|
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 351/137 |
It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
It-talba għad-difiża tal-immunità parlamentari tas-Sur Valdemar Tomaševski
P7_TA(2010)0252
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar it-talba ta’ difiża tal-immunità parlamentari ta’ Valdemar Tomaševski (2010/2047(IMM))
2011/C 351 E/22
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra t-talba għall-ħarsien tal-immunità ta’ Valdemar Tomaševski, mgħoddija lill-President tal-Parlament Ewropew fit-2 ta’ Frar 2010 u mħabbra fis-seduta plenarja fl-24 ta’ Marzu 2010,
wara li sema’ lil Valdemar Tomaševski skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll (nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattati, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett tal-20 ta’ Settembru 1976,
wara li kkunsidra l-istatut tal-Membri Parlamentari Ewropej adottat fit-28 ta’ Settembru 2005,
wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0214/2010),
|
A. |
billi Valdemar Tomaševski huwa Membru tal-Parlament Ewropew, |
|
B. |
billi Valdemar Tomaševski mhuwiex qed jiffaċċa proċeduri legali fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll u billi għalhekk dan il-każ m'għandux x'jaqsam mal-immunità parlamentari, |
|
C. |
billi, skont it-termini tiegħu stess, il-“Kodiċi ta’ Kondotta għall-Politikanti Statali”, stabbilit mil-Liġi tad-19 ta’ Settembru 2006 (N.X-816), li r-rispett tagħha huwa garantit mill-Kummissjoni Prinċipali tal-Etika Uffiċjali tar-Repubblika tal-Litwanja, organu politiku stabbilit mil-Liġi tal-1 ta’ Lulju 2008 (N.X-1777), jiddikjara espliċitament li huwa applikabbli wkoll għall-Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-Litwanja, |
|
D. |
billi fit-22 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni Prinċipali tal-Etika Uffiċjali tar-Repubblika tal-Litwanja adottat deċiżjoni “ta' twiddiba pubblika” fil-konfront tas-Sur Valdemar Tomaševski fuq il-bażi tal-imsemmi Kodiċi ta’ Kondotta, fir-rigward tal-attivitajiet politiċi li huwa wettaq bħala Membru tal-Parlament Ewropew, |
|
E. |
billi skont it-termini tal-Artikolu 2 tal-Istatut tal-Membri Parlamentari Ewropej (1), “[i]l-Membri għandhom ikunu ħielsa u indipendenti”, |
|
F. |
billi jitqies il-prinċipju tal-preċedenza tad-dritt tal-Unjoni, |
|
G. |
billi d-deċiżjoni inkwistjoni kif ukoll il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja li fuqha hija bbażata, jinvolvu ksur tal-liġi tal-Unjoni peress li ma jirrispettawx il-prinċipji tal-ħelsien u tal-indipendenza tal-Membru tal-Parlament Ewropew stabbiliti mill-Artikolu 2 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, |
|
H. |
billi hija l-Kummissjoni, bħala l-gwardjana tat-Trattati, li għandha tagħti bidu għal proċedura ta’ ksur fil-konfront tar-Repubblika tal-Litwanja fuq il-bażi tal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
1. |
Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tintervjeni mal-awtoritajiet Litwani bil-għan li tinforza r-rispett għad-dritt tal-Unjoni Ewropea filwaqt li, jekk ikun meħtieġ, tagħti bidu għall-proċedura ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Litwanja. |
(1) ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1.