<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-635/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0635</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:510">EU:C:2018:510</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180628">28.6.2018</DATE> – Kawża C-635/16 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Definizzjoni tas-suġġett tar-rikors</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE)</KEYWORD><KEYWORD>Settur tat-trasport għall-perijodu 2014-2020</KEYWORD><KEYWORD>Sejħiet għas-sottomissjoni ta’ proposti</KEYWORD><KEYWORD>Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)</KEYWORD><KEYWORD>Ittra li tinforma lill-appellanti biċ-ċaħda tal-proposta tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ulterjuri tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi l-lista tal-proposti magħżula</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-635/16 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit-<DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV</HT>, stabbilita f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi), irrappreżentata minn Y. de Vries, advocaat,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J. Samnadda u J. Hottiaux, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn E. Levits, President tal-Awla, A. Borg Barthet u F. Biltgen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Spliethoff<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) qiegħda titlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20161011">11 ta’ Ottubru 2016</DATE>, Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il‑Kummissjoni (T-564/15, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>digriet appellat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:611">EU:T:2016:611</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament kienet tinsab fl-ittra elettronika tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-<DATE ISO="20021219">19 ta’ Diċembru 2002</DATE> li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235), jistabbilixxi l-qafas legali għall-ħolqien u għall-funzjonament tal-aġenziji eżekuttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-istabbilizzar u l-istralċ ta’ aġenziji eżekuttivi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il‑Kummissjoni tistà tiddeċiedi, wara analiżi minn qabel dwar kemm jaqbel, sabiex tiġi stabbilita aġenzija eżekuttiva bil-għan li lilha jiġu fdati ċerti kompiti dwar it-tmexxija ta’ programm wieħed jew aktar tal-Komunità. Għandha tiddetermina l-ħajja ta’ l-aġenzija eżekuttiva.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kompiti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jintlaħaq l-għan imfassal fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni tista’ tafda lill-aġenzija eżekuttiva bi kwalunkwe kompitu meħtieġ sabiex jiġi implimentat il-programm tal-Komunità, bl-eċċezzjoni tal-kompiti li jinħtieġu poteri diskrezzjonali sabiex jittraduċu l-għażliet politiċi, f’azzjoni.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-termini, l-kriterji, il-parametri u l-proċeduri li magħhom trid tikkonforma l-aġenzija eżekuttiva, meta twettaq il-kompiti li għalihom saret referenza fil-paragrafu 2, u d-dettalji tal-kontrolli li jridu jiġu mwettqa mid-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli għall-programmi tal-Komunità fit-tmexxija li fiha hija nvoluta l-aġenzija, għandhom ikunu mfissra mill-Kummissjoni fl-istrument tad-delegazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-għan tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="129" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 348, p. 129</REF.DOC.OJ>), huwa, konformement mal-Artikolu 1 tiegħu, li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) li tiffissa l-kundizzjonijiet, il-metodi u l-proċeduri għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni lin-netwerks trans-Ewropej sabiex jingħata appoġġ lil proġetti ta’ interess komuni mwettqa fis-settur tal-infrastruttura tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija u sabiex jiġu sfruttati s-sinerġiji potenzjali bejn dawn is-setturi. Dan ir-regolament jistabbilixxi wkoll it-tqassim tar-riżorsi li għandhom ikunu disponibbli taħt il-qafas finanzjarju pluriannwali għas-snin 2014-2020.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Wara kull sejħa għal proposti […], il-Kummissjoni, li taġixxi skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25, għandha tiddeċiedi dwar l-ammont ta’ assistenza finanzjarja li għandha tingħata lill-proġetti magħżula jew għal partijiet minnhom. Il‑Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-benefiċjarji u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu informati mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe assistenza finanzjarja li għandha tingħata.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Proċedura tal-kumitat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il‑Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Koordinazzjoni tal-FNE. Il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-[Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE> li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="055" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 55, p. 13</REF.DOC.OJ>)].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-[Regolament Nru 182/2011].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kumitat għandu jiżgura li jkollu stampa ġenerali orizzontali tal-programmi ta’ ħidma […] sabiex tkun żgurata l-konsistenza tagħhom u li jiġu identifikati, sfruttati u vvalutati s-sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija Huwa għandu jipprova, b’mod partikolari, jikkoordina dawk il-programmi ta’ ħidma bi ħsieb li jippermetti sejħiet multisettorjali għal proposti.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-INEA nħolqot fuq il-bażi tar-Regolament Nru 58/2003, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE tat-<DATE ISO="20131223">23 ta’ Diċembru 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 352, p. 65</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Għanijiet u kompiti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi, b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-[INEA] hija mogħtija l-kariga tal-implimentazzjoni ta’ partijiet mill-programmi tal-Unjoni li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>[FNE];</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-[INEA] hija responsabbli għall-kompiti segwenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-Unjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-ġestjoni ta’ xi stadji ta’ implimentazzjoni tal-programm u xi fażijiet tul il-ħajja ta’ proġetti speċifiċi abbażi tal-programmi ta’ ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-adozzjoni tal-istrumenti għall-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-infiq u t-twettiq tal-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-għoti ta’ appoġġ fl-implimentazzjoni tal-programm fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni C(2013) 9235 final</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9235 final, tat-<DATE ISO="20131223">23 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li tiddelega setgħat lill-INEA bil-ħsieb li twettaq kompiti marbuta mal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni fl-oqsma tal-infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet u fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni dwar suġġetti relatati mat-trasport u mal-enerġija, li jinkludu b’mod partikolari l-użu tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni, tiddefinixxi b’mod iddettaljat il-kompiti tal-INEA u tipprevedi l-qafas tal-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-INEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Direttorati Ġenerali responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Id-Direttorati Ġenerali segwenti huma d-Direttorati Ġenerali responsabbli għall-[INEA]:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Id-Direttorat Ġenerali tal-Mobbiltà u tat-Trasport;</P></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>Bħala tali, huma jiġġestixxu r-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-[INEA] u huma responsabbli għall-kontroll u għas-sorveljanza tal-[INEA] […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Kompiti ddelegati lill-[INEA]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi, fil-punt 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>(1)</NO.P><TXT>[L-INEA] hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-partijiet ta’ programmi u kompiti segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fir-rigward tal-[FNE] – trasport, enerġija u telekomunikazzjonijiet, il-partijiet u l-kompiti indikati fl-Anness I;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess deċiżjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Kompiti rriżervati għall-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>(1)</NO.P><TXT>[L-INEA] għandha twettaq biss il-kompiti mogħtija lilha konformement mal-Artikolu 4.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>[L-INEA] ma għandha twettaq ebda kompitu li jimplika setgħa diskrezzjonali wiesgħa ta’ natura li timplika għażliet politiċi. Hija għandha b’mod partikolari tastjeni milli:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>tadotta deċiżjonijiet ta’ għotja taħt il-[FNE] kif ukoll emendi eventwali għal tali deċiżjonijiet;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Parti B tal-Anness I tad-Deċiżjoni C(2013) 9235 final jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Bis-saħħa tas-setgħat iddelegati mill-Kummissjoni u fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma annwali korrispondenti adottat mill-Kummissjoni, [l-INEA], b’koordinazzjoni u bi ftehim mad-Direttorat Ġenerali responsabbli, għandha tiġġestixxi wħud mill-fażijiet jew il-fażijiet kollha tal-implimentazzjoni tal-programm u wħud mill-istadji jew l-istadji kollha taċ-ċiklu ta’ ħajja tal-proġetti taħt il-partijiet tal-FNE li huma ddelegati lill-[INEA].</P><?PAGE NO="5"?><P>F’dan ir-rigward, [l-INEA] hija responsabbli sabiex tiżgura l-kontroll kontinwu tal-proġetti ta’ interess komuni li jibbenefikaw minn finanzjament taħt il-FNE, sabiex twettaq il-verifiki […] u sabiex tassisti lill-Kummissjoni f’ċerti kompiti marbuta mal-programm u mal-proġetti, li huma rriżervati lill-Kummissjoni skont din id-deċiżjoni, jekk ikun il-każ. [L-INEA] hija responsabbli, b’mod partikolari, għall-:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ġestjoni tal-operazzjonijiet u tal-proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ta’ għotja u ta’ għajnuna finanzjarja u għall-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja kif ukoll il-ġestjoni tad-deċiżjonijiet u tal-ftehimiet sussegwenti:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tinforma lill-applikanti miċħuda u li rnexxew dwar deċiżjonijiet ta’ għotja tal-Kummissjoni […];</P></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>twettaq il-kompiti abitwali ta’ pubbliċità <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> u ta’ diffużjoni tar-riżultati;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE></HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5274 final, tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>, li tistabbilixxi l-lista tal-proposti magħżula sabiex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fil-qasam tal-FNE – Settur tat-Trasport, wara s-sejħa għal proposti tal-<DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE> fuq il-bażi tal-Programm ta’ Ħidma Pluriannwali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), kienet ġiet ippubblikata fuq is-sit internet tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) tal-Mobbiltà u tat-Trasport tal-Kummissjoni u fuq is-sit internet tal-INEA, rispettivament, fit-12 u fl-<DATE ISO="20151014">14 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni tindika, fil-premessi 4 u 6 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>(4)</NO.P><TXT>Wara sejħiet għas-sottomissjoni ta’ proposti bbażati fuq il-programm ta’ ħidma pluriannwali 2014 u wara l-proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ għażla, il-Kummissjoni, b’deċiżjoni mogħtija konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 25(2) [tar-Regolament Nru 1316/2013], għandha tagħżel il-proġetti ta’ interess komuni magħżula u għandha tiffissa l-ammont tal-għajnuna finanzjarja li għandha tingħata lill-proġetti jew lill-partijiet ta’ proġetti magħżula.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Il-lista tal-proġetti ta’ interess komuni magħżula permezz ta’ din id-deċiżjoni hija konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 25(1) [tar-Regolament Nru 1316/2013].<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu uniku tal-imsemmija deċiżjoni jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Il-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-[FNE] magħżula sabiex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, l-ispejjeż eliġibbli totali stmati tal-azzjonijiet, il-perċentwali tal-għajnuna finanzjarja mill-ispejjeż eliġibbli totali stmati u l-ammonti massimi rispettivi tal-għajnuna finanzjarja, kif stipulati fl-anness, huma approvati.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Spliethoff hija kumpannija stabbilita f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi), li tiġġestixxi flotta ta’ 50 bastiment polivalenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, l-INEA nediet sejħa għas-sottomissjoni ta’ proposti fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1921 final, tas-<DATE ISO="20140326">26 ta’ Marzu 2014</DATE>, li tistabbilixxi Programm ta’ Ħidma Pluriennali 2014 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa [FNE] – is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Spliethoff wieġbet għal din is-sejħa billi ssottomettiet, fil-<DATE ISO="20150225">25 ta’ Frar 2015</DATE>, proposta ta’ għajnuna finanzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>, Spliethoff irċeviet ittra elettronika, iffirmata mill-grupp fi ħdan l-INEA responsabbli għall-evalwazzjoni (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), li l-kontenut tagħha, redatt bl-Ingliż, kien is-segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Għażiż Sinjur, Sinjura,</P><P>Wara s-sejħiet għas-sottomissjoni ta’ proposti għall-[FNE] fis-settur tat-trasport, ippubblikati fil-<DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, l-evalwazzjoni tal-proposti eliġibbli saret u l-Kummissjoni fasslet lista ta’ proposti magħżula sabiex jirċievu l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni. Fl-<DATE ISO="20150710">10 ta’ Lulju 2015</DATE>, il-Kumitat tal-Koordinazzjoni tal-FNE kompost mir-rappreżentanti tal-Istati Membri ta opinjoni pożittiva dwar din il-lista preliminari.</P><P>Jiddispjaċina ninformawk li l-applikazzjoni tiegħek ma kellhiex suċċess fil-proċedura msemmija hawn fuq, minħabba r-raġunijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>Bħalissa għaddejjin passi proċedurali għall-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea ta’ deċiżjoni dwar l-għażla u l-għoti ta’ għajnuna fir-rigward ta’ miżuri li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni taħt il-[FNE] fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej ta’ trasport. Fil-każ improbabbli li l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni tirriżulta f’bidliet b’rabta mal-proposta tiegħek, inti ser tiġi informat separatament permezz ta’ ittra elettronika.</P><P>[…]</P><P>Kwalunkwe mistoqsija li tista’ tagħmel u kwalunkwe tweġiba min-naħa tagħna jew min-naħa tal-Kummissjoni, u kwalunkwe lment li tistgħu tressqu minħabba amministrazzjoni ħażina la jkollhom l-iskop u lanqas l-effett ta’ estensjoni tat-terminu li japplika għall-preżentata ta’ rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata b’dan il-messaġġ, li trid issir fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dan il-messaġġ. Il-qorti kompetenti sabiex tisma’ r-rikors għal annullament hija l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea:</P><P>[…]</P><P>Il-grupp fi ħdan l-INEA responsabbli għall-evalwazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE> wara s-sejħa għas-sottomissjoni ta’ proposti li kienet wieġbet għaliha Spliethoff. Il-proġett ta’ Spliethoff ma kienx inkluż f’din il-lista.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20150925">25 ta’ Settembru 2015</DATE>, Spliethoff ippreżentat rikors kontra l-Kummissjoni sabiex tikseb l-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20151218">18 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà taħt l-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Insostenn tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tagħha, il-Kummissjoni qajmet żewġ eċċezzjonijiet ibbażati, minn naħa, fuq l-argument li l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> tikkostitwixxi miżura preparatorja u għalhekk ma hijiex att li jista’ jiġi kkontestat u, min-naħa l-oħra, fuq l-argument li r-rikors ma jistax jiġi ppreżentat b’mod validu kontra l-Kummissjoni, li ma hijiex l-awtur tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, Spliehtoff sostniet li, minkejja li l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> kienet intbagħtet mill-INEA, l-għan tagħha kien li tinnotifikalha d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad il-proposta tagħha u li, minn tal-inqas, hija setgħet tinterpretaha f’dan is-sens peress li ma kellhiex għarfien tal-eżistenza tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE> u peress li għalhekk il-formulazzjoni tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> kienet qarrqet biha. Spliethoff talbet ukoll li, fil-każ li jitqies li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad il-proposta tagħha hija d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>, il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li r-rikors tagħha huwa indirizzat kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-punti 17 sa 25 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali eżaminat, fl-ewwel lok, il-fondatezza tat-tieni argument invokat fil-kuntest tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, fis-sens li l-Kummissjoni ma hijiex l-awtur tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 19 tad-digriet appellat, li, għalkemm, bħala prinċipju, ir-rikorsi għandhom jiġu ppreżentati kontra l-awtur tal-att ikkontestat, f’ċerti każijiet, atti adottati bis-saħħa ta’ setgħat iddelegati għandhom jiġu imputati lill-istituzzjoni li tagħti d-delega, b’mod partikolari meta l-awtur tal-att jeżerċita biss kompetenza konsultattiva jew meta l-adozzjoni tad-deċiżjoni li jkun qiegħed jintalab l-annullament tagħha tkun suġġetta għall-kunsens minn qabel tal-istituzzjoni li tagħti d-delega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Wara li elenkat, fil-punti 20 u 21 tad-digriet appellat, il-kompetenzi ddelegati mill-Kummissjoni lill-INEA bis-saħħa tar-Regolament Nru 58/2003, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 22 ta’ dan id-digriet, li l-INEA hija l-awtur tal-att ikkontestat quddiemha, jiġifieri l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>, li kienet adottata bis-saħħa tal-kompetenzi ddelegati mill-Kummissjoni konformement mar-Regolament Nru 58/2003, u dan mingħajr ma huwa stabbilit li din l-istituzzjoni kienet assoċjata magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument ta’ Spliethoff li hija interpretat l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> fis-sens li kienet toriġina mill-INEA u li kienet qiegħda tinnotifikaha b’deċiżjoni ta’ sussidju mill-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 23 tad-digriet appellat, li l-INEA hija responsabbli sabiex tinnotifika d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u ma għandhiex is-setgħa li tadotta hija stess deċiżjonijiet ta’ sussidju taħt il-FNE. Il-Qorti Ġenerali żiedet li mill-eżami tal-ewwel argument imressaq fil-kuntest tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà jirriżulta li, fid-data tal-imsemmija ittra elettronika, il-proċedura dwar l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni dwar l-għażla u l-għoti ta’ sussidji kienet għadha pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 24 tad-digriet appellat, li r-rikors ta’ Spliethoff kellu jiġi miċħud bħala inammissibbli minħabba li kien ġie ppreżentat kontra l-Kummissjoni, li ma kinitx l-awtur tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Mill-punt 25 tad-digriet appellat jirriżulta li l-Qorti Ġenerali madankollu qieset li kien opportun li tiddeċiedi wkoll dwar l-ewwel argument imressaq fil-kuntest tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, fis-sens li l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> tikkostitwixxi att preparatorju u, għalhekk, ma tistax tkun is-suġġett ta’ rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali osservat, fil-punt 32 tad-digriet appellat, li, minkejja li l-formulazzjoni ta’ din l-ittra elettronika, li tikkonċerna b’mod partikolari l-informazzjoni dwar ir-rimedji disponibbli għal Spliethoff u t-termini applikabbli għalihom, kienet tagħti x’jifhem li din l-ittra elettronika kienet qiegħda tinnotifika deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni, l-imsemmija ittra kienet tagħmel, diversi drabi, referenza espliċita għal proċedura pendenti quddiem il-Kummissjoni u informat lil Spliethoff li, fl-istadju tal-proċedura pendenti, it-talba tagħha ma kinitx intgħażlet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Wara li fakkret, fil-punt 33 tad-digriet appellat, li l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> kienet tispeċifika li l-proċedura għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għażla tal-proġetti u dwar l-għoti ta’ sussidji kienet għadha pendenti u li kien possibbli, għalkemm mhux probabbli, li l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni twassal għal bidliet fir-rigward tal-proposta ta’ Spliethoff, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 34 u 35 tad-digriet appellat, ikkonstatat li mill-imsemmija ittra kien jirriżulta li l-Kummissjoni ma kinitx għadha wettqet evalwazzjoni definittiva f’din il-proċedura u li l-pożizzjoni finali tagħha f’dan ir-rigward kienet ġiet stabbilita biss bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-punt 37 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali laqgħet ukoll l-ewwel argument imressaq fil-kuntest tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talba ta’ Spliethoff intiża, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni li ċaħdet il-proposta tagħha hija d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>, li r-rikors tagħha jitqies li huwa indirizzat kontra din id-deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali indikat, fil-punt 38 tad-digriet appellat, li r-Regoli tal-Proċedura tagħha kif ukoll il-ġurisprudenza ma jippermettux l-estensjoni tas-suġġett tar-rikors għal talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 39 tad-digriet appellat, li l-Artikolu 86(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha jipprevedi li, meta att, li jkun qiegħed jintalab l-annullament tiegħu, jiġi ssostitwit jew emendat b’att ieħor li jkollu l-istess suġġett, ir-rikorrent jista’ jadatta r-rikors sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan l-element ġdid. Madankollu, il-Qorti Ġenerali speċifikat li din id-dispożizzjoni ma tkoprix is-sitwazzjonijiet fejn is-suġġett tar-rikors ma jkunx att definittiv. Il-Qorti Ġenerali indikat ukoll li, qabel l-introduzzjoni tal-Artikolu 86 fir-Regoli tal-Proċedura tagħha, l-estensjoni tas-suġġett tar-rikors aċċettata fil-ġurisprudenza kienet tikkonċerna atti li n-natura u s-suġġett essenzjali tagħhom kienu identiċi għal dawk koperti mill-att promotur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-punt 40 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali osservat li l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> kellha biss natura provviżorja u għalhekk ma kinitx tikkostitwixxi att definittiv u li, għaldaqstant, ma kellhiex effetti legali li setgħu jiġu ssostitwiti jew estiżi permezz ta’ deċiżjoni ulterjuri, bħad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>. Il-Qorti Ġenerali fakkret ukoll li att ulterjuri, adottat fil-mori tal-kawża, ma jistax jitqies li huwa element ġdid li fir-rigward tiegħu r-rikorrent jista’ jadatta t-talbiet tiegħu mingħajr ma jinbidel is-suġġett stess tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-punt 41 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-adattament tat-talbiet ta’ Spliethoff.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, fil-punt 42 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li r-rikors ippreżentat minn Spliethoff kien inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Spliethoff titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet appellat,</P></ITEM><ITEM><P>tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiddikjara l-appell, kompletament jew parzjalment, inammissibbli jew, sussidjarjament, tiċħdu bħala infondat, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Spliethoff għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, Spliethoff tinvoka tliet aggravji bbażati fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali sa fejn iddikjarat inammissibbli r-rikors għar-raġunijiet, rispettivament, li dan ir-rikors kien ippreżentat kontra l-Kummissjoni, li l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> kellha biss natura provviżorja u li t-talba ta’ Spliethoff sabiex ir-rikors tagħha jitqies li kien indirizzat kontra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE> ma setgħetx tintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konnessjoni bejniethom, l-ewwel u t-tielet aggravju għandhom jiġu eżaminati flimkien.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Spliethoff tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-INEA hija l-awtur tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> u meta ddikjarat ir-rikors tagħha inammissibbli għar-raġuni li kien ġie ppreżentat kontra l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, Spliethoff issostni li l-att ikkontestat quddiem il-Qorti Ġenerali huwa d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad il-proposta tagħha. Issa, għalkemm l-INEA hija l-awtur tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> li tinnotifika din id-deċiżjoni lil Spliethoff, hija ma hijiex l-awtur tad-deċiżjoni stess. Dan jirriżulta b’mod ċar mill-formulazzjoni tal-imsemmija ittra elettronika li tagħmel riferiment għad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata b’dan il-messaġġ<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dan Spliethoff tikkonkludi li din il-kawża hija differenti mill-kawżi li taw lok għas-sentenzi ċċitati fil-punti 19 sa 21 tad-digriet appellat peress li, f’dawk il-kawżi, l-aġenzija kkonċernata kienet verament l-awtur tad-deċiżjoni inkwistjoni u l-Kummissjoni ma kinitx ipparteċipat fl-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Għaldaqstant, hija ssostni li l-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punt 22 tad-digriet appellat, fis-sens li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>INEA hija l-awtur tal-att ikkontestat, f’dan il-każ l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>, att adottat bis-saħħa tal-kompetenzi ddelegati mill-Kummissjoni […], u dan mingħajr ma ġie stabbilit li din l-istituzzjoni kienet assoċjata magħha<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, hija żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Spliethoff targumenta wkoll li l-att ikkontestat quddiem il-Qorti Ġenerali ma jistax jiġi imputat lill-INEA peress li hija l-Kummissjoni biss li għandha l-kompetenza tadotta deċiżjoni ta’ ċaħda fil-kuntest tal-proċedura ta’ għażla tal-proposti eliġibbli għal sussidju taħt il-FNE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, Spliethoff tilmenta li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 39 sa 41 tad-digriet appellat, wettqet żball ta’ liġi meta rrifjutat li tqis li r-rikors tagħha kien indirizzat kontra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Spliethoff issostni li hija aġixxiet <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> peress li, konformement mal-indikazzjonijiet mogħtija fl-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>, hija ppreżentat rikors għal annullament kontra l-imsemmija ittra elettronika, quddiem il-Qorti Ġenerali, fit-termini mogħtija. Kien biss meta rċeviet l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, fejn l-imsemmija istituzzjoni allegat li Spliethoff kien imissha kkontestat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE> li hija saret taf bl-eżistenza ta’ din id-deċiżjoni tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont Spliethoff, il-Kummissjoni kkontribwixxiet b’mod deċiżiv għall-konfużjoni pprovokata mill-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> billi naqset milli tinformaha bl-eżistenza tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE> u bin-natura tagħha. Issa, għall-kuntrarju tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>, din id-deċiżjoni ma tindikax ir-rimedji disponibbli, ma ssemmi xejn fil-konfront ta’ Spliethoff jew tal-kandidati l-oħra li ma ntgħażlux u tirreferi biss għall-proposti magħżula mill-Kummissjoni, b’tali mod li, anki li kieku Spliethoff saret taf b’din id-deċiżjoni fil-ħin, hija ma kinitx tkun f’pożizzjoni li tiddeduċi li din id-deċiżjoni kienet rilevanti fil-konfront tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Spliethoff issostni li, f’tali ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali, sabiex tiggarantixxi d-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kien imissha kkonstatat l-eżistenza ta’ żball skużabbli fil-konfront tagħha u, għaldaqstant, kien imissha laqgħet it-talba tagħha sabiex ir-rikors tagħha jitqies li huwa indirizzat kontra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni ssostni li l-argumenti mqajma minn Spliethoff fil-kuntest tal-ewwel aggravju huma inammissibbli sa fejn huma identiċi għall-motivi u għall-argumenti diġà ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali u sa fejn huma intiżi li jiksbu eżami mill-ġdid ta’ konstatazzjoni ta’ fatt u tal-klassifikazzjoni legali tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>, liema eżami mill-ġdid ma jagħmilx parti mill-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell. Fi kwalunkwe każ, skont il-Kummissjoni, dawn l-argumenti huma bbażati fuq qari żbaljat tad-digriet appellat u tal-ġurisprudenza li għaliha jirreferi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet aggravju, il-Kummissjoni tqis li l-argument ibbażat fuq it-teorija tal-iżball skużabbli jikkostitwixxi argument ġdid u, għalhekk, huwa inammissibbli. Fi kwalunkwe każ, iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali invokati minn Spliethoff ma humiex ta’ natura tali li jdaħħlu inkwistjoni l-fatt li l-Artikolu 86(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ma japplikax għal dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 168(1)(d) u mill-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li jkun qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li jissostanzjaw b’mod speċifiku din it-talba. Ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux issodisfatti minn appell li sempliċement jirrepeti jew jirriproduċi testwalment il-motivi u l-argumenti li jkunu ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk li kienu bbażati fuq fatti espliċitament miċħuda minn dik il-qorti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Parlament u Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-583/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:625">EU:C:2013:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu, f’sitwazzjoni fejn appellant jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi eżaminati fl-ewwel istanza jistgħu jiġu diskussi mill-ġdid fil-kuntest tal-appell. Fil-fatt, jekk appellant ma jkunx jista’ jibbaża b’dan il-mod l-appell tiegħu fuq motivi u argumenti diġà użati quddiem il-Qorti Ġenerali, il-proċedura tal-appell tiġi mċaħħda minn parti mis-sens tagħha. Fil-fatt, l-appell huwa intiż preċiżament li tiġi mistħarrġa l-analiżi legali magħmula mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-argumenti mressqa fl-ewwel istanza (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Parlament u Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-583/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:625">EU:C:2013:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Spliethoff ma hijiex qiegħda sempliċement tirrepeti l-argumenti diġà mressqa fl-ewwel istanza iżda qiegħda tindika b’mod ċar is-siltiet tad-digriet appellat li fil-fehma tagħha huma vvizzjati bi żball ta’ liġi kif ukoll l-argumenti legali invokati insostenn tat-talba tagħha għall-annullament tad-digriet appellat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kuntest tal-ewwel aggravju, Spliethoff qiegħda tikkritika l-klassifikazzjoni legali magħmula mill-Qorti Ġenerali tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel aggravju għandu jitqies li huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet aggravju, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-argument ta’ Spliethoff dwar it-teorija tal-iżball skużabbli, kif jirriżulta mill-28 ta’ din is-sentenza, diġà ġie invokat quddiem il-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari fl-osservazzjoni ta’ Spliethoff dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, dan ma jikkostitwixxix argument ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tielet aggravju wkoll huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel u tat-tielet aggravju, Spliethoff qiegħda essenzjalment tikkritika lill-Qorti Ġenerali li laqgħet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbli mqajma mill-Kummissjoni u ddikjarat ir-rikors tagħha inammissibbli, minħabba li ddeċidiet, b’mod żbaljat, li l-att ikkontestat kien l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> u minħabba li rrifjutat li tilqa’ t-talba tagħha sabiex ir-rikors tagħha jitqies li huwa indirizzat kontra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Kif tfakkar fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni kienet ibbażata fuq żewġ eċċezzjonijiet ibbażati, minn naħa, fuq l-argument li l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> kellha n-natura ta’ att preparatorju u għalhekk ma setgħetx tkun is-suġġett ta’ rikors u, min-naħa l-oħra, fuq l-argument li r-rikors ippreżentat minn Spliethoff ma setax jiġi ippreżentat kontra l-Kummissjoni li ma hijiex l-awtur ta’ din l-ittra elettronika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 18 u 27 tad-digriet appellat, l-argumenti mressqa minn Spliethoff f’dan ir-rigward kienu li l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> kellha tinftiehem bħala n-notifika tad-deċiżjoni definittiva li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet il-proposta tagħha u li r-rikors tagħha kien għalhekk ippreżentat kontra l-Kummissjoni bħala l-awtur tal-imsemmija deċiżjoni ta’ ċaħda. Skont Spliethoff, is-suġġett tar-rikors kien, fil-verità, id-deċiżjoni definittiva li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet il-proposta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn l-argumenti billi qieset, fil-punti 23 u 36 tad-digriet appellat, li, minkejja li l-INEA hija responsabbli sabiex tinnotifika d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u ma għandhiex is-setgħa li tadotta hija stess deċiżjonijiet ta’ sussidju taħt il-FNE, il-proċedura intiża għall-adozzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ deċiżjoni dwar l-għażla u l-għoti ta’ sussidji kienet għadha pendenti fid-data<?PAGE NO="12"?> tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>, b’tali mod li l-imsemmija ittra elettronika ma setgħetx tiġi interpretata fis-sens li l-Kummissjoni kienet diġà ħadet id-deċiżjoni li tiċħad ċerti proposti, inkluża dik ta’ Spliethoff.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, mit-termini tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>, kif riprodotti fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li l-INEA informat espliċitament lil Spliethoff li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>l-applikazzjoni [tagħha] ma kellhiex suċċess<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Huwa minnu li l-INEA speċifikat li l-proċedura intiża għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għażla tal-proġetti u dwar l-għoti ta’ sussidji kienet għadha pendenti. Madankollu, hija żiedet li, fil-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>każ improbabbli li l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni tirriżulta f’bidliet b’rabta mal-proposta tiegħek, inti ser tiġi informat separatament permezz ta’ ittra elettronika<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Issa, wara dan, Spliethoff ma rċeviet ebda ittra elettronika oħra min-naħa tal-INEA jew tal-Kummissjoni dwar dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punt 32 tad-digriet appellat il-Qorti Ġenerali stess tirrikonoxxi li l-formulazzjoni tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> dwar, b’mod partikolari, l-informazzjoni dwar ir-rimedji disponibbli gal Spliethoff kif ukoll dwar it-termini applikabbli għal dawn ir-rimedji, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>tagħti x’jifhem li din l-ittra elettronika kienet qiegħda tinnotifika deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll li ma huwiex ikkontestat li, fid-data tal-preżentata tar-rikors tagħha, fil-<DATE ISO="20150925">25 ta’ Settembru 2015</DATE>, Spliethoff ma kinitx taf bl-eżistenza tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>. Fil-fatt, huwa paċifiku li kien biss fit-12 u fl-<DATE ISO="20151014">14 ta’ Ottubru 2015</DATE> li din id-deċiżjoni ġiet ippubblikata, rispettivament, fuq is-sit internet tad-DĠ tal-Mobbiltà u tat-Trasport u fuq dak tal-INEA, u li, barra minn hekk u b’mod kuntrarju għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba, l-imsemmija deċiżjoni qatt ma kienet is-suġġett ta’ notifika lil Spliethoff.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, kif ammettiet il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha u kif osservat il-Qorti Ġenerali stess fil-punt 35 tad-digriet appellat, kien permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE> li l-Kummissjoni ċaħdet il-proposta ta’ Spliethoff.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, għandu jiġi kkonstatat li, fid-data tal-preżentata tar-rikors tagħha, Spliethoff ma kinitx f’pożizzjoni li tidentifika, fir-rikors tagħha, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE> bħala d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ċaħdet il-proposta tagħha u setgħet, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punti 23 u 36 tad-digriet appellat, tqis b’mod leġittimu li l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> kienet tikkostitwixxi n-notifika taċ-ċaħda tal-proposta tagħha mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kif enfasizzat l-Avukat Ġenerali fil-punti 65 u 67 tal-konklużjonijiet tagħha u kif Spliethoff barra minn hekk talbet b’mod espliċitu, il-Qorti Ġenerali, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ u sabiex tiggarantixxi lil Spliethoff id-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kien imissha rrikonoxxiet li s-suġġett tar-rikors ma kienx l-annullament tal-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> li għaliha Spliethoff irreferiet b’mod żbaljat fir-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, iżda l-annullament tad-deċiżjoni definittiva li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet il-proposta ta’ Spliethoff, jiġifieri d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Dan jgħodd iktar u iktar fid-dawl tal-fatt li, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punti 53, 54 u 66 tal-konklużjonijiet tagħha, ir-rikors ippreżentat minn Spliethoff kien ippreżentat espliċitament kontra l-Kummissjoni u li l-Qorti Ġenerali stess irrikonoxxiet, fil-punti 21 u 23 tad-digriet appellat, li l-Kummissjoni biss kellha l-kompetenza tadotta deċiżjoni ta’ ċaħda fil-kuntest tal-proċedura ta’ għażla tal-proposti eliġibbli għal sussidju taħt il-FNE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat li r-rikors ippreżentat minn Spliethoff kien inammissibbli għar-raġuni li l-att ikkontestat kien l-ittra elettronika tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> u meta ċaħdet it-talba ta’ Spliethoff sabiex ir-rikors tagħha jitqies li kien indirizzat kontra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel u t-tielet aggravju għandhom jintlaqgħu u, għalhekk, id-digriet appellat għandu jiġi annullat mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġi eżaminat it-tieni aggravju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din tal-aħħar, fil-każ li tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tista’ jew taqta’ l-kawża definittivament hija stess, meta tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li l-Qorti Ġenerali ddikjarat li r-rikors kien inammissibbli mingħajr ma ddeċidiet il-kawża fuq il-mertu tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li din il-kawża ma tinsabx fi stat li tista’ tiġi deċiża. Għaldaqstant, il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Peress li l-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, l-ispejjeż marbuta ma’ din il-proċedura ta’ appell għandhom jiġu rriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161011">11 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Spliethoff’s Bevrachtingskantoor/Commission</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-564/15</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:611">EU:T:2016:611</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa annullat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>