<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-86/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0086</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:320">EU:C:2022:320</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220428">28.4.2022</DATE> – Kawża C‑86/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Vinařství U Kapličky</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P>28 ta’ April 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli</KEYWORD><KEYWORD>Inbid</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1308/2013</KEYWORD><KEYWORD>Regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 80</KEYWORD><KEYWORD>Prattiki enoloġiċi</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 90</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjonijiet ta’ nbid</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 555/2008</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 43</KEYWORD><KEYWORD>Dokument V I 1</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikat ta’ tħejjija ta’ lottijiet ta’ nbid skont il-prattiki enoloġiċi rrakkomandati jew awtorizzati</KEYWORD><KEYWORD>Valur probatorju</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1306/2013</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 89(4)</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Kummerċjalizzazzjoni ta’ nbid li ġej minn pajjiż terz</KEYWORD><KEYWORD>Inbid żviluppat skont prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni mir-responsabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Oneru tal-prova</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑86/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tal‑14 ta’ Jannar 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑18 ta’ Frar 2020, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vinařství U Kapličky s. r. o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Státní zemědělská a potravinářská inspekce,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, J.-C.Bonichot u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: A. Rantos,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Vinařství U Kapličky s. r. o., minn V. Mihalík, advokát,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u J. Pavliš, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri bħala aġent, assistita minn C. Gerardis, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Hofstötter u minn K. Walkerová, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑2 ta’ Settembru 2021,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas‑27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="170" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 170, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="005" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 5, p. 28</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Vinařství U Kapličky s. r. o. u l-iStátní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát (l-Ispettorat Ċentrali tal-Awtorità Nazzjonali ta’ Kontroll Agroalimentari, ir-Repubblika Ċeka, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ispettorat Ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar il-multa li din tal-aħħar imponiet fuq din il-kumpannija minħabba t-tqegħid fis-suq ta’ lottijiet ta’ nbid li joriġinaw mill-Moldova prodotti skont prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament (KE) Nru 479/2008</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad‑29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="148" PAGE.FIRST="61" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 148, p. 61</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="220" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 220, p. 35</REF.DOC.OJ>), kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="082.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għajr fejn previst mod ieħor, b’mod partikolari fi strumenti ta’ ftehim konklużi skond l-Artikolu [218 TFUE], id-dispożizzjonijiet rigward denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u tikkettar stabbiliti fil-Kapitoli III u IV tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, fejn applikabbli, kif ukoll l-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM <FT TYPE="CN">200961</FT>, <FT TYPE="CN">200969</FT> u 2204 li huma importati fil-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="082.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għajr fejn previst mod ieħor fi strumenti ta’ ftehim konklużi skond l-Artikolu [218 TFUE], il-prodotti imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu prodotti konformement mal-prattika enoloġika rrakkomandata u ppubblikata mill-[Organizzazzjoni Internazzjonali<?PAGE NO="3"?> tad-Dielja u l-Inbid] jew awtorizzata mill-Komunità skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="082.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ċertifikat li jixhed il-konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, li jrid jinħareġ minn entità kompetenti, inkluża f’lista li għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni, fil-pajjiż li minnu ġej il-prodott;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>rapport ta’ analiżi li jinħareġ minn entità jew dipartiment nominat mill-pajjiż li minnu ġej il-prodott, sakemm il-prodott huwa maħsub għall-konsum dirett tal-bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament tħassar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 tal‑25 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 154, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="313" PAGE.FIRST="47" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 313, p. 47</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 491/2009 jippreċiża li r-referenzi għar-Regolament Nru 479/2008 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat‑22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 299, p. 1</REF.DOC.OJ> u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="097" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 97, p. 4</REF.DOC.OJ>) kif emendat mir-Regolament Nru 491/2009 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regolament Nru 1234/2007<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>) u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta’ korrelazzjoni rispettivi stabbiliti fl-Anness XXII għar-Regolament Nru 1234/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fil-punt 47 tal-Anness XXII tar-Regolament Nru 1234/2007, l-Artikolu 82 tar-Regolament Nru 479/2008 jikkorrispondi għall-Artikolu 158a tar-Regolament Nru 1234/2007.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 555/2008</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 555/2008 kien redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-[Regolament Nru 479/2008]:</P><P>[…]</P><P>b) kummerċ ma’ pajjiżi terzi (Titolu IV);</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 555/2008 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Iċ-ċertifikat u r-rapport ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 82(3)(a) u (b), rispettivament, tar-[Regolament Nru 479/2008] għandhom jiffurmaw dokument wieħed:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li l-parti taċ-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tiegħu għandha ssir minn korp tal-pajjiż terz li minnu jiġu l-prodotti;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li l-parti ta’ l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>analiżi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tiegħu għandha ssir minn laboratorju uffiċjali rikonoxxut mill-pajjiż terz li minnu jiġu l-prodotti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 555/2008 kien jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Iċ-ċertifikat u r-rapport ta’ analiżi għal kull konsenja maħsuba għall-importazzjoni fil-Komunità għandhom isiru f’dokument V I 1 wieħed.</ALINEA><ALINEA>Id-dokument imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir fuq formola V I 1 li tkun taqbel mal-kampjun muri fl-Anness IX. Huwa għandu jkun iffirmat minn uffiċjal ta’ korp uffiċjali u minn uffiċjal ta’ laboratorju rikonoxxut kif imsemmi fl-Artikolu 48.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(1) ta’ dan ir-regolament kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-oriġinal u l-kopja tad-dokumenti V I 1 jew ta’ l-estratti V I 2 għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn isiru l-formalitajiet doganali meħtieġa biex il-konsenja li għaliha jirrelataw titqiegħed f’ċirkolazzjoni libera, wara li jkunu tlestew dawk il-formalitajiet.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-kaxxa 9, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Ċertifikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, tal-mudell tal-formola V I 1 li kien jinsab fl-Anness IX tal-imsemmi regolament kienet ifformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-prodott imsemmi iktar ’il fuq […] huwa/mhuwiex intiż għall-konsum dirett mill-bniedem, jaqa’ taħt id-definizzjoni Komunitarja tal-kategoriji tal-prodotti fis-settur tal-inbid u ġie elaborat skont il-prattiċi enoloġiċi […] rrakkomandati u ppubblikati mill-[Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed]/awtorizzati mill-Komunità.</P><P>L-isem u l-indirizz kompluti tal-korp uffiċjali: Il-post u d-data:</P><P>Firma, isem u kwalità tal-aġent Timbru:<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal‑11 ta’ Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 58, p. 1</REF.DOC.OJ>), skont l-Artikolu 52 tiegħu, b’mod partikolari ħassar l-Artikoli 1 u 38 sa 54 tar-Regolament Nru 555/2008 kif ukoll l-Anness IX tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 tar-Regolament Delegat 2018/273 jippreċiża li dan ir-regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 64(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="549" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 549</REF.DOC.OJ>, u r-rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 130, p. 6</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 327, p. 83</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="064.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tal-pieni amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 63(2), dan l-Artikolu għandu japplika fil-każ tan-nonkonformità fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji jew obbligi oħrajn li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni agrikola settorjali, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmijin fl-Artikoli 67 sa 78 tal-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu u l-Artikoli 91 sa 101 tat-Titolu VI u ta’ dawk soġġetti għall-pieni previsti fl-Artikolu 89(3) u 89(4).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="064.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ma għandhomx jiġu imposti pieni amministrattivi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta n-nonkonformità tkun minħabba force majeur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta n-nonkonformità tkun minħabba żbalji ovvji kif imsemmija fl-Artikolu 59(6);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>meta n-nonkonformità tkun minħabba żball tal-awtorità kompetenti jew awtorità oħra, u jekk l-iżball ma setgħatx raġonevolment tinduna bih il-persuna kkonċernata mill-piena amministrattiva;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>meta l-persuna kkonċernata tkun tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li ma kinitx fit-tort għan-nonkonformità mal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 jew jekk l-awtorità kompetenti tkun issodisfata b’mod ieħor li l-persuna kkonċernata ma kellha ebda tort;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 89(4) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Mingħajr preġudizzju għal atti dwar is-settur tal-inbid adottati abbażi tal-Artikolu 64, fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-Unjoni fis-settur tal-inbid, l-Istati Membri għandhom japplikaw pieni amministrattivi proporzjonati, effettivi u dissważivi. Dawn il-pieni m’għandhomx japplikaw fil-każijiet imniżżlin fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 64(2) u meta n-nuqqas ta’ konfromità hu ta’ natura minuri.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1) sa (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="671" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 671</REF.DOC.OJ> u rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="189" PAGE.FIRST="261" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 189, p. 261</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 130, p. 8</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 1, p. 5</REF.DOC.OJ>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="080.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati skont l-Anness VIII u msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 75(3) u fl-Artikolu 83(2) u (3) biss għandhom jintużaw fil-produzzjoni u l-konservazzjoni ta’ prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VII fl-Unjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><?PAGE NO="6"?><ALINEA>Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati għandhom jintużaw biss biex jiġi żgurat li l-qlib tal-meraq tal-għeneb f’inbid isir sewwa, u li l-prodott jiġi ppreservat sewwa u raffinat sewwa.</ALINEA><ALINEA>Il-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VII għandhom jiġu prodotti fl-Unjoni skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness VIII.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="080.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VII ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikunu għaddew minn prattiki enoloġiċi tal-Unjoni mhux awtorizzati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ikunu għaddew minn prattiki enoloġiċi nazzjonali mhux awtorizzati, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ma jkunux konformi mar-regoli stabbiliti fl-Anness VIII.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="080.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta tawtorizza prattiki enoloġiċi għall-inbid kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 75(3), il-Kummissjoni għandha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tieħu kont tal-prattiki enoloġiċi u metodi ta’ analiżi rakkomandati u ppubblikati mill-[Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid], kif ukoll fuq ir-riżultati ta’ użu sperimentali ta’ prattiki enoloġiċi li għadhom mhux awtorizzati;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>tħares ir-regoli ġenerali fir-rigward ta’ prattiki enoloġiċi u r-regoli stabbiliti fl-Anness VIII.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 90 ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="090.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għajr li ma jkunx previst mod ieħor fi ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE, id-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ denominazzjoni ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u tikkettar ta’ nbid stabbiliti fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, u d-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ imsemmija fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal prodotti importati fl-Unjoni u li jkunu jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM <FT TYPE="CN">200961</FT>, <FT TYPE="CN">200969</FT> u 2204.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="090.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għajr li ma jkunx previst mod ieħor fi ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-[Trattat FUE], il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu prodotti f’konformità mal-prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-Unjoni skont dan ir-Regolament jew, qabel l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 80(3), magħmulin skont prattiki enoloġiċi rakkomandati u ppubblikati mill-[Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbejjed].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="090.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ċertifikat li juri konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, magħmul minn korp kompetenti u inkluż f’lista li għandha ssir pubblika mill-Kummissjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>rapport ta’ analiżi magħmul minn korp jew dipartiment maħtur mill-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott, jekk il-prodott ikun maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 230(1) u (2) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="230.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-[Regolament Nru 1234/2007] huwa mħassar.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="230.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-referenzi għar-[Regolament Nru 1234/2007] għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-[Regolament Nru 1306/2013] u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XIV għal dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-parti XII tal-Anness I tar-Regolament Nru 1308/2013 tipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Is-settur tal-inbid għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:</P><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="3"><CORPUS><ROW><CELL COLSPAN="2" COL="1">Kodiċi NM</CELL><CELL COL="3">Deskrizzjoni:</CELL></ROW><ROW><CELL ROWSPAN="2" COL="1">a)</CELL><CELL COL="2"><P><FT TYPE="CN">200961</FT></P><P><FT TYPE="CN">200969</FT></P></CELL><CELL COL="3">Meraq tal-għeneb (inkluż most tal-għeneb)</CELL></ROW><ROW><CELL COL="2">[…]</CELL><CELL COL="3">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">b)</CELL><CELL COL="2">ex 2204</CELL><CELL COL="3">Nbid ta’ għeneb frisk, nklużi inbejjed imsaħħin; most tal-għeneb ħlief dak tal-intestatura 2009, eskluż most tal-għeneb ieħor tas-subintestaturi <FT TYPE="CN">22043092</FT>, <FT TYPE="CN">22043094</FT>, <FT TYPE="CN">22043096</FT> u <FT TYPE="CN">22043098</FT></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2">[…]</CELL><CELL COL="3">[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Parti II tal-Anness VII ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Inbid</P><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Inbid<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tfisser il-prodott miksub esklussivament mill-fermentazzjoni alkoħolika totali jew parzjali ta’ għeneb frisk, kemm jekk magħsur jew le, jew ta’ most ta’ għeneb.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Anness VIII tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Prattiċi enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 80<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprevedi fil-Parti IA tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Limiti ta’ tisħiħ</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fejn ikun meħtieġ f’ċerti żoni ta’ vitikultura tal-Unjoni, minħabba kondizzjonijiet klimatiċi, l-Istati Membri konċernati jistgħu jippermettu li tiġi supplimentata l-qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta’ għeneb frisk, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni, inbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni u miksub minn varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid klassifikabbli skont l-Artikolu 81.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali bil-volum għandha tinkiseb permezz tal-prattiki enoloġiċi msemmija fit-Taqsima B u ma għandhiex tkun aktar mil-limiti li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>3 % volum fiż-żona ta’ vitikultura A;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>2 % volum fiż-żona ta’ vitikultura B;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>1,5 % volum fiż-żoni ta’ vitikultura C.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-parti II tal-Anness VIII tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>A. Ġenerali</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati kollha għandhom jeskludu ż-żieda tal-ilma, ħlief fejn ikun meħtieġ minħabba neċessità teknika speċifika.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>C. Taħlit ta’ nbejjed</P><P>It-taħlit ta’ nbid li joriġina f’pajjiż terz ma’ nbid tal-Unjoni u t-taħlit bejn inbejjed li joriġinaw f’pajjiżi terzi għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness XIV tar-Regolament Nru 1308/2013, l-Artikolu 158a tar-Regolament Nru 1234/2007 jikkorrispondi mal-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 1308/2013.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ċek</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 39(1)(ff) taż-zákon č. 321/2004 Sb., o vinohradnictví a vinařství (il-Liġi Nru 321/2004 dwar il-Vitikultura u l-Inbid), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Persuna ġuridika jew persuna fiżika, fil-kapaċità tagħha bħala produttur jew bħala persuna li tikkummerċjalizza prodott, twettaq ksur amministrattiv meta […] tikser obbligu impost minn dispożizzjoni tal-[Unjoni] li tirregola l-vitikultura, is-settur tal-inbid jew il-kummerċ tal-inbid.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 40(1) tal-Liġi dwar il-Vitikultura u l-Inbid huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Persuna ġuridika ma tinżammx responsabbli għal ksur amministrattiv jekk turi li għamlet kull sforz meħtieġ min-naħa tagħha biex tipprevjeni l-ksur tal-obbligu.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑14 ta’ Jannar 2016, l-iStátní zemědělská a potravinářská inspekce, inspektorát v Brně (l-Awtorità Nazzjonali ta’ Kontroll Agroalimentari, Sezzjoni ta’ Brno, ir-Repubblika Ċeka) imponiet multa ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">2100000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">80000</FT>) fuq Vinařství U Kapličky u talbitha r-rimbors tal-ispejjeż tal-analiżi tal-laboratorju fl-ammont ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">86420</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">3000</FT>), minħabba t-tqegħid fis-suq minnha, fir-Repubblika Ċeka, ta’ lottijiet ta’<?PAGE NO="9"?> nbid importati minn Moldova li ġew żviluppati skont prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati, bi ksur tal-Artikolu 80(2)(a) tar-Regolament Nru 1308/2013 u, f’ċerti każijiet, ta’ lottijiet ta’ inbid importati mill-Moldova li ma jikkonformawx mar-regoli stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dan ir-regolament, bi ksur tal-Artikolu 80(2)(c) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Abbażi tat-testijiet imwettqa fil-laboratorju fuq kampjuni meħuda waqt kontroll minn Vinařství U Kapličky, l- Awtorità Nazzjonali ta’ Kontroll Agroalimentari, Sezzjoni ta’ Brno kkonstatat li l-lottijiet ikkonċernati ma kinux josservaw, fi gradi differenti, ir-rekwiżiti dwar il-prattiki enoloġiċi awtorizzati, b’mod partikolari minħabba ż-żieda fil-qawwa alkoħolika bil-volum naturali lil hinn mil-limitu ta’ 3 % vol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑4 ta’ Awwissu 2016, l-Ispettorat Ċentrali ċaħad l-appell amministrattiv ippreżentat minn Vinařství U Kapličky kontra d-deċiżjoni tal‑14 ta’ Jannar 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Vinařství U Kapličky ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tal‑4 ta’ Awwissu 2016 quddiem il-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno, ir-Repubblika Ċeka), fejn sostniet b’mod partikolari li l-Ispezzjoni Ċentrali kellha teżentaha mir-responsabbiltà tagħha għall-ksur allegat fil-konfront tagħha minħabba l-eżistenza ta’ dokumenti V I 1 stabbiliti mill-awtoritajiet ta’ Moldova kompetenti, skont ir-Regolament Nru 555/2008, għal-lottijiet ta’ nbid ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fis‑26 ta’ April 2018, il-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno) annullat id-deċiżjoni tal-Ispezzjoni Ċentrali tal‑4 ta’ Awwissu 2016 u rrinvijat il-kawża lil din tal-aħħar. Din il-qorti ddeċidiet, f’dan ir-rigward, li, bħala prinċipju, ma kienx eskluż li Vinařství U Kapličky tista’ tiġi eżentata mir-responsabbiltà tagħha għall-ksur allegat fil-konfront tagħha abbażi tad-dokumenti V I 1 stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Moldova u li ċirkustanzi oħra kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Ispettorat Ċentrali bil-għan li jiġi ddeterminat jekk kienx hemm lok li din il-kumpannija tiġi eżentata mir-responsabbiltà tagħha għall-ksur allegat fil-konfront tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Ispettorat Ċentrali ppreżenta appell fil-kassazzjoni kontra din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fis‑16 ta’ Awwissu 2018, in-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema, ir-Repubblika Ċeka) annullat is-sentenza tal-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno) u bagħtet lura l-kawża lil din tal-aħħar, minħabba li d-dokument V I 1 jikkostitwixxi sempliċi formalità amministrattiva għall-finijiet tad-dħul tal-lottijiet ta’ nbid inkwistjoni fl-Unjoni u li l-preżentazzjoni ta’ tali dokument ma hijiex biżżejjed sabiex teħles lill-persuna li tikkummerċjalizza dawn il-lottijiet mir-responsabbiltà tagħha għall-ksur ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Wara din is-sentenza, il-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno), fil‑21 ta’ Novembru 2018, ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Vinařství U Kapličky kontra d-deċiżjoni tal-Ispettorat Ċentrali tal‑4 ta’ Awwissu 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Vinařství U Kapličky ippreżentat appell ta’ kassazzjoni u appell kostituzzjonali kontra din is-sentenza tal-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-appell ta’ kassazzjoni ġie miċħud min-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema) fis‑27 ta’ Marzu 2019.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ sentenza tal‑5 ta’ Settembru 2019, ikkonstatat ksur tad-dritt ta’ Vinařství U Kapličky għal smigħ xieraq, minħabba l-fatt li n-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema) kienet ċaħdet l-argument ta’ din il-kumpannija bbażat fuq in-natura vinkolanti taċ-ċertifikat li jinsab fid-dokument V I 1, mingħajr ma ressqet minn qabel quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja domanda preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Krajský soud v Brně (il-Qorti Reġjonali ta’ Brno) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1)</NO.P><TXT>Id-Dokument V I 1 maħruġ fuq il-bażi tar-[Regolament Nru 555/2008] li jinkludi ċertifikat minn organu awtorizzat ta’ pajjiż terz li juri li l-prodott sar billi ġew applikati prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV (l-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u l-Inbid) jew prattiki permessi mill-[Unjoni], huwa sempliċement kundizzjoni amministrattiva għall-importazzjoni tal-inbid fit-territorju tal-[Unjoni]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-prinċipju tad-dritt nazzjonali li persuna li tikkummerċjalizza nbid importat mill-Moldova tista’ tiġi eżentata minn responsabbiltà għal ksur amministrattiv li jikkonsisti fit-tqegħid fis-suq ta’ nbid li jkun ġie ssuġġettat għal prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati fl-[Unjoni], jekk l-awtoritajiet nazzjonali ma jkunx irnexxielhom jeqilbu l-preżunzjoni fil-konfront ta’ din il-persuna li l-inbid sar billi ġew applikati prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-[Unjoni], preżunzjoni li fuqha din il-persuna setgħet tistrieħ fid-dawl tad-Dokument V I 1 maħruġ mill-awtoritajiet Moldavi fuq il-bażi tar-[Regolament Nru 555/2008]?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 80(2)(a) u (c) kif ukoll l-Artikolu 90(3)(a) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li ċ-ċertifikat li jinsab f’dokument V I 1, stabbilit għal lott ta’ nbid importat fl-Unjoni abbażi tar-Regolament Nru 555/2008, li jipprovdi li dan il-lott ġie ppreparat skont il-prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>OIV<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), jew awtorizzati mill-Unjoni, huwa rilevanti sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-imsemmi lott mal-prattiki enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 80(2)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1308/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 555/2008 kellu l-għan li jistabbilixxi, kif jirriżulta mill-Artikolu 1(1)(b) tiegħu, il-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 479/2008, b’mod partikolari dawk relatati mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 555/2008, b’mod partikolari l-Artikoli 1 u 38 sa 54 kif ukoll l-Anness IX tiegħu, tħassru bl-Artikolu 52 tar-Regolament ta’ Delega 2018/273, huma kienu għadhom fis-seħħ fid-data tar-redazzjoni tad-dokument V I 1 u f’dik tad-dħul fl-Unjoni tal-lottijiet ta’ nbid inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’tali mod li dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jkunu rilevanti sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 555/2008, li jinsab fil-Kapitolu II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Ċertifikati u rapporti ta’ analiżi għall-inbid, meraq u most ta’ l-għeneb importati<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, tat-Titolu III ta’ dan ir-regolament, kien jipprevedi li ċ-ċertifikazzjoni u r-rapport ta’ analiżi msemmija, rispettivament, fl-Artikolu 82(3)(a) u fl-Artikolu 82(3)(b) tar-Regolament Nru 479/2008 kienu s-suġġett tal-istess dokument li l-komponent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tiegħu kien imfassal minn organu tal-pajjiż terz ta’ provenjenza tal-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Jekk din id-dispożizzjoni kienet tirreferi għall-Artikolu 82 tar-Regolament Nru 479/2008, dan ir-riferiment għandu jinftiehem, fid-dawl tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 491/2009 u tal-Artikolu 230(2) tar-Regolament Nru 1308/2013, bħala li jirreferi, fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, għaċ-ċertifikazzjoni u għar-rapport ta’ analiżi li għalihom jirreferu, rispettivament, l-Artikolu 90(3)(a) u l-Artikolu 90(3)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament Nru 1308/2013 jipprevedi li, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet kuntrarji li jinsabu fil-ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-Trattat FUE, l-inbid għandu jiġi prodott skont il-prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-Unjoni abbażi ta’ dan ir-regolament jew, qabel l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni ta’ tali prattiki prevista fl-Artikolu 80(3) tal-imsemmi regolament, skont il-prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>L-Artikolu 90(1) u (3) tar-Regolament Nru 1308/2013 jipprovdi li l-importazzjoni ta’ nbid hija suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat li jikkonferma l-konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 tal-imsemmi artikolu, imħejjija minn organu kompetenti, li jidher f’lista magħmula pubblika mill-Kummissjoni, fil-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott, kif ukoll ta’ rapport ta’ analiżi redatt minn organu jew dipartiment indikat mill-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 555/2008 kien jipprevedi, essenzjalment, li dan iċ-ċertifikat u dan ir-rapport ta’ analiżi kienu stabbiliti fuq l-istess dokument V I 1 għal kull lott intiż li jiġi importat fl-Unjoni u li dan id-dokument kien ġie ppreparat abbażi ta’ formola V I 1 li l-mudell tagħha kien jinsab fl-Anness IX ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-kaxxa 9 ta’ dan il-mudell, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, kienet teżiġi li jiġi indikat fih jekk il-prodott ikkonċernat kien intiż għall-konsum mill-bniedem dirett, jekk dan kienx jissodisfa d-definizzjoni Komunitarja tal-kategoriji tal-prodotti fis-settur tal-inbid u jekk dan kienx ġie żviluppat skont il-prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV jew awtorizzati mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>L-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 555/2008 kien jipprovdi li l-oriġinal u l-kopja tad-dokument V I 1 jew tal-estratt V I 2 kellhom jintbagħtu, waqt it-twettiq tal-formalitajiet doganali meħtieġa għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera tal-lott li huma relatati miegħu, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu twettqet din it-tranżazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Mid-dispożizzjonijiet iċċitati fil-punti preċedenti jirriżulta li d-dokument V I 1, imsemmi fl-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 555/2008, kien jikkostitwixxi dokument li kellu jiġi stabbilit, għal kull lott ta’ nbid intiż li jiġi importat fl-Unjoni, minn organu kompetenti tal-pajjiż terz ta’ oriġini tal-lott ikkonċernat u li kien intiż li jingħata waqt it-twettiq tal-formalitajiet doganali meħtieġa għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera ta’ dan il-lott.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta wkoll li dan id-dokument kellu l-funzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet doganali jivverifikaw jekk l-imsemmi lott kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet li għalihom kienet suġġetta l-importazzjoni tiegħu fl-Unjoni, b’mod partikolari dik prevista fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament Nru 1308/2013, dwar l-osservanza tal-prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-Unjoni jew irrakkomandati u ppubblikati mill-OIV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda, għandu jiġi ddeterminat jekk il-funzjoni hekk irrikonoxxuta lid-dokument V I 1 tapplikax ukoll f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-konformità tal-lott ta’ nbid ikkonċernat mal-prattiki enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 80(2)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1308/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi li l-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VII ta’ dan ir-regolament ma humiex kummerċjabbli fl-Unjoni jekk ikunu mfassla skont prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati fil-livell tal-Unjoni jew jekk ma josservawx ir-regoli stabbiliti fl-Anness VIII tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-prodotti koperti minn din il-projbizzjoni, l-Artikolu 80(2) tar-Regolament Nru 1308/2013 jirreferi, b’mod ġenerali, għall-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VII ta’ dan ir-regolament, indipendentement mill-post ta’ provenjenza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-parti II, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, tirreferi, fil-punt 1 tagħha, għall-inbid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni prevista fl-Artikolu 80(2)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1308/2013 tkopri b’mod partikolari l-lottijiet ta’ nbid importati minn pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-prattiki enoloġiċi msemmija minn din id-dispożizzjoni, l-Artikolu 80(2)(a) tar-Regolament Nru 1308/2013 jirreferi, b’mod ġenerali, għall-prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(2)(c) ta’ dan ir-regolament jipprevedi, min-naħa tiegħu, ir-regoli stabbiliti fl-Anness VIII tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm il-Parti I tal-Anness VIII tal-istess regolament tipprevedi regoli dwar, b’mod partikolari, it-tranżazzjonijiet ta’ arrikkiment f’ċerti żoni ta’ ta’ vitikultura tal-Unjoni, li għalhekk jikkonċernaw biss il-lottijiet ta’ nbid żviluppat fl-Unjoni, il-Parti II ta’ dan l-anness tistabbilixxi regoli ta’ natura iktar ġenerali, li huma intiżi li japplikaw ukoll għall-inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, bħall-Artikolu 90(2) tar-Regolament Nru 1308/2103, l-Artikolu 80(2)(a) u (c) ta’ dan ir-regolament jipprevedi rekwiżiti fil-qasam tal-osservanza ta’ ċerti prattiki enoloġiċi li għandhom jissodisfaw il-lottijiet ta’ nbid provenjenti b’mod partikolari minn pajjiżi terzi, peress li din l-aħħar dispożizzjoni timponi tali rekwiżiti mhux bil-għan tal-importazzjoni tagħhom, iżda għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Minkejja li l-kundizzjonijiet stabbiliti rispettivament fl-Artikolu 80(2)(a) u (c) u fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament Nru 1308/2013 huma ppreżentati b’mod differenti, sa fejn l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tirrigwarda l-osservanza tal-prattiki enoloġiċi awtorizzati fil-livell tal-Unjoni u tar-regoli stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dan ir-regolament, filwaqt li t-tieni waħda<?PAGE NO="13"?> tirrigwarda l-prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-Unjoni abbażi tal-imsemmi regolament jew, qabel l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni ta’ tali prattiki, il-prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV, għandu jiġi kkunsidrat li, fir-rigward tal-lottijiet ta’ nbid importati fl-Unjoni, id-dokument V I 1 jista’ jirriżulta utli għall-finijiet ta’ verifikazzjoni jekk tali lottijiet huma konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 80(2)(c) tar-Regolament Nru 1308/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li, kif jirriżulta mill-punt 49 ta’ din is-sentenza, iċ-ċertifikat li jinsab f’dokument V I 1 redatt għal lott ta’ nbid importat fl-Unjoni abbażi tal-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 555/2008, li jipprovdi li dan il-lott ġie żviluppat skont il-prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-Unjoni, tippreżenta ċerta rilevanza sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-imsemmi lott ma’ dawn il-prattiki enoloġiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 90(2) tar-Regolament Nru 1308/2013, moqri flimkien mal-Artikolu 80(3) tiegħu, jirriżulta li hija l-Kummissjoni li għandha tagħti l-awtorizzazzjoni tal-prattiki enoloġiċi fuq il-livell tal-Unjoni abbażi ta’ din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 80(3)(f) ta’ dan ir-regolament jippreċiża li, meta tawtorizza prattiki enoloġiċi, il-Kummissjoni għandha tosserva r-regoli ġenerali fil-qasam tal-prattiki enoloġiċi u r-regoli stabbiliti fl-Anness VIII tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għalkemm iċ-ċertifikat li jinsab f’dokument V I 1 stabbilit għal lott ta’ nbid importat fl-Unjoni abbażi tal-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 555/2008 jista’ jirrigwarda biss il-konformità ta’ dan il-lott mal-prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-rakkomandazzjonijiet tal-OIV għandhom rilevanza partikolari f’dak li jirrigwarda r-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il-prattiki enoloġiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Ottubru 2014, Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑399/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2258">EU:C:2014:2258</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li ċertifikat li jinsab f’dokument V I 1 stabbilit abbażi tal-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 555/2008 għal lott ta’ nbid importat fl-Unjoni, li jgħid li dan il-lott ġie ppreparat skont il-prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV jew awtorizzati mill-Unjoni, jippreżenta ċerta rilevanza fl-eżami tal-konformità tal-imsemmi lott mar-rekwiżiti tal-Artikolu 80(2)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1308/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, filwaqt li mill-Artikolu 90(3) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda espressament li tali ċertifikazzjoni tippermetti li jiġi vverifikat jekk il-lott ta’ nbid ikkonċernat huwiex konformi mal-prattiki enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 90(2) tal-imsemmi regolament, huwa ma tax tali effett lil dan iċ-ċertifikat, li barra minn hekk huwa stabbilit minn organu ta’ pajjiż terz, fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni prevista fl-Artikolu 80(2)(a) u (c) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, in-nuqqas ta’ konformità ta’ lott ta’ nbid mal-prattiki enoloġiċi awtorizzati mid-dritt tal-Unjoni jista’ jirriżulta minn ċirkustanzi sussegwenti għall-ħruġ tad-dokument V I 1 għal dan il-lott, li jistgħu jseħħu b’mod partikolari fil-kuntest tat-trasport ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, peress li l-istabbiliment ta’ ċertifikat li jinsab f’dokument V I 1, kif previst fl-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 555/2008, jitwettaq mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ta’ oriġini ta’ dan il-lott, bil-għan li jitwettqu l-formalitajiet doganali rikjesti għall-importazzjoni tiegħu fl-Unjoni, jista’ jgħaddi żmien kunsiderevoli bejn l-istabbiliment ta’ tali ċertifikat u l-kummerċjalizzazzjoni tal-imsemmi lott fit-territorju tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, ma jistax jitqies li l-eżistenza ta’ tali ċertifikazzjoni tippermetti, waħedha, li jiġi stabbilit li lott ta’ nbid huwa konformi mal-prattiki enoloġiċi awtorizzati mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 80(2)(a) u (c) kif ukoll l-Artikolu 90(3)(a) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċ-ċertifikat li jinsab f’dokument V I 1 stabbilit għal lott ta’ nbid importat fl-Unjoni abbażi tal-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 555/2008, li jipprovdi li dan il-lott ġie żviluppat konformement mal-prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV jew awtorizzati mill-Unjoni, huwa rilevanti sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-imsemmi lott għall-prattiki enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 80(2)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1308/2013, madankollu mingħajr ma tkun suffiċjenti biex tistabbilixxi, hija waħedha, din il-konformità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li, meta persuna li tikkummerċjalizza, f’dan l-Istat Membru, lott ta’ nbid importat minn pajjiż terz li ma jkunx konformi mal-prattiki enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 80(2)(a) jew (c) tar-Regolament Nru 1308/2013, jipproduċi dokument V I 1 stabbilit għal dan il-lott u li jiċċertifika li dan tal-aħħar ġie ppreparat skont prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV jew awtorizzati mill-Unjoni, l-oneru tal-prova tal-eżistenza ta’ nuqqas ta’ dan il-kummerċjant għall-ksur tal-projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni prevista fl-Artikolu 80(2) ta’ dan ir-regolament jaqa’ fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Kif ġie rrilevat fil-punti 51 sa 57 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 80(2)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1308/2013 jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni, fl-Unjoni, ta’ lottijiet ta’ nbid importati minn pajjiżi terzi li ġew żviluppati skont prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati fuq il-livell tal-Unjoni jew li ma josservawx ir-regoli stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 89(4) tar-Regolament Nru 1306/2013 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom japplikaw, fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-Unjoni fis-settur tal-inbid, sanzjonijiet amministrattivi proporzjonati, effettivi u dissważivi. Madankollu, din id-dispożizzjoni tippreċiża li dawn is-sanzjonijiet ma japplikawx fil-każijiet deskritti fl-Artikolu 64(2)(a) sa (d) ta’ dan ir-regolament, u lanqas meta n-nuqqas ta’ osservanza jkun ta’ ordni minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>L-Artikolu 64(2)(d) tal-imsemmi regolament jistabbilixxi li l-Istati Membri ma jistgħux jimponu sanzjonijiet meta l-persuna kkonċernata tista’ turi, b’mod meqjus konvinċenti mill-awtorità kompetenti, li hija ma kellhiex tort billi ma osservatx l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jew li l-awtorità kompetenti tkun kisbet b’xi mod ieħor il-konvinzjoni li din il-persuna ma kellhiex tort.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn qari flimkien tal-Artikolu 64(2)(d) tar-Regolament Nru 1306/2013 u tal-Artikolu 89(4) ta’ dan ir-regolament kif ukoll tal-Artikolu 80(2) tar-Regolament Nru 1308/2013, jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet proporzjonati, effettivi u dissważivi fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni prevista f’din l-aħħar dispożizzjoni, iżda li tali sanzjonijiet ma jistgħux jiġu applikati meta jiġi stabbilit li l-persuna kkonċernata ma kellhiex tort.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Sa fejn dawn ir-regolamenti ma jinkludux dispożizzjonijiet iktar speċifiċi dwar b’mod partikolari l-produzzjoni tal-prova, huwa, skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali, u bla ħsara għall-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ produzzjoni tal-prova, il-mezzi ta’ prova ammissibbli jew inkella l-prinċipji li jirregolaw l-evalwazzjoni tas-saħħa probatorja tal-provi kif ukoll il-livell ta’ prova meħtieġ (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑21 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>W <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:484">EU:C:2017:484</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll 25).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Madankollu, il-modalitajiet nazzjonali ta’ amministrazzjoni u ta’ evalwazzjoni tal-prova hekk previsti ma għandhomx ikunu ta’ natura li jippreġudikaw regola ta’ tqassim tal-oneru tal-prova espliċitament prevista mir-Regolament Nru 1306/2013 (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑21 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>W <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:484">EU:C:2017:484</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 64(2)(d) tar-Regolament Nru 1306/2013 jippreċiża li hija l-persuna akkużata li kisret il-projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni prevista fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament Nru 1308/2013 li għandha tipprova li hija ma kellhiex tort meta ma osservatx tali projbizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li mill-Artikolu 64(2)(d) tar-Regolament Nru 1306/2013 jirriżulta li l-awtorità kompetenti ma għandhiex timponi sanzjoni meta tkun kisbet b’xi mod ieħor il-konvinzjoni li l-persuna kkonċernata ma kellhiex tort, tali obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi li għandha din l-awtorità ma jistax jimplika li bħala prinċipju hija din l-awtorità li għandha tistabbilixxi l-eżistenza ta’ nuqqas imwettaq minn tali persuna qabel ma tkun tista’ timponi sanzjoni fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 65 sa 68 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-persuna akkużata li kisret il-projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni prevista fl-Artikolu 80(2)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1308/2013 ma tistax validament tippreżumi li hija kkonformat ma’ din il-projbizzjoni minħabba s-sempliċi fatt li hija kellha ċertifikat li jinsab f’dokument V I 1 għal-lott ta’ nbid ikkonċernat u li, konsegwentement, din il-persuna ma tistax turi li hija ma kellhiex tort billi pproduċiet sempliċement tali dokument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 64(2)(d) tar-Regolament Nru 1306/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tqiegħed fuq l-awtoritajiet kompetenti l-oneru tal-prova tal-eżistenza ta’ nuqqas tal-persuna kkonċernata, inkluż meta din il-leġiżlazzjoni tipprevedi tali tqassim tal-oneru tal-prova fil-każ biss fejn din il-persuna tkun ipproduċiet dokument V I 1 stabbilit għal-lott ta’ nbid inkwistjoni li jiċċertifika li dan ġie żviluppat skont prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV jew awtorizzati mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 89(4) tar-Regolament Nru 1306/2013, moqri flimkien mal-Artikolu 64(2)(d) ta’ dan ir-regolament u mal-Artikolu 80(2) tar-Regolament Nru 1308/2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li, meta persuna li tikkummerċjalizza, f’dan l-Istat Membru, lott ta’ nbid importat minn pajjiż terz li ma jkunx<?PAGE NO="16"?> konformi mal-prattiki enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 80(2)(a) jew (c) tar-Regolament Nru 1308/2013, tipproduċi dokument V I 1 stabbilit għal dan il-lott u li jiċċertifika li dan tal-aħħar ġie ppreparat skont prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV jew awtorizzati mill-Unjoni, l-oneru tal-prova tal-eżistenza ta’ nuqqas ta’ dan il-kummerċjant għal ksur tal-projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni prevista fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament Nru 1308/2013 jaqa’ fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 80(2)(a) u (c) kif ukoll l-Artikolu 90(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċ-ċertifikat li jinsab f’dokument V I 1 stabbilit għal lott ta’ nbid importat fl-Unjoni abbażi tal-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas‑27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid, li jipprovdi li dan il-lott ġie żviluppat konformement mal-prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed jew awtorizzati mill-Unjoni, huwa rilevanti sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-imsemmi lott għall-prattiki enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 80(2)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1308/2013, madankollu mingħajr ma tkun suffiċjenti biex tistabbilixxi, hija waħedha, din il-konformità.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 89(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, moqri flimkien mal-Artikolu 64(2)(d) ta’ dan ir-regolament u mal-Artikolu 80(2) tar-Regolament Nru 1308/2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li, meta persuna li tikkummerċjalizza, f’dan l-Istat Membru, lott ta’ nbid importat minn pajjiż terz li ma jkunx konformi mal-prattiki enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 80(2)(a) jew (c) tar-Regolament Nru 1308/2013, tipproduċi dokument V I 1 stabbilit għal dan il-lott u li jiċċertifika li dan tal-aħħar ġie ppreparat skont prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed jew awtorizzati mill-Unjoni, l-oneru tal-prova tal-eżistenza ta’ nuqqas ta’ dan il-kummerċjant għal ksur tal-projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni prevista fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament Nru 1308/2013 jaqa’ fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-imsemmi Stat Membru.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>