, u l-Liechtenstein).
•Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni
L-estensjoni tal-acquis tal-UE għall-Istati taż-ŻEE-EFTA, permezz tal-inkorporazzjoni tagħhom fil-Ftehim ŻEE qed issir f’konformità mal-objettivi u l-prinċipji ta’ dan il-Ftehim li jimmiraw lejn it-twaqqif ta’ Żona Ekonomika Ewropea dinamika u omoġenja, ibbażata fuq regoli komuni u kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-leġiżlazzjoni li se tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ŻEE jistipula li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni dwar Deċiżjonijiet bħal dawn, wara proposta mill-Kummissjoni.
Is-SEAE flimkien mas-servizzi tal-Kummissjoni jibagħtu l-abbozz ta’ Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Is-SEAE jittama li jkun fil-qagħda li jippreżentahom fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE kemm jista’ jkun malajr.
•Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà għar-raġuni li ġejja.
L-objettiv ta’ din il-proposta, jiġifieri li tiġi żgurata l-omoġeneità tas-Suq Intern ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-effetti, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni.
Il-proċess tal-inkorporazzjoni tal-acquis tal-UE fil-Ftehim ŻEE jitwettaq f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li jikkonferma l-approċċ li ttieħed.
•Proporzjonalità
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tagħha.
•Għażla tal-istrument
F'konformità mal-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, l-istrument magħżul huwa d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jiżgura l-implimentazzjoni u l-operat effettivi tal-Ftehim ŻEE. Għal dan l-għan, għandu jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fil-Ftehim ŻEE.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità ta’ leġiżlazzjoni eżistenti
Mhux applikabbli
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Mhux applikabbli
•Ġbir u użu tal-kompetenzi
Mhux applikabbli
•Valutazzjoni tal-impatt
Mhux applikabbli
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Mhux applikabbli
•Drittijiet fundamentali
Mhux applikabbli
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Ma hemm l-ebda implikazzjoni baġitarja mistennija bħala riżultat tal-inkorporazzjoni tal-atti msemmija hawn fuq fil-Ftehim taż-ŻEE.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
Mhux applikabbli
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
Mhux applikabbli
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Mhux applikabbli
2018/0068 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda
għall-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
(Atti EMIR Livell 2)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.
(2)Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji.
(3)L-atti li ġejjin jikkonċernaw is-servizzi finanzjarji u jridu jiġu inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE:
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2013,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1002/2013,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2014,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2014,
–Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012,
–Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2012,
–Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2012,
–Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 484/2014,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1515;
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2205;
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/592,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1178,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/104,
–Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/751,
–u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/105.
(4)L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,
(5)Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz mehmuż tad-deċiżjonijiet,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President