European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4139

27.7.2026

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1816, u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/1846 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

(C/2026/4139)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1816 (2), u fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/1846 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Il-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jibqgħu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel is-27 ta' Novembru 2026 , fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami tal-Kunsill tal-miżuri restrittivi qabel l-iskadenza tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għall-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)   ĠU L, 2026/1816, 23.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1816/oj.

(3)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(4)   ĠU L, 2026/1846, 23.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1846/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4139/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)