|
13.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10487 — CDPQ/Investcorp/ICR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 414/05)
1.
Fl-1 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Caisse de dépôt et placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada), |
|
— |
Investcorp Holdings B.S.C. (“Investcorp”, ir-Renju tal-Bahrain), |
|
— |
ICR OPCO, LLC (“ICR”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
CDPQ u Investcorp jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ICR.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CDPQ: investitur istituzzjonali fit-tul attiv globalment li jiġġestixxi fondi primarjament għal pjanijiet ta’ pensjoni u assikurazzjoni pubbliċi u parapubbliċi, Hija tinvesti dawn il-fondi globalment fi swieq finanzjarji importanti, f’ekwità privata, fl-infrastruttura u fil-proprjetà immobbli. |
|
— |
Investcorp: istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li taġixxi bħala prinċipal u bħala intermedjarju fi tranżazzjonijiet ta’ investiment internazzjonali, |
|
— |
ICR: komunikazzjoni strateġika u konsulenza, speċjalizzata f’relazzjonijiet mal-investituri, relazzjonijiet pubbliċi, komunikazzjonijiet ta’ kriżi u sitwazzjonijiet speċjali, immarkar diġitali tad-ditta, u soluzzjonijiet ta’ konsulenza kapitali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10487 — CDPQ/Investcorp/ICR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).