SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla)
16 ta’ Jannar 2018 ( *1 )
“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lil EDF - Riklassifikazzjoni f’injezzjoni ta’ kapital ta’ riżervi kontabbli maħluqa bħala eżenti mit-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Awtorità ta’ res judicata - Kriterju ta’ investitur privat”
Fil-Kawża T‑747/15,
Électricité de Franza (EDF), stabbilita f’Pariġi (Franza), irrappreżentata minn M. Debroux, avukat,
rikorrenti,
sostnuta minn
Ir-Repubblika Franċiża, inizjalment irrappreżentata minn G. de Bergues u D. Colas u J. Bousin, sussegwentement minn D. Colas u J. Bousin, bħala aġenti,
intervenjenti,
vs
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn É. Gippini Fournier, B. Stromsky u D. Recchia, bħala aġenti,
konvenuta,
li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 1 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/154, tat-22 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.13869 (C 68/2002) (ex NN 80/2002) – Riklassifikazzjoni f’kapital tar-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali implimentata minn Franza favur EDF (ĠU 2016, L 34, p. 152),
IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla),
komposta minn S. Frimodt Nielsen (Relatur), President, V. Kreuschitz u N. Półtorak, Imħallfin,
Reġistratur: E. Coulon,
tagħti l-preżenti
Sentenza
I. Il-fatti li wasslu għall-kawża
A. Introduzzjoni
|
1 |
B’deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2002 (ĠU 2002, C 280, p. 8, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ ftuħ”), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-vantaġġ li rriżulta min-nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta mir-rikorrenti, Électricité de France (EDF), għar-ristrutturazzjoni tal-bilanċ tagħha fl-1997, fuq parti mir-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali (iktar ’il quddiem in-“NPĠ”) u riklassifikati f’injezzjoni ta’ kapital. |
|
2 |
Permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Diċembru 2003 (ĠU 2005, L 49, p. 9, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni inizjali”), il-Kummissjoni ddikjarat il-miżura ta’ għajnuna li minnha kienet ibbenefikat EDF bħala inkompatibbli mas-suq intern u ordnat li din l-għajnuna tiġi rkuprata flimkien mal-interessi. L-ammont tal-għajnuna ġiet irrimborsata lir-Repubblika Franċiża fi Frar 2004. |
|
3 |
Permezz ta’ sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2009, EDF vs Il-Kummissjoni (T‑156/04, iktar ’il quddiem is-“sentenza fil-Kawża T‑156/04”, EU:T:2009:505), il-Qorti Ġenerali annullat l-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni inizjali. Wara dik is-sentenza, ir-Repubblika Franċiża reġgħet ħallset lil EDF l-ammont li din kienet irrimborsatha. |
|
4 |
Permezz ta’ sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF (C‑124/10 P, iktar ’il quddiem is-“sentenza fil-Kawża C‑124/10 P”, EU:C:2012:318), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni kontra s-sentenza fil-Kawża T-156/04. |
|
5 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-2 ta’ Mejju 2013 (ĠU 2013, C 186, p. 73), li biha għamlet stedina sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet skont l-Artikolu 108(2) TFUE, (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ estensjoni”), il-Kummissjoni estendiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
6 |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/154, tat-22 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.13869 (C 68/2002) (ex NN 80/2002) – Riklassifikazzjoni f’kapital tar-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali implimentata minn Franza favur EDF (ĠU 2016, L 34, p. 152, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), il-Kummissjoni reġgħet, għal darba oħra, iddikjarat il-miżura ta’ għajnuna li minnha kienet ibbenefikat EDF inkompatibbli mas-suq intern u ordnat l-irkupru ta’ din l-għajnuna flimkien mal-interessi. L-ammont tal-għajnuna ġie rrimborsat lir-Repubblika Franċiża fit-13 ta’ Ottubru 2015. |
|
7 |
B’talba mressqa fir-Reġistru fit-22 ta’ Diċembru 2015, EDF ippreżentat dan ir-rikors. |
B. Fuq il-benefiċjarju tal-għajnuna
|
8 |
EDF inħolqot permezz tal-loi no 46-628, du 8 avril 1946, sur la nationalisation de l’électricité et du gaz (JORF tad-9 ta’ April 1946, p. 2651) (il-Liġi Nru 46-628, tat-8 ta’ April 1946, dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-elettriku u tal-gass) li, skont l-ewwel artikolu tagħha, innazzjonalizzat il-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-elettriku fi Franza. Din il-liġi fdat il-ġestjoni tal-impriżi nnazzjonalizzati tal-elettriku f’idejn stabbiliment pubbliku nazzjonali ta’ natura industrijali u kummerċjali, imsejjaħ “Electricité de France (E.D.F.), Service national”. |
|
9 |
L-Artikolu 16 tal-Liġi Nru 46-628 kien jipprovdi li l-bilanċ nett tal-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligi ttrasferiti lil EDF kien jikkostitwixxi l-kapital tagħha, kien proprjetà tal-pajjiż, ma kienx trasferibbli u, f’każ ta’ telf operatorju, kellu jkun irrikostitwit fuq ir-riżultati tas-snin finanzjarji sussegwenti. Skont l-Artikolu 1 tad-décret no 56-493, du 14 mai 1956, relatif aux dotations en capital à EDF (JORF tad-19 ta’ Mejju 1956, p. 4613) (id-Digriet Nru 56-493, tal-14 ta’ Mejju 1956, dwar l-injezzjonijiet ta’ kapital lil EDF), dawn tal-aħħar kienu suġġetti għar-regoli stabbiliti mill-Artikolu 16 tal-liġi msemmija. Skont l-Artikolu 2 tal-istess digriet, dawn l-injezzjonijiet kienu jwasslu għall-għoti ta’ interessi u dividend lill-Istat. |
|
10 |
Skont il-Liġi Nru 46-628, sa mill-ħolqien tagħha u ċertament fl-1997, EDF kienet stabbiliment pubbliku nazzjonali ta’ natura industrijali u kummerċjali, mhux irregolat mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata. Il-loi no 2004-803, du 9 août 2004, relative au service public de l’électricité et du gaz et aux entreprises électriques et gazières (JORF tal-11 ta’ Awwissu 2004, p. 14256) (il-Liġi Nru 2004-803, tad-9 ta’ Awwissu 2004, dwar is-servizz pubbliku tal-elettriku u tal-gass u l-impriżi tal-elettriku u tal-gass) biddlet dan l-istatus meta, fl-Artikolu 24 tagħha, stipulat li EDF, li tagħha l-Istat kellu jżomm iktar minn 70 % tal-kapital, kellha tkun irregolata mil-liġijiet applikabbli għall-kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata diment li ma jkunx hemm dispożizzjonijiet legali kuntrarji. L-Artikolu 47 ta’ din il-liġi kien jipprevedi wkoll it-trasformazzjoni sussegwenti tal-istabbiliment pubbliku EDF f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, suġġetta għall-pubblikazzjoni ta’ digriet dwar l-istatus il-ġdid tagħha. L-Artikolu 46 ta’ din l-istess liġi jippreċiża li l-bilanċ tal-kumpannija EDF fil-31 ta’ Diċembru 2004 għandu jkun stabbilit skont il-karta tal-bilanċ tal-31 ta’ Diċembru 2003 u r-rapport tal-introjtu għa-sena finanzjarja 2004 tal-istabbiliment pubbliku EDF. |
|
11 |
It-trasformazzjoni ta’ EDF f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata saret effettiva bl-applikazzjoni tad-décret no 2004-1224, du 17 novembre 2004, portant statuts de la société anonyme EDF (JORF tad-19 ta’ Novembru 2004, p. 19505) (id-Digriet Nru 2004-1224, tas-17 ta’ Novembru 2004, dwar l-istatuti tal-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata EDF). L-istatuti annessi mal-imsemmi digriet jipprevedu li minn dakinhar ’il quddiem EDF kellha tkun kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata rregolata mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli għall-kumpanniji kummerċjali, fosthom il-le code de commerce (il-Kodiċi tal-Kummerċ), sa fejn ma jkunx hemm deroga minn dan tal-aħħar minn dispożizzjonijiet iktar speċifiċi inklużi l-istess statuti. |
|
12 |
L-Artikolu 6 tal-istatuti ta’ EDF jipprevedi li l-kapital azzjonarju tal-kumpannija, oriġinarjament miżmum kollu mill-Istat, huwa stabbilit għas-somma ta’ EUR 8.129 biljun, maqsum f’1 625800000 azzjoni ta’ EUR 5 kull wieħed. Il-kapital azzjonarju tal-kumpannija l-ġdida pubblika b’responsabbiltà limitata EDF ġie stabbilit f’Novembru 2004 fl-istess ammont tal-kapital u l-injezzjonijiet ta’ kapital tal-istabbiliment pubbliku ekonomiku u kummerċjali EDF akkumulati sa dakinhar, jiġifieri EUR 8.1 biljun. Dan l-ammont ta’ kapital u ta’ injezzjonijiet ta’ kapital kien intlaħaq b’applikazzjoni tal-loi no 97-1026, du 10 novembre 1997, portant diverses mesures d’ordre économique et commercial (JORF tal-11 ta’ Novembru 1997, p. 16387) (il-Liġi Nru 97-1026, tal-10 ta’ Novembru 1997, dwar diversi miżuri ekonomiċi u kummerċjali) u ma nbidilx mill-1997 sal-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
13 |
Il-Liġi Nru 2004-803 u l-istatuti ta’ EDF kienu jipprevedu barra minn hekk li, fi kwalunkwe ħin, l-Istat kellu jżomm iktar minn 70 % tal-kapital tal-kumpannija. F’Novembru 2005, ġew offruti azzjonijiet ġodda ta’ EDF ammessi għall-elenkar fuq Euronext bi prezz miftuħ (iktar ’il quddiem “OPM”), biex b’hekk il-kapital ta’ EDF infetaħ għal azzjonisti oħrajn minbarra l-Istat. |
C. Fuq il-ħolqien ta’ riżervi kontabbli għat-tiġdid tan-NPĠ
|
14 |
Skont l-Artikolu 36 tal-Liġi Nru 46-628, il-konċessjonijiet kollha nnazzjonalizzati tal-elettriku ġew ittrasferiti lil EDF. Għal dawn il-konċessjonijiet, skont l-Artikolu 37 tal-istess liġi, il-konċessjonarju huwa obbligat josserva speċifikazzjonijiet standard tal-kuntratt. Id-diversi konċessjonijiet ta’ trasport tal-elettriku trasferiti b’dan il-mod mill-Istat lil EDF ġew unifikati fl-1958 f’konċessjoni waħdanija msejħa NPĠ. |
|
15 |
Fl-assenza ta’ regoli speċifiċi tal-kontabbiltà għall-konċessjonijiet, mill-1946, EDF ikkunsidrat li hija kienet il-proprjetarja tal-assi li jiffurmaw parti min-NPĠ u rreġistrat dawn l-assi fl-attiv tal-karta tal-bilanċ tagħha. |
|
16 |
Skont l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt approvati mid-Digriet Nru 56-1225, tat-28 ta’ Novembru 1956, EDF hija meħtiega twettaq bi spejjeż proprji x-xogħlijiet kollha ta’ manutenzjoni u ta’ tiġdid meħtieġa sabiex iżżomm l-istrutturi tal-konċessjoni f’kundizzjoni tajba. |
|
17 |
Fl-1987, wara emenda fl-1982 tal-pjan ta’ kontabbiltà ġenerali li jipprovdi regoli speċifiċi għall-assi li jridu jintraddu lura lill-Istat fi tmiem il-konċessjoni, EDF biddlet il-prattika tal-kontabbiltà tagħha għall-attivi tan-NPĠ li sa dakinhar kienu meqjusa bħala assi proprji u kklassifikat dawn l-attivi fl-entrata tal-karta bilanċjali “Assi taħt konċessjoni”. Għal dawn l-attivi EDF applikat ir-regoli ta’ kontabbiltà speċjali stabbiliti fi Franza għall-assi taħt konċessjoni li jridu jintraddu lura lill-Istat fi tmiem il-konċessjoni, u ħolqot riżervi, b’eżenzjoni mit-taxxa, għat-tiġdid tan-NPĠ. |
|
18 |
F’rapport tal-1994, il-Cour des comptes (il-Qorti tal-Awdituri, Franza) ikkunsidrat li, fil-preżenza ta’ konċessjonarju uniku u permanenti tal-Istat, stabbilit bil-liġi, bħal EDF, kien diffiċli li wieħed jikkunsidra li l-assi li jikkostitwixxu n-NPĠ kellhom jintraddu lura lill-Istat fi tmiem il-konċessjoni, għall-kuntrarju tal-assi proprji tan-NPĠ li jappartjenu lil EDF. Fi kliem ieħor, minħabba li l-bidla fil-kontijiet li EDF introduċiet fl-1987 kienet tfisser il-ħolqien ta’ riżervi b’eżenzjoni mit-taxxa, din ma hijiex iġġustifikata għall-Cour des comptes (il-Qorti tal-Awdituri). Għaldaqstant bdiet ħidma ta’ regolarizzazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ EDF bejn il-kumpannija u l-awtoritajiet superviżorji. |
|
19 |
Fl-1997, EDF kellha fil-kontijiet tagħha żewġ tipi ta’ riżervi b’eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tan-NPĠ ir-riżervi li kienu għadhom ma ntużawx u li kienu jammontaw għal 38.5 biljun frank Franċiż (FRF) u d-drittijiet tal-konċedent, li jikkorrispondu għall-operazzjonijiet ta’ tiġdid diġà effettwati, u li jammontaw għal FRF 18.345 biljun. |
D. Fuq ir-riklassifikazzjoni tar-riżervi kontabbli
|
20 |
Il-Liġi Nru 97-1026 iċċarat l-istatus tal-assi li jikkostitwixxu n-NPĠ. L-Artikolu 4 ta’ din il-liġi jipprovdi li:
|
|
21 |
Huwa paċifiku li r-rikors għal-liġi kien meħtieġ għal kull eżerċizzju li jikkonċerna l-kapital ta’ EDF, sa fejn, fil-verżjoni fis-seħħ tagħha fl-1997, l-Artikolu 16 tal-Liġi Nru 46-628 kien jipprevedi li l-kapital ta’ EDF ma kienx trasferibbli u kien proprjetà tan-nazzjon. Għalhekk, l-injezzjonijiet ta’ kapital ta’ EDF li jirriżultaw mir-riklassifikazzjoni tar-riżervi għat-tiġdid tan-NPĠ kienu jaqgħu, fid-dritt Franċiż, taħt il-liġi. |
|
22 |
Il-Liġi Nru 97-1026 tistabbilixxi l-proprjetà tal-attivi tan-NPĠ. Il-karta tal-bilanċ ta’ EDF ġiet riorganizzata b’din l-istess liġi. Ir-riżervi magħmula minn EDF bejn l-1987 u l-1996 għat-tiġdid tan-NPĠ bl-għan li dawn l-attivi jintraddu lura lill-Istat, kemm jekk użati kif ukoll jekk le, kienu irrilevanti jekk l-assi tan-NPĠ kienu meqjusa proprjetà ta’ EDF. |
|
23 |
Ittra tal-ministre de l’Économie, des Finances et de l’Industrie (il-Ministru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija), tas-secrétaire d’État au budget (is-Segretarju tal-Istat għall-Baġit) u tas-secrétaire d’État à l’industrie (is-Segretarju tal-Istat għall-Industrija), indirizzata lil EDF fit-22 ta’ Diċembru 1997 (iktar ’il quddiem “l-ittra tat-22 ta’ Diċembru 1997”), tispjega fl-Anness 1 tagħha r-ristrutturazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta’ EDF, skont l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026: “Riklassifikazzjoni tad-‘drittijiet tal-konċedent’ (FRF 18345563605):
|
|
24 |
Bħala parti mir-riorganizzazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta’ EDF, l-awtoritajiet Franċiżi segwew il-parir Nru 97-06 tat-18 ta’ Ġunju 1997 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kontabbiltà (KNK), dwar il-bidliet fil-metodi tal-kontabbiltà, bidliet fl-estimi, bidliet fl-għażliet ta’ taxxa u korrezzjonijiet ta’ żbalji (iktar ’il quddiem “il-parir tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kontabbiltà”), li jistabbilixxi b’mod partikolari li l-korrezzjonijiet ta’ żbalji tal-kontabbiltà li, min-natura tagħhom stess, jirrigwardaw il-kontabbiltà ta’ tranżazzjonijiet passati, “huma rrikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tad-dħul tas-sena finanzjarja li matulha jkunu kkonstatati”. |
|
25 |
Skont il-Liġi Nru 97-1026 u l-ittra tat-22 ta’ Diċembru 1997, id-differenzjali tar-rivalutazzjoni ġew ittrasferiti fl-intestatura “Kapital proprju” ħielsa mit-taxxa, peress li kienu jikkorrispondu għal gwadanji ta’ rivalutazzjoni magħmulin b’eżenzjoni mit-taxxa jew taħt skema ta’ newtralità fiskali wara l-liġijiet ta’ rivalutazzjoni tal-1959 u tal-1976. |
E. Fuq l-impatt fiskali tar-riklassifikazzjoni tar-riżervi kontabbli
|
26 |
L-Anness 3 tal-ittra tat-22 ta’ Diċembru 1997 jistabbilixxi wkoll il-konsegwenzi fiskali tar-riorganizzazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta’ EDF. Ġiet osservata varjazzjoni tal-attivi netti bir-riklassifikazzjoni tar-riżervi mhux użati għat-tiġdid, li jammontaw għal FRF 38.5 biljun, fir-riport mill-ġdid, u suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji bir-rata ta’ 41.66 % applikabbli fl-1997. Għalhekk, ir-riżervi li għadhom mhux użati u li kienu jammontaw għal FRF 38.5 biljun ġew intaxxati mill-awtoritajiet Franċiżi. Madankollu, minn qari ta’ dan l-anness, deher li l-parti tar-riżervi li ntużat għat-tiġdid tan-NPĠ, li tikkorrispondi għad-drittijiet tal-konċedent u kkostitwita wkoll b’eżenzjoni mit-taxxa u kkonsolidata bħala injezzjoni ta’ kapital, ma ġietx intaxxata. |
|
27 |
Nota mid-direction générale des impôts (id-Direttorat Ġenerali tat-Taxxi) tad-9 ta’ April 2002 (iktar ’il quddiem in-“nota tad-9 ta’ April 2002”), mibgħuta lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Franċiżi, tindika li “id-drittijiet tal-konċedent relatati man-NPĠ jirrappreżentaw dejn mhux dovut li l-inkorporazzjoni fil-kapital ħelset mit-taxxa b’mod mhux iġġustifikat” u li “din ir-riżerva, qabel ġiet inkorporata fil-kapital, kellha tiġi trasferita mill-passiv tal-istituzzjoni fejn ma kellhiex tidher f’kont ta’ pożizzjoni netta li jwassal għal varjazzjoni pożittiva tal-assi netti taxxabbli skont l-Artikolu 38-2” tal-code général des impôts (il-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa). Huma jinnotaw li “l-vantaġġ f’taxxi li rriżulta b’dan il-mod [fl-1997 minn EDF] jista’ jkun stmat fl-ammont ta’ FRF 5.88 biljun (14.119 × 41.66 %)” |
F. Fuq id-deċiżjoni ta’ ftuħ
|
28 |
Permezz tad-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fuq il-vantaġġ li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas minn EDF tat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta, għar-ristrutturazzjoni tal-karta tal-bilanċ tagħha fl-1997, fuq il-parti tar-riżervi li jikkorrispondu għad-drittijiet tal-konċedent. |
|
29 |
Għandu jiġi rrilevat li, fil-premessa 52 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li, minħabba li la l-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas il-Qorti Ġenerali ma kienu kkunsidraw li d-deċiżjoni ta’ ftuħ bħala li kienet ivvizzjata b’illegalità, din tal-aħħar setgħet tikkostitwixxi l-bażi ta’ deċiżjoni finali ġdida, jiġifieri d-deċiżjoni kkontestata. |
G. Fuq id-deċiżjoni inizjali tal-Kummissjoni
|
30 |
Fid-deċiżjoni inizjali, il-Kummissjoni ddikjarat il-miżura ta’ għajnuna li minnha kienet ibbenefikat EDF inkompatibbli mas-suq intern u talbet l-irkupru ta’ din l-għajnuna flimkien mal-interessi. |
|
31 |
Fost il-motivi mressqa mill-Kummissjoni insostenn tad-deċiżjoni inizjali, għandu jiġi enfasizzat b’mod partikolari dan li ġej:
|
H. Fuq is-sentenza fil-kawża T-156/04
|
32 |
EDF, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, ippreżentat rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2003. |
|
33 |
B’sentenza fil-Kawża T‑156/04, il-Qorti Ġenerali annullat l-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni inizjali. |
|
34 |
Fil-punti 233 sa 237 tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, sabiex tiddetermina jekk kienx l-obbligu tal-Kummissjoni jew le li teżamina l-intervent tal-Istat Franċiż fil-kapital ta’ EDF fid-dawl tal-kriterju tal-investitur privat, ried jiġi stabbilit jekk l-imsemmi intervent, b’kunsiderazzjoni tan-natura u l-iskop tiegħu u fid-dawl tal-għan imfittex, kienx jikkostitwixxi investiment realizzabbli minn investitur privat, u għaldaqstant kienx sar minn dan l-Istat bħala operatur ekonomiku li aġixxa bl-istess mod bħal investitur privat, jew jekk kienx jikkostitwixxi intervent tal-Istat bħala awtorità pubblika bl-esklużjoni, għaldaqstant, tal-imsemmi kriterju. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali qieset li l-miżura inkwistjoni ma kellhiex tiġi eżaminata biss skont il-forma tagħha, peress li l-użu ta’ liġi fih innifsu ma huwiex biżżejjed, waħdu, sabiex jiġi eliminat il-fatt li bl-intervent tal-Istat fil-kapital ta’ impriża, dak l-Istat ikollu skop ekonomiku li jista’ jadotta wkoll investitur privat. |
|
35 |
Fil-punti 240 sa 242 tas-sentenza fil-Kawża T-156/04, il-Qorti Ġenerali fakkret li d-“drittijiet tal-konċedent” kienu ġew allokati direttament għall-entrata ta’ injezzjonijiet ta’ kapital għal ammont ta’ FRF 14.119 biljun mingħajr ma għaddew mir-rapport tal-qliegħ. Hija enfasizzat li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li kien biss in-nuqqas li jiġu intaxxati l-imsemmija drittijiet qabel l-injezzjoni ta’ kapital li kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, filwaqt li l-partijiet kollha kienu qablu li kellu jitqies li kienet dovuta taxxa fuq dan l-ammont qabel ma ġie rreġistrat fl-entrata “Injezzjoni ta’ kapital”. |
|
36 |
Fil-punti 243 sa 245 tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04, il-Qorti Ġenerali qieset li l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026, li kellu l-għan li jirristruttura l-karta tal-bilanċ ta’ EDF u li jżid il-fondi proprji tagħha, ma kienx dispożizzjoni ta’ natura fiskali fiha nnifisha, iżda dispożizzjoni ta’ kontabbiltà li għandha implikazzjonijiet fiskali. Madankollu, hija kkonstatat li l-Kummissjoni kienet eżaminat biss l-implikazzjonijiet fiskali tal-imsemmija miżura u li hija kienet ippreċiżat li, minħabba n-natura tal-vantaġġ li kienet identifikat, la kien l-obbligu tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni ż-żieda ta’ kapital miksuba u lanqas il-kriterju tal-investitur privat, peress li rinunzja ta’ kreditu fiskali bħal dik inkwistjoni tirriżulta mill-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika. |
|
37 |
Fil-punti 247 sa 250 tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04, il-Qorti Ġenerali qieset li, fid-dawl tal-għan ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ EDF imfittex mill-miżura inkwistjoni, in-natura fiskali waħidha tal-kreditu kontenzjuż ma kinitx tippermetti lill-Kummissjoni tevita l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat. Fil-fehma tagħha, kien l-obbligu tal-Kummissjoni li tivverifika r-razzjonalità ekonomika tal-investiment inkwistjoni, billi tevalwa jekk, fl-istess ċirkustanzi, investitur privat kienx iwettaq investiment paragunabbli tal-istess ammont favur EDF. Fil-fatt, tali obbligu huwa impost fuq il-Kummissjoni indipendentement mill-forma li fiha jkun ġie allokat il-kapital min-naħa tal-Istat. |
|
38 |
Fil-punti 251 u 252 tas-sentenza fil-Kawża T-156/04, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li ma jistax jiġi eskluż li l-forma adottata mill-investiment inkwistjoni twassal għal differenzi f’termini ta’ spejjeż ta’ trasferiment tal-kapital u ta’ profitt minn dan tal-aħħar, li jistgħu jwasslu sabiex jitqies li investitur privat ma kienx iwettaq tali investiment. Madankollu, dan jippresupponi li titwettaq evalwazzjoni ekonomika fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat. Fil-fatt, skont il-Qorti Ġenerali, tali analiżi kienet iġġustifikata peress li, minn naħa, żieda ta’ kapital setgħet tirriżulta mill-inkorporazzjoni ta’ kreditu miżmum minn azzjonist privat fir-rigward tal-impriża u li, min-naħa l-oħra, l-użu ta’ liġi għal dan il-għan seta’ jitqies bħala l-konsegwenza neċessarja tal-fatt li r-regoli relattivi għall-kapital ta’ EDF kienu huma stess stabbiliti mil-liġi. |
|
39 |
Għaldaqstant, fil-punt 253 tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li, fid-dawl tal-ħtieġa li l-miżura kontenzjuża tiġi evalwata fil-kuntest tagħha, il-Kummissjoni ma setgħetx sempliċement teżamina l-implikazzjonijiet fiskali tagħha iżda kellha teżamina, fl-istess waqt, il-fondatezza tal-argument li r-rinunzja għall-kreditu ta’ taxxa, fil-kuntest tal-operazzjoni ta’ ristrutturazzjoni tal-karta tal-bilanċ u ta’ żieda tal-kapital ta’ EDF, setgħet tissodisfa l-kriterju tal-investitur privat. |
|
40 |
Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-punti 254 sa 259 tas-sentenza fil-Kawża T-156/04, l-argument tal-Kummissjoni li l-kriterju tal-investitur privat ma setax jiġi applikat peress li f’dan il-każ l-Istat Franċiż kien eżerċita l-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika billi uża liġi sabiex jirrinunzja għal kreditu fiskali. F’dan ir-rigward hija kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kien hemm l-ebda obbligu impost fuq l-Istat bħala awtorità pubblika u li ma kellhomx jiġu evalwati ċerti spejjeż li rriżultaw fuq l-Istat mill-obbligi tiegħu ta’ awtorità pubblika. |
|
41 |
Fil-punti 260 sa 263 tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tal-Kummissjoni li l-kriterju tal-investitur privat ma jistax japplika għall-konverżjoni f’kapital ta’ kreditu fiskali, peress li investitur privat ma jistax ikollu tali kreditu fir-rigward ta’ impriża, iżda biss kreditu ċivili jew kummerċjali. Issa, skont il-Qorti Ġenerali, il-kriterju tal-investitur privat għandu l-għan li jivverifika jekk, minkejja l-fatt li l-Istat għandu mezzi li investitur privat ma għandux, dan tal-aħħar kienx jieħu deċiżjoni ta’ investiment paragunabbli fl-istess ċirkustanzi. Għaldaqstant, in-natura tal-kreditu u l-fatt li investitur privat ma jistax iżomm kreditu fiskali, huma irrilevanti. |
|
42 |
Fil-punti 264 sa 277 tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tal-Kummissjoni li min-naħa tiegħu investitur privat kien ikollu jħallas it-taxxa f’sitwazzjoni paragunabbli, u dan kien iwassal għal spiża superjuri għalih, peress li, sabiex jagħti EUR 100, fir-realtà, investitur privat kien ikollu jittrasferixxi EUR 141.66. |
|
43 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali rrilevat li EDF u r-Repubblika Franċiża kienu sostnew u li l-Kummissjoni kienet hija stess qieset fil-punt 51 tad-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali, li taħt id-dritt tat-taxxa Franċiż, il-varjazzjoni tal-attiv nett ikkawżata minn żieda fil-kapital permezz tal-inkorporazzjoni ta’ kreditu miżmum fir-rigward ta’ impriża minn azzjonist ta’ din tal-aħħar, ma kellhiex tittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tat-taxxa fuq il-kumpanniji u li, konsegwentement, din il-konverżjoni ta’ kreditu f’kapital ma kinitx tinvolvi tassazzjoni li għandha bħala bażi l-ammont ta’ dan il-kreditu. |
|
44 |
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali qieset li l-argument tal-Kummissjoni li bih investitur privat kien ikollu, min-naħa tiegħu, iħallas it-taxxa f’sitwazzjoni simili, kien jikkontradixxi l-vantaġġ li hija identifikat fid-deċiżjoni inizjali peress li dan l-argument kien iwassal għal eżami tal-ispiża globali li jħallas investitur privat sabiex jinvesti FRF 14.119 biljun filwaqt li r-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent, għal dan l-ammont, ma ġietx ikkunsidrata mill-Kummissjoni bħala li tikkostitwixxi għajnuna. |
|
45 |
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali qieset l-argument tal-Kummissjoni li bih investitur privat kien ikollu, min-naħa tiegħu, iħallas it-taxxa f’sitwazzjoni simili ma kienx koerenti peress li hija ammettiet li eżaminat l-injezzjoni addizzjonali tal-kapital ta’ diversi biljuni ta’ FRF, li kieku EDF ħallset minn qabel dan l-ammont bħala taxxa u kieku l-Istat Franċiż ħallasha lura dan l-istess ammont, minħabba li l-ispejjeż imħallsa minn dan l-Istat setgħu f’dak il-każ, u f’dak il-każ biss, jiġu pparagunati ma’ dawk ta’ investitur privat. Issa, hija qieset li, f’dak il-każ, l-ispiża kienet tkun l-istess għall-imsemmi Stat u l-ammont irċevut minn EDF kien ikun l-istess bħal dak li din tal-aħħar irċeviet permezz tal-miżura kontenzjuża. |
|
46 |
Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali qieset li, fil-każ li investitur privat kien effettivament obbligat iħallas it-taxxa, l-ispiża għalih ta’ injezzjoni ta’ kapital permezz ta’ inkorporazzjoni ta’ kreditu kienet tkun ta’ FRF 5.88 biljun u, għaldaqstant, identika għal dik imħallsa mill-Istat Franċiż f’dan il-każ. Barra minn hekk, hija biss l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat li kienet tippermetti tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ eventwali differenza fl-ispejjeż. |
|
47 |
Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali qieset li, anki jekk l-ispiża ta’ rikapitalizzazzjoni f’ammont ta’ FRF 14.119 biljun kienet ta’ FRF 0 għall-Istat Franċiż u jekk din l-ispiża kienet ta’ FRF 5.6 biljun għal investitur privat, din id-differenza fl-ispejjeż ma kinitx tipprekludi applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
48 |
Fil-punt 283 tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tal-Kummissjoni li l-fatt li applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat tiġi aċċettata jista’ jwassal sabiex issir valida kull forma ta’ eżenzjoni fiskali mwettqa mill-Istati Membri. F’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali, minn naħa, fakkret li f’dan il-każ, fil-fehma tagħha, ma kienx hemm sempliċi eżenzjoni fiskali mogħtija lil impriża, iżda r-rinunzja ta’ kreditu fiskali fil-kuntest ta’ żieda fil-kapital ta’ impriża li l-Istat huwa l-uniku azzjonist tagħha, u min-naħa l-oħra, qieset li ma jistax jiġi ppreġudikat ir-riżultat tal-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju, li fin-nuqqas tiegħu, dan ikun inutli. |
I. Fuq is-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P
|
49 |
Fis-26 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni ppreżentat appell kontra s-sentenza fil-Kawża T‑156/04. |
|
50 |
Permezz ta’ sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet dan l-appell għall-motivi li ġejjin:
[…]
[…]
[…]
[…]
|
J. Fuq id-deċiżjoni ta’ estensjoni
|
51 |
Wara s-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni ta’ estensjoni. |
|
52 |
Għandu jittieħed kont b’mod partikolari tal-punti 58 sa 73 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni, li fihom il-Kummissjoni teżamina, minn naħa, l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat u, min-naħa l-oħra, u b’mod sussidjarju, l-applikazzjoni ta’ dan l-istess kriterju għall-miżura inkwistjoni. |
|
53 |
Fir-rigward tal-applikabbiltà tal-kriterju, il-Kummissjoni tikkonkludi:
|
|
54 |
Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterji, il-Kummissjoni tikkonkludi:
|
K. Fuq id-deċiżjoni kkontestata
|
55 |
Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddikjarat il-miżura ta’ għajnuna li minnha kienet ibbenefikat EDF inkompatibbli mas-suq intern u talbet l-irkupru ta’ din l-għajnuna flimkien mal-interessi. |
|
56 |
Il-motivi li l-Kummissjoni tinvoka f’dan ir-rigward fid-deċiżjoni kkontestata huma dawn li ġejjin. |
|
57 |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tesponi, fil-premessi 62 sa 108 tad-deċiżjoni kkontestata, l-argumenti mressqa mir-Repubblika Franċiża u minn EDF matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali estiża wara d-deċiżjoni ta’ estensjoni. |
|
58 |
It-tieni nett, wara li fakkret il-kontenut tal-miżura kontenzjuża fil-premessi 113 sa 123 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rinunzja tat-taxxa fuq ir-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent f’kapital tikkostitwixxi prima facie vantaġġ selettiv favur EDF. |
|
59 |
It-tielet nett, il-Kummissjoni tfakkar, fil-premessa 124 tad-deċiżjoni kkontestata, l-argument tar-Repubblika Franċiża, imressaq minn din fl-osservazzjonijiet tagħha fil-11 ta’ Diċembru 2002, li bih ir-rinunzja milli tirċievi t-taxxa tixbah injezzjoni addizzjonali fil-kapital b’ammont identiku għal dak li kien dovut bħala taxxa. |
|
60 |
Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni tfakkar li, fil-punt 99 tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-Qorti Ġenerali la ppreġudikat, f’dan il-każ, l-applikabbiltà tal-kriterju investitur privat diliġenti f’ekonomija tas-suq u lanqas ir-riżultat tal-eventwali applikazzjoni ta’ dan il-kriterju għall-miżura kontenzjuża. |
|
61 |
Il-ħames nett, il-Kummissjoni teżamina mbagħad, fil-premessi 126 sa 153 tad-deċiżjoni kkontestata, l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat fid-dawl tal-preċiżazzjonijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward fis-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P. Hija tanalizza, għal dan il-għan, l-elementi li jirrigwardaw l-allegata deċiżjoni ta’ investiment, l-evalwazzjonijiet ekonomiċi li saru bil-għan li tiġi stabbilita l-profitabbiltà tal-imsemmi investiment, in-natura u l-għan tal-miżura kontenzjuża kif ukoll il-kuntest li fih din l-aħħar deċiżjoni ttieħdet u r-regoli li għalihom hija suġġetta. |
|
62 |
Il-Kummissjoni tikkonkludi din l-analiżi billi kkunsidrat dan li ġej:
|
|
63 |
Il-Kummissjoni teżamina mbagħad, b’mod sussidjarju, fil-premessi 155 sa 193 tad-deċiżjoni kkontestata, jekk il-kriterju tal-investitur privat, jekk wieħed jassumi li huwa applikabbli, huwiex issodisfatt f’dan il-każ. |
|
64 |
Il-Kummissjoni tikkonkludi din l-analiżi billi tikkunsidra dan li ġej:
|
|
65 |
Wara li kkonkludiet li ntużaw riżorsi tal-Istat (premessi 194 u 195 tad-deċiżjoni kkontestata), li kien hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri (premessi 196 sa 206 tal-imsemmija deċiżjoni) u l-inkompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern (premessi 207 sa 215 ta’ din id-deċiżjoni), il-Kummissjoni tiddikjara li l-miżura kontenzjuża tikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna li tiġi rkuprata. |
II. Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet
|
66 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-22 ta’ Diċembru 2015, EDF ippreżentat dan ir-rikors. |
|
67 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-20 ta’ April 2016, ir-Repubblika Franċiża talbet tintervjeni f’din il-kawża insostenn tat-talbiet ta’ EDF. Permezz ta’ digriet tal-24 ta’ Mejju 2016, il-President tat-Tielet Awla tal-Qorti Ġenerali aċċetta dan l-intervent. L-intervenjenti ppreżentat in-nota tagħha u l-partijiet prinċipali ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fir-rigward ta’ din in-nota fit-termini mogħtija. |
|
68 |
Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lit-Tielet Awla, u konsegwentement din il-kawża ġiet assenjata lil din l-awla. |
|
69 |
L-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura ġie nnotifikat lill-partijiet fis-26 ta’ Settembru 2016. Ma ġiet ippreżentata ebda talba għall-iffissar ta’ seduta mill-partijiet fit-terminu ta’ tliet ġimgħat dekorribbli minn din in-notifika, kif previst fl-Artikolu 106(2) tar-Regoli tal-Proċedura. |
|
70 |
Permezz ta’ deċiżjoni nnotifikata lill-partijiet fid-19 ta’ Mejju 2017, il-Qorti Ġenerali, filwaqt li kkunsidrat li s-sitwazzjoni kienet ċara biżżejjed mid-dokumenti fil-proċess, iddeċidiet, mingħajr talba tal-partijiet f’dan ir-rigward, li tagħti deċiżjoni mingħajr ma tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura, skont l-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura. |
|
71 |
Permezz ta’ att indirizzat lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Mejju 2017, ir-rikorrenti talbet li tinżamm seduta minħabba l-importanza li l-kawża kellha għaliha u b’mod partikolari l-konsegwenzi finanzjarji tagħha. |
|
72 |
Permezz ta’ att innotifikat fit-12 ta’ Ġunju 2017, ġie kkonstatat li t-terminu għall-preżentata tat-talba għal seduta għas-sottomissjonijiet orali skada fil-31 ta’ Ottubru 2016 u li dik it-talba għaldaqstant kienet ġiet ippreżentata barra mit-terminu previst mill-Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura, peress li r-rikorrenti ma invokatx xi ċirkustanzi intiżi li jiġi kkonstatat każ fortuwitu jew każ ta’ forza maġġuri skont l-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li japplika għat-termini legali bħalma huwa dak inkwistjoni. |
|
73 |
Fl-20 ta’ Settembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza Il-Kummissjoni vs Frucona Košice, C‑300/16 P, (EU:C:2017:706) iktar ’il quddiem is-“sentenza Frucona Košice”), li ċaħdet l-appell ippreżentat kontra s-sentenza tas-16 ta’ Marzu 2016, Frucona Košice vs Il‑Kummissjoni (T‑103/14, EU:T:2016:152). |
|
74 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-3 ta’ Ottubru 2017, ir-rikorrenti talbet li jkun jista’ jsir dibattitu orali jew bil-miktub bejn il-partijiet fuq il-konsegwenzi tas-sentenza Frucona Košice, fuq din il-kawża. |
|
75 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-12 ta’ Ottubru 2017, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li terġa’ tiftaħ il-proċedura bil-miktub, li ddaħħal it-talba tar-rikorrenti fil-proċess u stiednet lill-partijiet jippreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom fuq il-konsegwenzi li hija deherilha li għandhom jinstiltu mis-sentenza Frucona Košice u l-effett tagħhom fuq din il-kawża. |
|
76 |
Il-partijiet ikkonformaw ruħhom ma’ din it-talba fit-termini stabbiliti. |
|
77 |
Fid-9 ta’ Novembru 2017, il-President tat-Tielet Awla ddeċieda li jagħlaq il-fażi bil-miktub tal-proċedura. Din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-partijiet bin-notament li dik in-notifika ma kinitx tiskatta d-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ talba għal seduta għas-sottomissjonijiet orali prevista fl-Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura. |
|
78 |
EDF, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, titlob sabiex il-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
|
79 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
III. Id-dritt
|
80 |
EDF tressaq erba’ motivi prinċipali u żewġ motivi sussidjarji insostenn tar-rikors tagħha. |
|
81 |
L-ewwel motiv imressaq b’mod prinċipali huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE inkwantu jingħad li l-Kummissjoni kisret kemm id-dispożittiv tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04 kif ukoll il-motivi li fuqhom hija bbażata. |
|
82 |
It-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni żbaljat kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt waqt l-eżami tal-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
83 |
It-tielet motiv imressaq b’mod prinċipali huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE, sa fejn il-Kummisjsoni żbaljat kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt waqt l-eżami tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat |
|
84 |
Ir-raba’ motiv imressaq b’mod prinċipali huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
85 |
L-ewwel motiv imressaq b’mod sussidjarju huwa bbażat, min nnaħa, fuq li l-miżuri inkwistjoni, jekk wieħed jippreżumi li jistgħu jkunu kklassifikati bħala għajnuna, għandhom, għall-parti l-kbira tagħhom, jitqiesu bħala li huma għajnuna eżistenti, skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Volum 1, p. 339), sa fejn dawn ġew implimentati qabel il-liberalizzazzjoni effettiva tas-settur tal-elettriku u, min-naħa l-oħra, li, għall-parti l-kbira minnhom, huma għandhom jitqiesu bħala preskritti, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tal-imsemmi regolament. |
|
86 |
Permezz tat-tieni motiv tagħha mressaq b’mod sussidjarju, EDF issostni li f’kull każ, id-deċiżjoni kkontestata tinkludi fiha diversi żbalji ta’ kalkolu li jivvizzjaw il-validità tagħha. |
|
87 |
Ir-Repubblika Franċiża ssostni li l-motivi ta’ EDF huma fondati, iżda ppreżentat osservazzjonijiet biss għal dak li jikkonċerna l-ewwel tliet motivi mressqa b’mod prinċipali. |
A. Fuq l-ewwel motiv imressaq b’mod prinċipali
1. L-argumenti tal-partijiet
|
88 |
EDF, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 266 TFUE meta ma kkonformatx ruħha mas-sentenza fil-Kawża T‑156/04 sa fejn, minn naħa, din issostni, fid-deċiżjoni kkontestata, li d-deċiżjoni ta’ ftuħ ma hijiex ivvizzjata b’irregolarità u li din tista’, għaldaqstant, tikkostitwixxi l-bażi ta’ deċiżjoni ġdida, mentri, fil-fehma tagħha, id-deċiżjoni ta’ ftuħ hija bbażata fuq preżentazzjoni ta’ fatti ineżatti li wasslet preċiżament lill-Qorti Ġenerali sabiex tannulla d-deċiżjoni finali, li kienet ibbażata fuq din l-istess preżentazzjoni żbaljata tal-fatti. Id-deċiżjoni kkontestata hija għaldaqstant ivvizzjata bl-istess żbalji u ineżattezzi sostantivi bħal dawk li ġġustifikaw l-annullament tad-deċiżjoni finali. |
|
89 |
Min-naħa l-oħra, skont EDF, il-Kummissjoni tinsisti sabiex tibbaża l-analiżi tagħha, fid-deċiżjoni kkontestata, fuq miżura, jiġifieri rigal fiskali li jirriżulta mit-tnaqqis fiskali mhux iġġustifikat li hija bbenefikat minnu, mentri din il-preżentazzjoni tal-fatti ġiet espressament skartata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha fil-Kawża T‑156/04. |
|
90 |
Skont EDF, il-Kummissjoni tkompli fil-fatt, inkluż fir-risposta tagħha, tifred il-miżura effettivament implimentata, jiġifieri ż-żieda tal-kapital tagħha li jirriżulta mir-reġistrazzjoni tar-riżervi għat-tiġdid fl-entrata “Injezzjonijiet fil-kapital”, minn waħda mill-implikazzjonijiet fiskali tagħha, jiġifieri l-assenza ta’ tassazzjoni fuq id-“drittijiet tal-konċedent”, mentri l-Qorti Ġenerali ċaħdet dak l-approċċ, billi kklassifikat l-ittra tat-22 ta’ Diċembru 1997 bħala dokument li jispjega l-miżura implimentata, li kienet, fil-fehma tagħha, ir-rikapitalizzazzjoni tal-impriża magħmula mil-Liġi Nru 97-1026. Hija ssostni fil-fatt li l-Qorti Ġenerali qatt ma għamlet distinzjoni, fir-rigward tal-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni, bejn in-natura u t-trattament tad-diversi komponenti tar-riżervi għat-tiġdid. |
|
91 |
EDF tikkunsidra li r-raġunament tal-Kummissjoni huwa bbażat għaldaqstant fuq konfużjoni bejn il-klassifikazzjoni tal-miżura kontenzjuża, jiġifieri l-eżistenza jew le ta’ għajnuna mill-Istat, u l-identifikazzjoni tal-istess. Fil-fehma tagħha, il-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx fuq il-klassifikazzjoni tal-miżura kontenzjuża fir-rigward tal-applikabbiltà jew l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, imma hija, għall-kuntrarju, identifikat bi preċiżjoni l-imsemmija miżura. Issa, tali konstatazzjoni fattwali tikkostitwixxi mhux biss rekwiżit indispensabbli għal kull analiżi ġuridika ulterjuri, imma, qabelxejn, prerogattiva tal-Qorti Ġenerali, li hija l-ġudikant sovran tal-fatti. Konsegwentement, ma jreġġix l-argument tal-Kummissjoni fejn issostni li l-Qorti Ġenerali ma kklassifikatx il-fatti b’mod definittiv. |
|
92 |
EDF tippreċiża li għandu jiġi eżaminat, f’dan ir-rigward, sa fejn id-deskrizzjoni tal-fatti li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata hija differenti minn dik adottata mill-Qorti Ġenerali, u mbagħad jekk il-konstatazzjonijiet fattwali magħmula minn din tal-aħħar humiex motiv li jikkostitwixxi l-bażi meħtieġa biex tiġi annullata d-deċiżjoni inizjali mogħtija minnha fl-2009. |
|
93 |
Skont EDF, il-Qorti Ġenerali identifikat il-miżura inkwistjoni bħala li hija r-rikapitalizzazzjoni mwettqa mil-Liġi Nru 97-1026 mingħajr ma għamlet distinzjoni bejn ir-riżervi li ġew irriklassifikati bħala injezzjoni fil-kapital mentri l-Kummissjoni tinsisti li tikkunsidra biss l-assenza ta’ tassazzjoni fuq parti mill-imsemmija riżervi. Minn dan hija tiddeduċi li, għalkemm huwa minnu li l-Kummissjoni “ħadet inkunsiderazzjoni” ir-rikapitalizzazzjoni mwettqa mill-imsemmija liġi, dan għamlitu bħala sempliċi element fil-kuntest u mhux bħala li tikkostitwixxi hija stess il-miżura inkwistjoni. |
|
94 |
Issa, il-kritika tal-identifikazzjoni parzjali tal-miżura inkwistjoni mill-Kummissjoni tikkostitwixxi l-punt tat-tluq u l-kundizzjoni stess tar-raġunament segwit mill-Qorti Ġenerali u li wassal għall-annullament tad-deċiżjoni inizjali. Konsegwentement, l-identifikazzjoni tal-miżura tikkostitwixxi fil-fatt punt ta’ liġi effettivament u neċessarjament deċiż mill-Qorti Ġenerali kif ukoll, għaldaqstant, motiv li jikkostitwixxi l-bażi neċessarja għad-dispożittiv tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04. |
|
95 |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dan l-argument. |
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
|
96 |
Għandu jitfakkar, fir-rigward tal-awtorità ta’ res judicata, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex jiġu ggarantiti kemm l-istabbiltà tad-dritt u tar-relazzjonijiet ġuridiċi kif ukoll l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, huwa essenzjali li deċiżjonijiet ġudizzjarji li jkunu saru definittivi wara li jkunu ntużaw ir-rimedji ġudizzjarji kollha disponibbli jew wara li jkunu skadew it-termini previsti għal dawn ir-rimedji ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati iktar (sentenza tad-19 ta’ April 2012, Artegodan vs Il-Kummissjoni, C‑221/10 P, EU:C:2012:216, punt 86). |
|
97 |
Barra minn hekk, minn naħa, l-awtorità ta’ res judicata hija marbuta biss mal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li kienu ġew deċiżi effettivament jew neċessarjament mid-deċiżjoni ġudizzjarja inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, din l-awtorità ma hijiex marbuta biss mad-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni, iżda testendi għall-motivi ta’ din id-deċiżjoni li jikkostitwixxu l-bażi neċessarja tad-dispożittiv tagħha u huma, għalhekk, inseparabbli (sentenza tad-19 ta’ April 2012, Artegodan vs Il‑Kummissjoni, C‑221/10 P, EU:C:2012:216, punt 87). |
|
98 |
Il-portata tal-awtorità ta’ res judicata deċiża mis-sentenza fil-Kawża T‑156/04 għandha tiġi stabbilita fid-dawl tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P wara l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni kontra s-sentenza fil-Kawża T‑156/04 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-19 ta’ April 2012, Artegodan vs Il-Kummissjoni, C‑221/10 P, EU:C:2012:216, punt 88). |
|
99 |
F’dan il-każ, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li, fil-punti 50 u 51 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat dan li ġej:
|
|
100 |
It-tieni nett, fil-premessi 91 u 99 tad-deċiżjoni inizjali, il-Kummissjoni qieset li “[…] d-drittijiet tal-konċedent kellhom jiġu ntaxxati flimkien ma’ u bl-istess rata bħall-provvedimenti [riżervi] ta’ kontabbiltà l-oħra maħluqa eżenti mit-taxxa”, li “[d]an ifisser li l-FRF 14.119 biljun ta’ drittijiet tal-konċedent kellhom jiżdiedu mal-FRF 38.5 biljun ta’ provvedimenti mhux użati sabiex jiġu ntaxxati bir-rata ta’ 41.66 % applikata għar-ristrutturazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta’ EDF mill-awtoritajiet Franċiżi”, li “[m]eta ma ħallsitx it-total tat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta matul ir-ristrutturazzjoni tal-karta tal-bilanċ tagħha, EDF iffrankat EUR 888.89 miljun”, u li “n-nuqqas ta’ ħlas minn EDF, fl-1997, ta’ EUR 888.89 miljun ta’ taxxa [kien] jikkostitwixxi għaldaqstant vantaġġ għall-grupp”. |
|
101 |
Il-Kummissjoni kkonkludiet, fi tmiem l-eżami tagħha, li “[…]n-nuqqas ta’ ħlas min-naħa ta’ EDF, fl-1997, tat-taxxa fuq il-kumpanniji fuq uħud mill-provvedimenti maħluqa eżenti mit-taxxa għat-tiġdid tar-RAG [NPĠ], korrispondenti għal [FRF] 14.119 biljun ta’ drittijiet tal-konċedent riklassifikati bħala injezzjonijiet ta’ kapital, [kien] jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni” (Artikolu 3 tad-deċiżjoni inizjali). |
|
102 |
It-tielet nett, fis-sentenza fil-Kawża T‑156/04, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li:
|
|
103 |
Fis-sentenza fil-Kawża T‑156/04, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet imbagħad li:
|
|
104 |
Għandu jiġi kkonstatat li l-miżura kontenzjuża kif stabbilita mill-Qorti Ġenerali tirrigwarda t-“trattament fiskali tad-drittijiet tal-konċedent matul ir-ristrutturazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta’ EDF” u li l-Qorti Ġenerali ssanzjonat lill-Kummissjoni talli skartat kull eżami tal-kriterju tal-investitur privat minħabba biss in-natura fiskali ta’ din il-miżura li, fil-fehma tagħha, kienet ittieħdet inkunsiderazzjoni mir-Repubblika Franċiża fil-kwalità tagħha ta’ awtorità pubblika u talli naqset mili teżamina din il-miżura fil-kuntest li fih hjia kienet taqa’, jiġifieri r-rikapitalizzazzjoni ta’ EDF, sabiex tevalwa jekk il-kriterju tal-investitur privat kienx applikabbli f’dan il-każ, mingħajr in-natura fiskali tal-miżura ma tipprekludi, fil-prinċipju, li dan il-kriterju jkun jista’ jiġi invokat mill-Istat. |
|
105 |
Ir-raba’ nett, jeħtieġ, minn naħa, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-punti 16, 19, 21 u 35 tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P (ara l-punt 50 iktar ’il fuq), li jfakkru l-kontenut tal-vantaġġ kif identifikat mill-Kummissjoni u mill-Qorti Ġenerali u, min-naħa l-oħra, li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 99 tas-sentenza msemmija li, permezz tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04, il-Qorti Ġenerali la kienet ippreġudikat l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur pivat u lanqas ir-riżultat tal-eventwali applikazzjoni tal-imsemmi kriterju. |
|
106 |
B’kuntrast ma’ dak li tafferma EDF, ma jistax jiġi dedott mis-sentenza fil-Kawża T‑156/04, moqrija fid-dawl, b’mod partikolari, tal-punti 87, 92, 93, 98 sa 100 u 108 tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P (imfakkrin fil-punt 50 iktar ’il fuq), li l-miżura li kellha tiġi eżaminata hija fir-realtà mhux ir-rinunzja tat-taxxa fuq id-drittijiet tal-konċedent, imma “r-rikapitalizzazzjoni ta’ EDF imwettqa permezz tal-Liġi Nru 97-1026 mingħajr ma ssir distinzjoni bejn ir-riżervi li ġew irriklassifikati bħala injezzjoni fil-kapital” (punt 9 tar-rikors u punti 7 u 17 tar-replika) jew “[…] miżura ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ impriża li tagħha l-Istat huwa azzjonist” li ”min-natura tagħha, [tqieset mill-Qorti Ġenerali bħala li ttendi] li turi li ‘l-Istat kellu għan ta’ investiment li jista’ jiġi pparagunat ma’ dak ta’ investitur privat’” (punt 86 tar-rikors). |
|
107 |
Għaldaqstant, mingħajr ma wettqet żball, u lanqas kisret il-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata permezz tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04 li, wara li kompliet bil-proċedura amministrattiva, il-Kummissjoni eżaminat, fid-deċiżjoni kkontestata, l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat għall-miżura li biha r-Repubblika Franċiża rrinunzjat għat-taxxa fuq ir-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent f’injezzjoni fil-kapital (punti 117 u 188 u l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata), miżura li, kif tfakkar il-Kummissjoni, ġiet ukoll identifikata b’mod ċar u bla ebda dubju bħala li hija l-miżura kontenzjuża mir-Repubblika Franċiża fin-nota tad-9 ta’ April 2002 li hija bagħtet lill-Kummissjoni (ara l-punt 27 iktar ’il fuq). |
|
108 |
Għaldaqstant il-motiv preżenti għandu jiġi miċħud. |
B. Fuq it-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali
|
109 |
It-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali minn EDF, li bih hija ssostni essenzjalment li l-Kummissjoni b’mod żbaljat ikkunsidrat li l-kriterju tal-investitur privat ma kienx applikabbli għall-każ, jinqasam f’ħames partijiet. |
|
110 |
Insostenn tal-ewwel parti, EDF issostni li, meta l-Kummissjoni evalwat l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat, din, mingħajr ġustifikazzjoni, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni diversi dokumenti u elementi li kienu ġew ikkomunikati lilha. |
|
111 |
It-tieni parti hija bbażata fuq li l-Kummissjoni, bi ksur tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, ħalltet sistematikament l-elementi tal-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat u dawk tal-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju. |
|
112 |
EDF issostni, permezz tat-tielet parti, li l-Kummissjoni b’mod żbaljat eskludiet l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat minħabba li r-Repubblika Franċiża kienet ħadet inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, kunsiderazzjonijiet relatati mal-kwalità tagħha ta’ awtorità pubblika, flimkien ma’ kunsiderazzjonijiet relatati mal-kwalità tagħha ta’ azzjonista. |
|
113 |
Insostenn tar-raba’ parti, EDF issostni li l-Kummissjoni b’mod żbaljat ikkunsidrat li kien jeżisti obbligu li jkun hemm pjan ta’ negozju formali sabiex jiġġustifika l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
114 |
Fl-aħħar nett, insostenn tal-ħames parti, EDF issostni li, kieku ma kinitx wettqet dawn id-diversi żbalji ta’ liġi u ta’ fatt, il-Kummissjoni ma kinitx tikkonkludi ħlief favur l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat, fid-dawl tan-natura u tal-għan ta’ din il-miżura, fil-kuntest li fih kienet tidħol kif ukoll tal-għan imfittex u tar-regoli li għalihom l-imsemmija miżura hija suġġetta. |
1. Tfakkira tad-deċiżjoni kkontestata
|
115 |
Wara li fakkret il-kontenut tal-miżura kontenzjuża fil-premessi 113 sa 123 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni eżaminat, fil-premessi 126 sa 154 tagħha, l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat għal din il-miżura b’dan il-mod:
|
2. Kunsiderazzjonijiet preliminari
|
116 |
Għandu jitfakkar li l-Kummissjoni ma wettqitx żball meta kkunsidrat, essenzjalment, fil-premessi 113 et seq. tad-deċiżjoni kkontestata, li kien l-obbligu tagħha li teżamina jekk il-kriterju tal-investitur privat kienx applikabbli għall-miżura kontenzjuża identifikata b’mod ċar bħala li hija r-rinunzja għat-taxxa fuq id-drittijiet tal-konċedent mir-Repubblika Franċiża hekk kif deskritta fin-nota tad-9 ta’ April 2002 (ara l-punt 107 iktar ’il fuq). |
|
117 |
Għaldaqstant, għandhom jiġu miċħuda mill-ewwel l-allegazzjonijiet imtennija minn EDF insostenn tat-tieni motiv tagħha li bihom tgħid li l-Kummissjoni kellha teżamina mhux din ir-rinunzja għall-ġbir tat-taxxa, imma l-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ EDF mingħajr ma tagħmel distinzjoni bejn ir-riżervi li kineu ġew irriklassifikati bħala injezzjoni ta’ kapital. |
3. Fuq l-ewwel parti
a) L-argumenti tal-partijiet
|
118 |
Insostenn tal-ewwel parti tat-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali, EDF issostni essenzjalment li, bi ksur tal-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti kollha fl-analiżi tagħha fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-applikabbiltà tal-kriterju kif ukoll tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni llimitat ruħha sabiex tibbaża fuq l-informazzjoni u elementi mibgħuta mir-Repubblika Franċiża u injorat dawk li hija stess kienet bagħtet, ħaġa li l-Kummissjoni tiġġustifika permezz ta’ allegati kuntradizzjonjiet bejn id-dokumenti pprovduti mill-Istat Franċiż u dawk mibgħuta minn EDF. |
|
119 |
EDF tirrikonoxxi madankollu li “il-Kummissjoni […] semmiet b’mod inċidentali l-elementi li [kienu] ntbagħtu lilha minn EDF” u tirreferi f’dan ir-rigward għall-premessa 66 tad-deċiżjoni kkontestata li ssemmi “madwar erbgħin dokument tal-epoka li EDF inkludiet mal-kitbiet tagħha”. |
|
120 |
EDF issostni madankollu li madwar erbgħin dokument kontemporanji fuq it-53 li hija bagħtet lill-Kummissjoni ma jissemmewx fid-deċiżjoni kkontestata u li, konsegwentement, ma ġewx analizzati, mingħajr ma l-Kummissjoni tispjega għaliex dawn huma kuntradittorji mad-dokumenti mibgħuta mir-Repubblika Franċiża jew mhux rilevanti. |
|
121 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa inkontestabbli li l-unika dokumenti li ġew eżaminati f’dan il-każ mill-Kummissjoni huma dawk mibgħuta mir-Repubblika Franċiża, ħaġa li turi li din irrifjutat volontarjament li teżamina d-dokumenti mibgħuta minn EDF bi ksur tal-obbligu ta’ diliġenza tagħha. |
|
122 |
EDF issostni wkoll li ċerti elementi żvelati minn ċerti dokumenti li hija kienet bagħtet lill-Kummissjoni juru li, kieku kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni, din kienet tasal għal konklużjonijiet differenti minn dawk li hija adottat fid-deċiżjoni kkontestata. Hija ssemmi f’dan ir-rigward l-elementi li jinsabu fid-dokument Nru 18 (ittra ta’ EDF lill-Ministru għall-Ekonomija li tikkonċerna s-sistema kontabbli u fiskali ta’ EDF), id-dokument Nru 20 (nota tal-laqgħa tas-27 ta’ Ottubru 1995 lill-Ministeru għall-Finanzi), id-dokument Nru 22 (ittra mibgħuta minn EDF lill-Ministeru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Ippjanar, li fiha anness bit-titlu “Riproċessar tal-bilanċ ta’ EDF fil-31. 12. 1994”), id-dokument Nru 23 (ittra ta’ EDF mibgħuta lill-Ministeru għall-Baġit li kellha anness bit-titlu “Proposta ta’ ristrutturazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF”), id-dokument Nru 32 (ittra tal-Ministru għall-Ekonomija u għall-Finanzi u tal-Ministri għall-Industrija, il-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet) filwaqt li indikat li dan id-dokument ittieħed inkunsiderazzjoni fl-imsemmija deċiżjoni, id-dokumenti Nru 50 sa 56 (opinjonijiet ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni kontemporanji meħuda inkunsiderazzjoni fl-istudju Oxera tal-2013) u d-dokument Nru 57 (studju intitolat “Pan-European utilities”), fejn dawn id-dokumenti huma elenkati fit-tabella li tinsab fil-punt 77 tar-rikors. |
|
123 |
EDF iżżid li d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni li hija ħadet inkunsiderazzjoni dawn id-dokumenti huma foloz u li l-uniċi żewġ dokumenti ċċitati fid-deċiżjoni kkontestata indikati bħala li huma dokumenti li hija kienet bagħtitilha huma fir-realtà dokumenti mibgħuta wkoll mir-Repubblika Franċiża. |
|
124 |
EDF tikkunsidra li l-Kummissjoni ma tistax tiddikjara li s-sempliċi deċiżjoni li jiġu skartati d-dokumenti kkomunikati minnha tikkostitwixxi minnha nnifisha l-prova ta’ analiżi fil-fond. |
|
125 |
EDF issostni li s-sentenzi tas-16 ta’ Marzu 2016, Frucona Košice vs Il‑Kummissjoni (T‑103/14, EU:T:2016:152), u tas-26 ta’ Mejju 2016, France u IFP Énergies nouvelles vs Il-Kummissjoni (T‑479/11 u T‑157/12, suġġetta għal appell, EU:T:2016:320), jikkonfortaw l-allegazzjonijiet tagħha, li skonthom, essenzjalment, hija l-Kummissjoni li għandha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni kull element rilevanti anki jekk dan ma ntbagħatx mill-awtur tal-miżura, jiġifieri l-Istat Membru kkonċernat. |
|
126 |
Barra minn hekk, EDF issostni li qari oġġettiv u imparzjali tad-dokumenti msemmija fil-punt 80 tar-rikors juri mingħajr ambigwità li l-miżura inkwistjoni hija fil-fatt id-deċiżjoni tar-rikapitalizzazzjoni tagħha, identifikata pereżempju, skontha, mid-dokument Nru 20 li hija kienet bagħtet lill-Kummissjoni. |
|
127 |
Fl-aħħar nett, fil-kuntest tal-osservazzjonijiet li hija ppreżentata wara s-sentenza Frucona Košice, ir-rikorrenti, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, tallega li, skont dik is-sentenza, peress li l-Kummissjoni kienet obbligata tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha, anki jekk tmur lil hinn mill-elementi pprovduti mill-Istat u tinjora l-opinjoni suġġettiva tal-Istat, hija ma setgħetx konsegwentement tinjora l-elementi li ġew ikkomunikati lilha mill-Istat u minn EDF. |
|
128 |
Ir-Repubblika Franċiża ssostni, insostenn tal-argumenti ta’ EDF, li l-premessi 87 sa 108 tad-deċiżjoni kkontestata jagħmlu biss deskrizzjoni tad-disa’ dokumenti li huma annessi mal-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi mibgħuta lill-Kummissjoni fl-1 ta’ Lulju 2013, iżda ma jispjegawx ir-raġunijiet li għalihom dawn id-dokumenti jwasslu lil din tal-aħħar sabiex tikkonkludi li l-kriterju tal-investitur privat ma kienx applikabbli f’dan il-każ. |
|
129 |
Ir-Repubblika Franċiża ppreżentat tabella (anness 10 tan-nota ta’ intervent) li fiha hija tagħmel kummenti fuq id-dokumenti ppreżentati minnha u minn EDF li l-Kummissjoni ma kkunsidratx, mentri, skontha, dawn id-dokumenti kien fihom elementi kruċjali għall-evalwazzjoni tal-applikabbiltà tal-kriterju f’dan il-każ. |
|
130 |
Ir-Repubblika Franċiża ssemmi tliet eżempji f’dan ir-rigward. |
|
131 |
L-ewwel nett, ir-Repubblika Franċiża tiċċita ittra tad-19 ta’ Frar 1997 tad-direttur finanzjarju ta’ EDF lill-kap tad-dipartiment tal-finanzjamenti u parteċipazzjonijiet, dipartiment li jiddependi mill-Ministeru għall-Finanzi tiegħu, li l-Kummissjoni ssemmiha biss fil-premessi 88 u 91 tad-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma teħodha inkunsiderazzjoni fir-raġunament tagħha, mentri din l-ittra turi li, fil-kuntest tal-preparament tal-kuntratt ta’ impriża 1997-2000 konkluż bejn l-Istat Franċiż u EDF fit-8 ta’ April 1997 (iktar ’il quddiem il-“kuntratt ta’ impriża”), l-imsemmi Stat kien eżamina r-remunerazzjoni li huwa kellu jirċievi bħala azzjonist għall-perijodu 1997-2000 billi bbaża ruħu b’mod partikolari fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi-finanzjarji. Din l-ittra tesponi fil-fatt l-estimi li huma bbażati fuq ipoteżijiet tal-imsemmi kuntratt ta’ impriża (ċaqliq fit-tariffi, modalità ta’ remunerazzjoni tal-Istat azzjonist, għanijiet ta’ investiment u ta’ tnaqqis tad-dejn). |
|
132 |
It-tieni nett, ir-Repubblika Franċiża ssemmi nota ta’ analiżi ta’ EDF tas-27 ta’ Lulju 1996, mibgħuta lis-Senat Franċiż għat-talba ta’ dan fil-15 ta’ SettembruDiċembru 1997 u li l-Kummissjoni ssemmiha biss fil-premessa 88 tad-deċiżjoni kkontestata, mentri din in-nota turi li, waqt l-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni, il-preokkupazzjonijiet tal-Istat Franċiż kienu dawk ta’ azzjonist pubbliku. Din in-nota tistudja, b’mod partikolari, il-prospettivi ta’ remunerazzjoni tal-azzjonist pubbliku fid-dawl tal-bilanċ tal-impriżi Ewropej fis-settur. |
|
133 |
It-tielet nett, ir-Repubblika Franċiża tiċċita l-ittra tas-26 ta’ Diċembru 1995 mibgħuta minn EDF lill-Ministeru għall-Ekonomija, għall-Finanzi u għall-Ippjanar, li tinvolvi anness intitolat “Riproċessar tal-karta tal-bilanċ ta’ EDF fil-31.12.1994”, li ma ttiħditx inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata u li tinkludi analiżi tal-kontijiet li juru li r-ristrutturazzjoni tal-kapital ta’ EDF u l-konsegwenzi tagħha kienu ġew eżaminati fid-dettall mill-Istat Franċiż mill-1995. |
|
134 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti. |
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
|
135 |
EDF issostni, essenzjalment li, waqt l-evalwazzjoni tagħha tal-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat għall-miżura kontenzjuża, il-Kummissjoni, bi ksur tal-obbligu ta’ diliġenza tagħha, ma ħaditx inkunsiderazzjoni diversi dokumenti li hija kienet bagħtitilha u llimitat ruħha, mingħajr ebda spjegazzjoni, sabiex teżamina dawk li kienet bagħtitilha r-Repubblika Franċiża, mentri l-elementi żvelati minn dawn id-dokumenti kellhom iwassluha għall-konklużjoni li l-imsemmi kriterju kien applikabbli. |
|
136 |
L-ewwel nett, għandu jitfakkar li, jekk Stat Membru jinvoka l-kriterju tal-investitur privat matul il-proċedura amministrattiva, huwa jkun obbligat, f’każ ta’ dubju, li jistabbilixxi mingħajr ekwivoku u abbażi ta’ elementi oġġettivi, verifikabbli u kontemporanji li l-miżura implimentata tirriżulta minħabba l-kapaċità tiegħu bħala azzjonist u li hija kienet ibbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi minn qabel skont kif meħtieġ (ara f’dan is-sens is-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, punti 82, 85 u 104). |
|
137 |
It-tieni nett, għandu jitfakkar li l-obbligu ta’ diliġenza li huwa inerenti għall-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u japplika b’mod ġenerali għall-azzjoni tal-amministrazzjoni tal-Unjoni fir-relazzjonijiet tagħha mal-pubbliku jeħtieġ minnha li taġixxi b’kura u bi prudenza (sentenza tal-4 ta’ April 2017, L-Ombudsman vs Staelen, C‑337/15 P, EU:C:2017:256, punt 34). |
|
138 |
Fil-każijiet fejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkollhom setgħa diskrezzjonali, l-osservanza tal-garanziji mogħtija mis-sistema legali tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi għandha importanza iktar u iktar fundamentali. Fost dawn il-garanziji hemm b’mod partikolari l-obbligu tal-istituzzjoni kompetenti li teżamina, b’akkuratezza u imparzjalità, l-elementi rilevanti kollha tal-każ ineżami, id-dritt tal-persuna kkonċernata li tesponi l-opinjoni tagħha kif ukoll dak li tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti għad-deċiżjoni. Għaldaqstant, huwa biss b’dan il-mod li l-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jistgħu jivverifikaw jekk il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom jiddependi l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali ġewx issodisfatti (sentenza tal-21 ta’ Novembru 1991, Technische Universität München, C‑269/90, EU:C:1991:438, punt 14). |
|
139 |
Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-prinċipji fil-qasam tal-produzzjoni tal-prova fis-settur tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni għandha twettaq il-proċedura ta’ investigazzjoni tal-miżuri inkriminanti b’mod diliġenti u imparzjali, sabiex ikollha, meta tiġi adottata deċiżjoni finali li tistabbilixxi l-eżistenza u, jekk ikun il-każ, l-inkompatibbiltà jew l-illegalità tal-għajnuna, l-elementi l-iktar kompleti u affidabbli possibbli sabiex tagħmel dan (ara s-sentenza tat-3 ta’ April 2014, Franza vs Il-Kummissjoni, C‑559/12 P, EU:C:2014:217, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
140 |
It-tielet nett, għandu jitfakkar ukoll li l-legalità ta’ deċiżjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat għandha tiġi evalwata mill-qorti tal-Unjoni skont l-informazzjoni li l-Kummissjoni seta’ jkollha fid-dispożizzjoni tagħha meta hija adottatha (sentenzi tal-15 ta’ April 2008, Nuova Agricast, C‑390/06, EU:C:2008:224, punt 54, u tat-2 ta’ Settembru 2010, Il-‑Kummissjoni vs Scott, C‑290/07 P, EU:C:2010:480, p. I‑7763, punt 91). |
|
141 |
Fl-aħħar nett, ir-raba’ nett, għalkemm, fil-kuntest tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, l-Istat Membru għandu, skont l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali previst fl-Artikolu 4(3) TUE, jipprovdi lill-Kummissjoni bl-elementi li jippermettulha li tiddeċiedi dwar in-natura tal-għajnuna mill-Istat tal-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni hija obbligata, skont l-obbligu tagħha ta’ eżami diliġenti u imparzjali li teżamina bir-reqqa l-elementi pprovduti lilha mill-Istat Membru. Skont l-ispirtu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li tagħti lill-persuni kkonċernati ir-rwol ta’ sors ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni, tali obbligu huwa impost ukoll fuq il-Kummissjoni fir-rigward tal-informazzjoni li tiġi kkomunikata lilha mill-persuni kkonċernati (ara s-sentenza tal-25 ta’ Ġunju 2015, SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni, T‑305/13, EU:T:2015:435, punt 112 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
142 |
F’dan il-każ, huwa paċifiku li r-Repubblika Franċiża invokat il-kriterju tal-investitur privat sa mill-proċedura amministrattiva (ara l-premessa 95 tad-deċiżjoni inizjali, punt 31 iktar ’il fuq). Hija kellha, għaldaqstant, tistabbilixxi mingħajr ekwivoku u abbażi ta’ elementi oġġettivi, verifikabbli u kontemporanji li l-miżura implimentata kienet tirriżulta minħabba l-kapaċità tagħha bħala azzjonist u li hija kienet ibbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi minn qabel skont kif meħtieġ (ara f’dan is-sens is-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, punti 82, 85 u 104). |
|
143 |
Ir-rikorrenti, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, tikkritika lill-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ din l-ewwel parti, li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-provi kollha prodotti minn EDF f’dan ir-rigward u li llimitat ruħha li teżamina biss il-provi kollha jew parti minnhom prodotti mir-Repubblika Franċiża. |
|
144 |
Jeħtieġ mill-ewwel li jiġi rrilevat li l-allegazzjonijiet ta’ EDF huma ta’ natura estremament ġenerali u huma partikolarment inqas iddettaljati f’dak li jikkonċerna l-identifikazzjoni tal-elementi allegatament importanti, fid-dokumenti li hija ppreżentat lill-Kummissjoni, li din jingħad li naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni. |
|
145 |
Fil-fatt, EDF illimitat ruħha li tressaq, fil-punt 77 tar-rikors, tabella li fiha elenkat lista ta’ 50 dokument (u mhux 53 kif hija qalet fil-punt 78 tar-rikors) li hija bagħtet lill-Kummissjoni. Hija tindika, fir-rigward ta’ għaxra minnhom, li hija għamlet riferiment għalihom fid-deċiżjoni kkontestata u tillimita ruħha, fir-rigward tal-oħrajn, sabiex issostni li dawk ma humiex imsemmijin u li, a fortiori, lanqas ġew analizzati mill-Kummissjoni, Konsegwentement, dawn ġew skartati mingħajr ġustifikazzjoni, mentri hija l-Kummissjoni li għandha tikkunsidra l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti. |
|
146 |
Imbagħad, fil-punt 80 tar-rikors, EDF issemmi “ċerti elementi skartati mingħajr motivazzjoni” li, filwaqt li jinsabu fid-dokumenti mehmużin mal-anness A-7 tar-rikors, kellhom, fil-fehma tagħha, iwasslu lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra li l-kriterju tal-investitur privat kien applikabbli għall-miżura kontenzjuża:
|
|
147 |
Minn dan, EDF tikkonkludi li l-Kummissjoni deliberatament skartat dokumenti li kienu jmorru kontra t-teżi tagħha, u dan mingħajr ġustifikazzjoni. |
|
148 |
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ma tistax tkun obbligata, minħabba d-dmir ta’ diliġenza, kif imfakkar fil-punt 138 iktar ’il fuq, li ssemmi jew li tieħu pożizzjoni għal hekk, fid-deċiżjoni kkontestata, fuq kull wieħed mid-dokumenti li bagħtitilha EDF, li tagħhom din naqset milli turi r-rilevanza għal dak li jikkonċerna l-eżami li l-Kummissjoni kellha tagħmel. |
|
149 |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li kisret id-dmir ta’ diliġenza f’dan ir-rigward. |
|
150 |
Barra minn hekk, peress li EDF issostni wkoll li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni tiddependi min-natura tal-att inkwistjoni u mill-kuntest li fih jiġi adottat. Il-motivazzjoni għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, b’tali mod, minn naħa waħda, li l-qorti tal-Unjoni tkun tista’ twettaq l-istħarriġ tagħha tal-legalità u, min-naħa l-oħra, sabiex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet għall-miżura meħuda, biex b’hekk ikunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom u jivverifikaw jekk id-deċiżjoni hijiex fondata jew le. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi, sa fejn il-kwistjoni jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fir-rigward tal-formulazzjoni tiegħu, iżda wkoll fir-rigward tal-kuntest tiegħu kif ukoll tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-kwistjoni kkonċernata. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma hijiex meħtieġa li tieħu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha invokati quddiemha mill-partijiet ikkonċernati, iżda huwa biżżejjed li hija ssemmi l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ġuridiċi li huma ta’ importanza essenzjali fl-istruttura tad-deċiżjoni (ara s-sentenza tas-6 ta’ Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni, T‑228/99 u T‑233/99, EU:T:2003:57 punti 278 sa 280). |
|
151 |
Minn dan isegwi li l-Kummissjoni lanqas ma kienet obbligata, minħabba l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, li tieħu pożizzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, fuq kull wieħed mid-dokumenti li bagħtitilha EDF. |
|
152 |
L-argumenti ta’ EDF, sa fejn jirrigwardaw eventwali nuqqas ta’ motivazzjoni, ma jistax konsegwentement jirnexxi. |
|
153 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tad-dokumenti msemmija minn EDF fil-punt 80 tar-rikors, li fir-rigward tagħhom hija tinvoka “elementi” li ġew injorati u skartati mill-Kummissjoni, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-kwotazzjonijiet, għall-inqas qosra, li EDF issemmi ma jirreferux għall-miżura kontenzjuża eżaminata mill-Kummissjoni, imma, l-iktar, għall-miżura kif interpretata b’mod żbaljat minn EDF, jiġifieri r-rikapitalizzazzjoni ta’ EDF. Min-naħa l-oħra, anki jekk jinqraw fl-intier tagħhom, ebda wieħed mid-dokumenti msemmija ma jsemmi, lanqas inċidentalment, il-miżura kontenzjuża. Għaldaqstant, l-argumenti tagħha ma jreġux fil-fatt. |
|
154 |
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li EDF ma tagħtix l-iċken spjegazzjoni li tippermetti li jinftiehem kif l-“elementi” li hija ssemmi fil-punt 80 tar-rikors huma ta’ natura li jaqilbu b’mod radikali, kif hija ssostni, saħansitra anki jbiddlu l-analiżi tal-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat magħmula mill-Kummissjoni. |
|
155 |
Fit-tielet lok, għandu jiġi rrilevat, kif issostni l-Kummissjoni, li anki jekk hija ma tirreferix b’mod espliċitu għad-dokumenti kollha ċċitati minn EDF, xorta jibqa’ l-fatt li l-elementi mressqa minn din tal-aħħar u li allegatament ġew injorati ġew fil-fatt meħuda inkunsiderazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata. |
|
156 |
Fil-fatt, il-kjarifika bejn id-diversi rwoli tal-Istat Franċiż, azzjonist, konċedent u regolatur (Anness A-7-18 tar-rikors) u l-mira “ambizzjuża” ta’ kumpens lill-Istat (Anness A-7-32 tar-rikors) jissemmew fil-premessa 89 u fit-tielet inċiż tal-premessa 95 tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
157 |
It-tranżazzjoni ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ EDF, li tassoċja bażi ta’ remunerazzjoni tal-Istat azzjonist (anness A-7-20 tar-rikors), il-proposti ta’ evoluzzjoni tal-bilanċ (Anness A-7-22 tar-rikors) kif ukoll ir-ristrutturazzjoni tal-kapital proprju ta’ EDF (Anness A-7-23 tar-rikors) huma deskritti, fil-modalitajiet tat-tranżazzjoni adottati mir-Repubblika Franċiża, fil-premessi 25 sa 30 u 100 sa 103 tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
158 |
Ix-xogħol magħmul u l-laqgħat miżmuma mill-1995 bejn EDF u l-awtoritajiet ta’ tutela, li minnhom joriġinaw id-dokumenti msemmija minn EDF fil-punt 80 tar-rikors, jissemmew fil-premessi 28, 89 u 90 tad-deċiżjoni kkontestata, li fihom il-Kummissjoni ffukat fuq il-konklużjonijiet tagħhom iktar milli l-iżvolġiment tagħhom, u dan ma jistax jiġi kkritikat. |
|
159 |
Barra minn hekk, fir-rigward tar-rapporti tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni meħudin inkunsiderazzjoni waqt it-twettiq tal-istudju Oxera (Anness A-7-50 sa A-7-56 tar-rikors), rapporti li ċertament huma kontemporanji, b’differenza mal-istudju Oxerali, min-naħa tiegħu, ilu mill-2013, għandu jiġi rrilevat li dawn ma jirrigwardawx speċifikament lil EDF, u inqas u inqas lill-miżura kontenzjuża. |
|
160 |
L-ewwel rapport, li nħareġ minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni, huwa intitolat “Rating methodology – European electric utilities” u jirrigwarda analiżi ta’ natura ġenerali fis-settur, li kienet qed tinbidel fl-1999. Huwa ma fih ebda analiżi proprja għas-sitwazzjoni kontabbli u fiskali ta’ EDF li tirriżulta mill-istruttura tal-bilanċ tagħha u mir-riżervi għat-tiġdid. Lanqas ma ssemmiet fih xi rikapitalizzazzjoni tal-impriża, u lanqas ristrutturazzjoni tal-bilanċ tagħha. Hija biss paġna waħda, dik numerata 875 tal-annessi tar-rikors, li turi b’mod sistematiku xi informazzjoni ta’ natura ġenerali fuq il-klassifikazzjoni tal-impriża. |
|
161 |
L-Annessi A-7-51 sa A-7-55 tar-rikors fihom ħames analiżijiet magħmulin minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni li jikkonċernaw rispettivament impriżi oħra li ma humiex EDF. |
|
162 |
Għaldaqstant, dawn id-diversi rapporti ma huma ta’ ebda utilità sabiex jispjegaw il-motivazzjoni jew ukoll sabiex tinftiehem il-miżura kontenzjuża fil-veru sens tal-kelma u jikkostitwixxu, jekk xejn, elementi li jagħtu l-kuntest li fih sar l-istudju Oxera. |
|
163 |
Fir-rigward tal-istudju Oxera proprju, magħmul fl-2013, dan jinsab ippreżentat mal-evalwazzjoni tagħha fit-tielet inċiż tal-premessa 144 tad-deċiżjoni kkontestata, u fil-fatt dan ittieħed inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni. |
|
164 |
Fir-rigward, fl-aħħar nett, tar-rapport ta’ bank li jirrigwarda s-settur Ewropew tal-enerġija kollu u mhux, b’mod partikolari, lil EDF (Anness A-7-57 tar-rikors), għandu jiġi rrilevat li, fit-tielet inċiż tal-premessa 144 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tispjega r-raġunijiet li għalihom hija kkunsidrat li d-dividendi mħallsa minn impriżi oħra li ma humiex EDF ma servewx ta’ riferiment għar-remunerazzjoni mħallsa lill-Istat Franċiż bħala injezzjonijiet ta’ kapital lil EDF, u dan peress li kien hemm kunsiderazzjonijiet oħra, skont ir-Repubblika Franċiża stess, li ġew fil-fatt eżaminati u li ġġustifikaw id-deċiżjoni tagħha (u tirreferi, f’dan ir-rigward, għall-premessa 87, għat-tielet inċiż tal-premessa 102, għat-tmien inċiż tal-premessa 107 u għall-premessa 161 tal-imsemmija deċiżjoni). |
|
165 |
Għandu jiġi kkonstatat ukoll li t-tliet dokumenti msemmija mir-Repubblika Franċiża fin-nota ta’ intervent ittieħdu wkoll inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni. |
|
166 |
Jeħtieġ fil-fatt li jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li l-kontenut tal-ittra tad-direttur finanzjarju ta’ EDF tad-19 ta’ Frar 1997, li tirrigwarda l-“ipoteżijiet prinċipali tax-xenarju finanzjarju assoċjat mal-kuntratt ta’ negozju” huwa espost fil-premessi 90 u 91 tad-deċiżjoni kkontestata. Din l-ittra fl-ebda mument ma ssemmi l-miżura kontenzjuża u l-elementi li fiha ma jippermettux li jiġi konkluż li l-kriterju tal-investitur privat japplika, ħaġa li spjegat, wara kollox, il-Kummissjoni fil-premessi 132 et seq. tal-imsemmija deċiżjoni. |
|
167 |
It-tieni nett, in-nota ta’ analiżi ta’ EDF tas-27 ta’ Lulju 1996 fiha biss espożizzjoni ġenerali ħafna fuq l-aġir tar-regolaturi u r-remunerazzjoni tal-azzjonisti fis-settur elettriku ta’ barra l-pajjiż, mingħajr konklużjoni operattiva għal dak li jikkonċerna lil EDF. |
|
168 |
Fl-aħħar nett, it-tielet nett, fir-rigward tal-ittra ta’ EDF tas-26 ta’ Diċembru 1995 u iktar partikolarment tal-anness tagħha intitolat “Riproċessar tal-bilanċ ta’ EDF fil-31.12.1994”, għandu jiġi rrilevat dan li ġej. |
|
169 |
Mal-ittra ta’ EDF tas-26 ta’ Diċembru 1995, hemm annessi diversi dokumenti. Fl-ewwel lok, diversi tabelli jirrappreżentaw il-pożizzjonijiet fil-bilanċ, qabel u wara r-riklassifikazzjoni, tal-“konċessjonijiet ta’ distribuzzjoni pubblika” (imsejħa wkoll konċessjonijiet tal-gvern lokali), li huma distinti mill-konċessjoni RAG, kif juru l-Annessi A-7-23 u A-7-24 tar-rikors, li juru biċ-ċar it-trattament distint ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ konċessjoni, imsemmija wkoll fil-qosor fir-rapport Migaud, relatur ġenerali, f’isem il-Kummissjoni tal-Finanzi, Nru 204 kkoreġut (iktar ’il quddiem ir-“rapport Migaud”) (Anness I-8 tan-nota ta’ intervent). Fit-tieni lok, fir-rigward tal-istess konċessjonijiet, hemm “paragun tas-sistema kontabbli attwali u tas-sistema l-ġdida kkontemplata”. Fit-tielet lok, ġew ittrattati l-“finanzjamenti tal-konċedent u tal-konċessjonarju li servew ta’ bażi għall-kalkoli tad-dekadenza u għad-determinazzjoni tal-parti ta’ deprezzament rispettiva li batew iż-żewġ partijiet”, dejjem fir-rigward tal-imsemmija konċessjonijiet. Fir-raba’ lok, ġie ppreżentat anness intitolat “Riproċessar tal-bilanċ fil-31.12.1994”. Dan l-anness jinqasam fi tliet partijiet: l-ewwel waħda, “bilanċ iddettaljat riproċessat skont l-aħħar proposti ta’ EDF fil-qasam tal-konċessjoni u tar-ristrutturazzjoni tal-bilanċ”, fejn hemm distinzjoni bejn il-konċessjonijiet “F. H.” u l-konċessjonijiet ta’ distribuzzjoni pubblika (fir-rigward tat-tabella li turi din l-ewwel parti, fejn jinsabu ċertament il-modifiki proposti fil-passiv tal-bilanċ wara l-modifika tal-istatut tan-NPĠ, li jixbhu lil dawk li seħħew fl-1997, imma l-effetti fiskali tar-riklassifikazzjoni tar-riżervi użati, min-naħa l-oħra, ma jissemmewx); fit-tieni lok, “l-istess bilanċ, iżda ppreżentat b’mod li jenfasizza r-riproċessar li jirrigwarda l-konċessjonijiet [ta’ distribuzzjoni pubblika]”; fit-tielet lok, “it-tielet tabella li fiha ġew iżolati l-entrati fil-bilanċ li jirrigwardaw il-konċessjonijiet [ta’ distribuzzjoni pubblika] (elementi li fihom sfond griż fit-tabella preċedenti) sabiex tiġi enfasizzata l-loġika tar-riproċessar li jirrigwarda l-konċessjonijiet [ta’ distribuzzjoni pubblika]”. Fil-ħames lok, ġew ippreżentati l-“evoluzzjonijiet fit-tul tal-kontijiet tal-konċessjoni [ta’ distribuzzjoni pubblika] tal-bilanċ ta’ EDF” b’ċerti estimi sommarji sal-2015. |
|
170 |
Minn naħa, għandu jiġi kkonstatat li l-miżura kontenzjuża mkien ma ssemmiet fl-ittra ta’ EDF tas-26 ta’ Diċembru 1995 u tal-annessi tagħha. |
|
171 |
Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ħadet il-ftit elementi rilevanti li jinsabu fl-ittra ta’ EDF tas-26 ta’ Diċembru 1995 fil-premessi 25 sa 30 u 100 sa 103 tad-deċiżjoni kkontestata, li ssemmi, barra minn hekk, fil-premessi 26, 89 u 90 l-eżistenza ta’ xogħol u ta’ laqgħat mill-1995 bejn l-Istat Franċiż u EDF. Dawn il-premessi jesponu b’mod iddettaljat l-aspetti kontabbli u fiskali tal-miżura kontenzjuża, li wara kollox ma ġiex allegat li dawn huma żbaljati. |
|
172 |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ffukat, fid-deċiżjoni kkontestata, fuq il-konklużjonijiet tad-diversi xogħol preparatorju għal-Liġi Nru 97-1026 li seħħ bejn EDF u l-Istat Franċiż pjuttost milli għall-iżvolġiment tiegħu, speċjalment peress li ma juru ebda teħid inkunsiderazzjoni tal-miżura kontenzjuża u tal-allegati effetti tagħha f’termini ta’ investiment. |
|
173 |
Mill-bqija, fir-rigward tat-tabella li tinsab fl-Anness 10 tan-nota ta’ intervent u li fiha siltiet ta’ dokumenti bil-kummenti, liema dokumenti ma ttiħdux inkunsiderazzjoni, mingħajr ma hemm bżonn li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ tali riferiment għal tabella li tinsab f’anness tan-nota ta’ intervent, għandu jiġi kkonstatat li ebda wieħed mis-siltiet iċċitati jew mill-kummenti ma jirreferu għall-miżura kontenzjuża. |
|
174 |
L-estratti msemmija fil-punt 173 iktar ’il fuq jirrigwardaw jekk xejn il-kuntest li fih ittieħdet dik il-miżura, kuntest li ma ġiex allegat li l-Kummissjoni ma ħaditux inkunsiderazzjoni. |
|
175 |
Bħala konklużjoni, EDF baqgħet ma wrietx kif il-Kummissjoni naqset mid-dmir ta’ diliġenza tagħha meta ma eżaminatx jew ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-dokumenti li ntbagħtulha, u lanqas ma turi fejn il-Kummissjoni naqset mill-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha. |
|
176 |
Konsegwentement, l-ewwel parti tat-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali għandha tiġi miċħuda peress li hija parzjalment defiċjenti min-naħa ta’ fatti u mill-bqija infondata. |
4. Fuq it-tieni parti
a) L-argumenti tal-partijiet
|
177 |
Insostenn tat-tieni parti tat-tieni motiv tagħha, li hija bbażata fuq il-konfużjoni bejn l-elementi li jirrigwardaw l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat u dawk li huma rilevanti għall-applikazzjoni tiegħu, EDF tfakkar li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-kriterju tal-investitur privat ma kienx applikabbli f’dan il-każ sa fejn ir-Repubblika Franċiża ma “ħaditx deċiżjoni, qabel jew fiż-żmien li ngħata l-benefiċċju ekonomiku fil-forma ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa fuq il-kumpaniji, li tinvesti f’EDF permezz tal-eżenzjoni mit-taxxa”. |
|
178 |
Issa, skont EDF, l-argument tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq diversi ineżattezzi fl-analiżi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti u jikser l-insenjamenti tas-sentenzi fil-Kawżi T‑156/04 u C_124/10 P. |
|
179 |
Skont EDF, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kwistjoni tal-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat kienet tiddependi mill-kwalità li fiha aġixxa l-Istat, jiġifieri fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist jew ta’ awtorità pubblika. |
|
180 |
Iktar minn hekk, peress li l-miżura inkwistjoni hija miżura ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ impriża li tagħha l-Istat huwa azzjonist, il-Qorti Ġenerali qieset li, min-natura tagħha, din il-miżura kienet ittendi li turi li l-Istat kien qiegħed ifittex għan ta’ investiment li jista’ jiġi pparagunat ma’ dak ta’ investitur privat. |
|
181 |
Id-deċiżjoni kkontestata tikser għaldaqstant l-insenjament tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04 fir-rigward tat-teżi tar-“rigal fiskali” u tħallat, barra minn hekk, b’mod kważi sistematiku l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw l-applikabbiltà tal-kriterju ma’ dawk li jirrigwardaw l-applikazzjoni tiegħu. |
|
182 |
F’dan ir-rigward, EDF issostni li l-premessi 132 sa 135 tad-deċiżjoni kkontestata, dwar iż-żieda fir-remunerazzjoni tal-Istat, jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-kriterju u mhux l-applikabbiltà tiegħu, l-istess bħall-premessi 140 sa 144 tal-imsemmija deċiżjoni, fejn hija ttrattat l-kwistjoni tal-profitabbiltà tal-investiment inkwistjoni. |
|
183 |
EDF iżżid fl-aħħar nett, min-naħa waħda, li l-punti 82 u 84 tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P ma għandhomx il-portata li tagħtihom il-Kummissjoni u jimponu li l-applikabbiltà tal-kriterju jkun marbut mal-kwalità li fiha jaġixxi l-Istat u, min-naħa l-oħra, li l-profitabbiltà tad-deċiżjoni ta’ investiment hija distinta minn dik tal-kwalità li fiha aġixxa l-Istat u toħroġ mill-applikazzjoni tat-test. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, bil-fatt li ppretendiet il-kontra, kisret is-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P. |
|
184 |
Ir-Repubblika Franċiża tikkunsidra min-naħa tagħha li l-Kummissjoni kellha l-ewwel nett tiddetermina, b’mod awtonomu, jekk id-deċiżjoni sabiex tirrikapitalizza lil EDF kinitx deċiżjoni meħuda mill-Istat bħala azzjonist pubbliku jew bħala awtorità pubblika, u mbagħad kellha teżamina l-kwistjoni tal-profitabbiltà, li toħroġ biss, fil-fehma tagħha, mill-applikazzjoni tal-kriterju. |
|
185 |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn l-argumenti huma infondati. |
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
|
186 |
EDF, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, issostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni ħalltet sistematikament l-analiżi meħtieġa għal dak li jikkonċerna l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat ma’ dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-imsemmi kriterju. |
|
187 |
F’dan ir-rigward, EDF issostni dan li ġej. |
|
188 |
Minn naħa, EDF issostni li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kwistjoni tal-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat kienet tiddependi mill-kwalità ta’ azzjonist jew ta’ awtorità pubblika li fiha jaġixxi l-Istat. Fil-fehma tagħha, peress li l-miżura kontenzjuża hija miżura ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ impriża li tagħha l-Istat huwa azzjonist, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 259 tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04, li, min-natura tagħha, din il-miżura kienet intiża li turi li l-Istat kien qed isegwi għan ta’ investiment li jista’ jiġi pparagunat ma’ dak ta’ investitur privat. |
|
189 |
Dan l-argument ma jistax jintlaqa’. |
|
190 |
Fil-fatt, il-miżura kontenzjuża, b’kuntrast ma’ dak li ssostni EDF, ma hijiex miżura ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ din l-impriża, imma r-rinunzja li tiġbor it-taxxa fuq id-drittijiet tal-konċedent (ara l-punti 106 u 107 iktar ’il fuq). L-argument inkwistjoni huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tas-sentenzi fil-Kawżi T‑156/04 u C‑124/10 P. |
|
191 |
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-argument inkwistjoni jwassal fir-realtà sabiex jiġi rrikonoxxut li mis-sentenzi fil-Kawżi T‑156/04 u C‑124/10 P jirriżulta li peress li l-miżura hija miżura ta’ rikapitalizzazzjoni, huwa għaldaqstant fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist li aġixxa l-Istat, u segwa b’dan il-mod għan ta’ investiment li min-natura tiegħu huwa paragunabbli għal dak ta’ investitur privat, u dan kellu jwassal lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-kriterju bħala applikabbli. |
|
192 |
Issa, għandu jitfakkar li s-sentenzi fil-Kawżi T‑156/04 u C‑124/10 P ma ppreġudikawx l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
193 |
Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fis-sentenza tagħha fil-Kawża C‑124/10 P, li:
|
|
194 |
Fi kliem ieħor, ma huwiex biżżejjed għall-Istat li jallega li huwa ħa d-deċiżjoni li jwettaq l-investiment u li l-miżura hija r-riżultat tal-kwalità tiegħu ta’ azzjonist, iżda huwa għandu l-obbligu li jistabbilixxi dan mingħajr ekwivoku u abbażi ta’ elementi oġġettivi, verifikabbli u kontemporanji. |
|
195 |
L-argumenti inkwistjoni huma għaldaqstant ibbażati fuq interpretazzjoni żbaljata tas-sentenzi fil-Kawżi T‑156/04 u C‑124/10 P. |
|
196 |
Min-naħa l-oħra, EDF, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, issostni essenzjalment li l-Kummissjoni wettqet b’mod żbaljat, waqt l-eżami tal-applikabbiltà tal-kriterju, evalwazzjoni taż-żieda fir-remunerazzjoni tal-Istat Franċiż kif ukoll tal-profitabbiltà tal-miżura (ikklassifikata b’mod żbaljat minn EDF bħala “investiment”), peress li dawn il-kriterji jaqgħu fil-fatt, fil-fehma tagħha, fl-applikazzjoni tal-kriterju. |
|
197 |
Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza tagħha fil-Kawża C‑124/10 P, li:
|
|
198 |
Għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistax tkun ikkritikata li ffukat, sa mill-istadju tal-evalwazzjoni tal-applikabbiltà tal-kriterju, fuq il-profitabbiltà tal-investiment allegat. |
|
199 |
Konsegwentement, it-tieni parti tat-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali għandha tiġi miċħuda fl-intier tagħha |
5. Fuq it-tielet parti
a) L-argumenti tal-partijiet
|
200 |
EDF, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, issostni, insostenn tat-tielet parti tat-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali, li huwa b’mod żbaljat li l-Kummissjoni eskludiet li l-kriterju tal-investitur privat ikun applikabbli għal dan il-każ minħabba li r-Repubblika Franċiża kienet ħalltet il-kwalitajiet tagħha bħala awtorità pubblika u bħala investitur, jiġifieri li hija adottat miżura abbażi, kemm, ta’ kunsiderazzjonijiet li jaqgħu fil-kwalità tagħha bħala azzjonista u kunsiderazzjonijiet li jaqgħu fil-awtorità pubblika tagħha, u dan juri, skont il-Kummissjoni, is-sovrappożizzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw ir-remunerazzjoni tal-Istat u oħrajn li jirrigwardaw l-ammont tat-taxxa dovuta wara r-ristrutturazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF fid-dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi. |
|
201 |
EDF issostni li dan l-argument huwa bbażat kemm fuq żbalji fattwali, li jirriżultaw minn qari selettiv u ppreġudikat tad-dokumenti, u fuq żball ta’ liġi li jirrigwarda n-natura stess tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
202 |
Fir-rigward tal-iżbalji fattwali, EDF tikkunsidra li diversi dokumenti, u hija tirreferi b’mod iktar partikolari għad-dokumenti numri 23 sa 25 li hija annettiet mal-osservazzjonijiet tagħha mibgħuta lill-Kummissjoni f’Lulju 2013 (Annessi A‑7‑23 sa A‑7‑25 tar-rikors), juru li l-effetti tar-ristrutturazzjoni kkontemplata fil-bilanċ tagħha fuq it-taxxa dovuta minnha ġew eżaminati b’mod parallel, iżda b’mod distint, mal-konsegwenzi fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat azzjonist, u ma juru ebda taħlit tal-kunsiderazzjonijiet fiskali u ta’ investiment li bihom kien iggwidat l-Istat. |
|
203 |
Fir-rigward tal-iżball ta’ liġi, EDF issostni li, fil-premessi 137 sa 139 tad-deċiżjoni kkontestata, dak li ġiet ikkritikata bih ir-Repubblika Franċiża huwa fir-realtà li eżaminat l-effetti tar-ristrutturazzjoni tal-bilanċ tagħha fuq is-sitwazzjoni tal-impriża fil-qasam fiskali u għaldaqstant fuq il-ġbir tat-taxxi futuri, kif dawn setgħu jkunu antiċipati dak iż-żmien, minkejja l-fatt li, ċertament, hija għamlet dan l-eżami, imma b’mod parallel ma’ u b’mod distint minn dak tal-konsegwenzi f’termini ta’ remunerazzjoni tal-Istat azzjonist. Ir-Repubblika Franċiża żżid li tali approċċ huwa konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali (sentenza tal-24 ta’ Settembru 2008, Kahla/Thüringen Porzellan vs Il-Kummissjoni, T‑20/03, EU:T:2008:395). |
|
204 |
L-argument tal-Kummissjoni juri għaldaqstant, skont EDF, ksur tan-natura tal-kriterju tal-investitur privat u jwassal sabiex jikser l-ugwaljanza fit-trattament bejn l-Istat u tali investitur. Ir-raison d’être tal-kriterju huwa fil-fatt li jippermetti li ssir l-għażla bejn id-deċiżjonijiet li l-Istat jista’ jadotta bħala investitur u dawk li huwa jista’ jippretendi bħala awtorità pubblika, imma l-applikabbiltà tal-kriterju ma tistax tiġi miċħuda minħabba li dawk tal-ewwel jistgħu jikkoeżistu ma’ dawk tat-tieni. Tali raġunament tal-Kummissjoni kien jixhed, għal darba oħra, formaliżmu eċċessiv li wassalha sabiex tkun issanzjonata mill-Qorti Ġenerali. |
|
205 |
Il-kriterju tal-investitur privat jista’ jkun eskluż biss meta l-Istat jaġixxi biss fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika, imma, meta huwa jkun ħa inkunsiderazzjoni diversi fatturi fid-deċiżjoni ta’ investiment tiegħu, il-kriterju jkun mhux biss applikabbli, imma jkun indispensabbli sabiex issir l-għażla bejn il-fatturi ta’ natura ekonomika, li jkunu rilevanti fir-rigward tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u l-fatturi l-oħrajn, kif juri l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) [TFUE] (ĠU 2016, C 262, p. 1). |
|
206 |
Skont EDF, l-unika kwistjoni li l-Kummissjoni kellha teżamina hija dik dwar jekk investitur privat, imqiegħed f’sitwazzjoni kemm jista’ jkun qrib dik tal-Istat, kienx iwettaq l-investiment ikkunsidrat abbażi tal-profitabbiltà mistennija, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni l-kunsiderazzjonijiet fiskali li l-Istat seta’ jeżamina b’mod differenti, jew, fi kliem ieħor, dwar jekk, wara li jiġu iżolati l-elementi marbutin mad-definizzjoni tal-miżura u mal-kwalità tal-awtur tagħha (rikapitalizzazzjoni deċiża mill-Istat fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist) u mal-profitabbiltà tiegħu, il-kriterju kienx applikabbli u ġiex applikat b’mod korrett. |
|
207 |
EDF iżżid li l-koeżistenza ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet ta’ awtorità pubblika u ta’ investitur ma pprekludietx lill-Kummissjoni milli tapplika l-kriterju tal-investitur privat fid-Deċiżjoni C(2015) 4569 finali, tas-7 ta’ Lulju 2015, dwar għajnuna preżunta favur Altrad, li fiha hija ma ċaħditx fil-prinċipju l-applikabbiltà tal-kriterju, iżda vverifikat l-applikazzjoni korretta tiegħu. Fil-fehma tagħha, il-ġurisprudenza tissuġġetta l-applikabbiltà tal-kriterju msemmi għall-kwalità li biha l-Istat ikun adotta l-miżura, iżda hija ma tipprekludix lill-Istat milli jwettaq, b’mod parallel, u b’analiżi differenti, l-eżami tal-konsegwenzi kollha li jirriżultaw minnha. |
|
208 |
Skont EDF, fid-dawl tal-punt 52 tas-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 2013, Land Burgenland et vs Il-Kummissjoni (C‑214/12 P, C‑215/12 P u C‑223/12 P, EU:C:2013:682), għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni kunsiderazzjonijiet marbutin mal-kwalità tal-Istat bħala awtorità pubblika, madankollu jkun kontra l-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament li minn dan jiġi dedott li l-imsemmi kriterju ma huwiex applikabbli minħabba s-sempliċi fatt tal-eżistenza ta’ tali kunsiderazzjonijiet b’mod parallel ma’ kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. Għaldaqstant, l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni fl-istadju tal-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju ma jimplikax iċ-ċaħda tal-eżistenza tagħhom fl-istadju tal-applikabbiltà tal-imsemmi kriterju. |
|
209 |
EDF issostni wkoll li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-kunsiderazzjonijiet li ma humiex ekonomiċi ftit li xejn huma distakkabbli mill-miżura adottata bil-Liġi Nru 97-1026 hija sempliċiment petizzjoni ta’ prinċipju u tmur kontra l-fatti, peress li r-rikapitalizzazzjoni ġiet implementata mill-imsemmija liġi, mentri l-kunsiderazzjonijiet l-oħrajn (tnaqqis tat-tariffi, sostenn għall-impjieg) jinsabu fil-kuntratt ta’ impriża. |
|
210 |
Fl-aħħar nett, fil-kuntest tal-osservazzjonijiet li hija ppreżentat wara s-sentenza Frucona Košice, EDF, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, tallega li l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat mill-ġdid in-natura oġġettiva tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat u kkunsidrat li l-perċezzjoni suġġettiva li l-Istat jista’ jkollu fir-rigward tal-miżura li jimplimenta ma hijiex rilevanti. Minn dan jirriżulta, skont ir-rikorrenti, li, anki jekk wieħed jippreżumi li r-Repubblika Franċiża ma kinitx għamlet distinzjoni ċara bejn il-kunsiderazzjonijiet fiskali u l-kunsiderazzjonijiet ta’ investiment, li ma huwiex il-każ, dan il-fatt huwa għalkollox irrilevanti għall-analiżi li kellha ssir f’dan il-każ. |
|
211 |
Barra minn hekk, ir-Repubblika Franċiża ssostni, min-naħa tagħha, li diversi dokumenti li hija bagħtet lill-Kummissjoni jistabbilixxu li, meta hija adottat il-miżura inkwistjoni, hija bbażat ruħha qabelxejn fuq il-kunsiderazzjonijiet ta’ azzjonista. |
|
212 |
Ir-Repubblika Franċiża tirreferi, b’mod partikolari, għall-kuntratt ta’ impriża, li jiddistingwi, f’parti intitolata “Finanzjament ġust għax-xogħol ta’ servizz pubbliku”, il-modi ta’ finanzjament ta’ dan ix-xogħol, ħaġa li turi, fil-fehma tagħha, ir-rieda tal-Istat Franċiż li jissepara l-kunsiderazzjonijiet tiegħu dwar l-awtorità pubblika minn dawk dwar il-kwalità tiegħu bħala azzjonist. |
|
213 |
It-tieni nett, ir-Repubblika Franċiża ssemmi r-“rapport Migaud”, ippreżentat mid-deputat Migaud, fit-12 ta’ Settembru 1997, dwar l-abbozz ta’ Liġi Nru 201, li fih huwa jittratta b’mod distint il-kunsiderazzjonijiet ta’ awtorità pubblika u dawk ta’ azzjonist. Fil-fehma tagħha, dan ir-rapport jippreżenta l-effett tar-ristrutturazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF fuq il-proporzjonijiet dejn gross/kapital ta’ ekwità u dejn nett/kapital ta’ ekwità, u mbagħad jipparaguna dawn il-proporzjonijiet, bir-ristutturazzjoni u mingħajr, għal dawk tal-kompetituri Ewropej prinċipali ta’ EDF, sabiex joħroġ il-livell tad-dejn sproporzjonat ta’ EDF meta mqabbel mal-livell tal-kapital ta’ ekwità tagħha, b’paragun ma’ dak tal-kompetituri Ewropej tagħha. Dan ir-rapport jixhed għaldaqstant li l-Istat Franċiż kien ibbaża ruħu l-ewwel fuq il-kunsiderazzjonijiet ta’ azzjonist. |
|
214 |
Ir-Repubblika Franċiża tiċċita mbagħad l-ittra mibgħuta fl-4 ta’ April 1995 lil EDF mid-diretturi tal-kabinett tal-Ministri għall-Ekonomija, l-Industrija, il-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet u għall-Kummerċ Estern, u l-Baġit, dwar programm ta’ xogħol fuq il-konċessjonijiet (Anness A-7-17 tar-rikors, iktar ’il quddiem l-“ittra tal-4 ta’ April 1995”), li ma tteħditx inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni u turi li waħda mill-preokkupazzjonijiet tal-Istat Franċiż, waqt l-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni, kienet dwar jekk il-miżura kinitx konformi mal-interessi tal-Istat azzjonist. Fil-fehma tagħha, din kienet tinvolvi, b’mod partikolari, li jiġu identifikati “jekk ikun il-każ l-emendi li għandhom isiru lid-dispożittiv eżistenti sabiex jiġu protetti aħjar l-interessi tal-Istat azzjonist mill-perspettiva eventwali tal-ftuħ tal-monopolji”. Hija tindika li, minn din il-perspettiva, hija talbet lil EDF li tipprovdilha l-analiżijiet ekonomiċi. |
|
215 |
Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Franċiża tirreferi għall-ittra ta’ EDF tal-31 ta’ Ottubru 1995 (Anness A-7-23 tar-rikors, iktar ’il quddiem l-“ittra tal-31 ta’ Ottubru 1995”) mibgħuta lill-ministre au Budget (il-Ministru għall-Baġit), li kellha, b’mod partikolari, anness intitolat “Proposta ta’ ristrutturazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF”, li juri li l-Istat Franċiż kien qiegħed ifittex qabelxejn il-profitabbiltà vera ta’ EDF u titjib fl-immaġni finanzjarja tal-impriża. |
|
216 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-allegazzjonijiet. |
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
|
217 |
Essenzjalment, EDF issostni li l-Kummissjoni, meta eskludiet l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat minħabba li r-Repubblika Franċiża adottat il-miżura abbażi, kemm ta’ kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw il-kwalità tagħha bħala azzjonist kif ukoll ta’ kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw l-awtorità pubblika, wettqet kemm żball ta’ liġi u kif ukoll żnaturat il-fatti u diversi dokumenti li ġew ippreżentati lilha. |
1) Fuq l-allegat żball ta’ liġi
|
218 |
EDF issostni, minn naħa, li r-Repubblika Franċiża, ċertament, eżaminat l-effetti fuq il-ġbir tat-taxxi futuri tar-ristrutturazzjoni tal-bilanċ tal-impriża, imma hija wettqet dan l-eżami b’mod parallel ma’ u b’mod distint minn dak tal-konsegwenzi ta’ din l-operazzjoni f’termini ta’ remunerazzjoni tal-Istat Franċiż. Min-naħa l-oħra, hija tqis li l-Kummissjoni kellha tillimita ruħha sabiex teżamina jekk investitur privat kienx jagħmel, fid-dawl tal-profitabbiltà tagħha, investiment paragunabbli, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni l-kunsiderazzjonijiet fiskali li setgħu jiġu eżaminati mill-imsemmi Stat b’mod distint, filwaqt li jiġu iżolati l-elementi marbutin mad-definizzjoni tal-miżura u mal-kwalità tal-awtur tiegħu, jiġifieri f’dan il-każ, ir-rikapitalizzazzjoni deċiża minn dan l-Istat fil-kwalità tiegħu bħala azzjonist. Il-kriterju qiegħed hemm fil-fatt sabiex jippermetti li ssir distinzjoni bejn id-deċiżjonijiet li l-Istat jista’ jadotta bħala investitur u dawk li huwa jista’ jadotta bħala awtorità pubblika, mingħajr ma l-eventwali koeżistenza taż-żewġ tipi ta’ kunsiderazzjoni tkun tista’ twassal sabiex tiġi miċħuda l-applikabbiltà tiegħu. Barra minn hekk, skont EDF, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-perċezzjoni suġġettiva li jista’ jkollu l-Istat fir-rigward tal-miżura li huwa jimplimenta ma hijiex rilevanti u minnha jirriżulta li, anki jekk wieħed jippreżumi li r-Repubblika Franċiża ma kinitx għamlet distinzjoni ċara bejn il-kunsiderazzjonijiet fiskali u l-kunsiderazzjonijiet ta’ investiment, li ma huwiex il-każ, dan il-fatt huwa kompletament irrilevanti għall-analiżi li kellha ssir f’dan il-każ. |
|
219 |
Jeħtieġ, b’mod preliminari, li jitfakkar li l-miżura kontenzjuża tikkonsisti fir-rinunzja, mir-Repubblika Franċiża, li tintaxxa d-drittijiet tal-konċedent, jiġifieri r-riżervi għat-tiġdid użati minn EDF, għar-riklassifikazzjoni tagħhom f’kapital. |
|
220 |
Ir-Repubblika Franċiża allegat, matul il-proċedura amministrattiva, li t-taxxa li hija kienet irrinunzjat għaliha kienet tikkostitwixxi injezzjoni kumplimentari ta’ kapital, li hija kienet għaldaqstant aġixxiet fil-kwalità tagħha ta’ azzjonista ta’ EDF u li konsegwentement kellu jiġi applikat il-kriterju tal-investitur privat. |
|
221 |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-punti 80 u 81 tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, li tfakkru fil-punt 50 iktar ’il fuq, għandha ssir distinzjoni bejn l-Istat azzjonist u l-Istat bħala awtorità pubblika, fejn l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat ikun jiddependi minn jekk il-vantaġġ mogħti lil xi impriża jkunx ingħata mill-Istat fil-kwalità tiegħu bħala azzjonist u mhux fil-kwalità tiegħu bħala awtorità pubblika. |
|
222 |
Minn dan l-aspett, skont il-punti 82 u 83 tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, peress li r-Repubblika Franċiża kienet invokat, matul il-proċedura amministrattiva, il-kriterju tal-investitur privat, hija kellha l-obbligu konsegwentement li tistabbilixxi mingħajr ekwivoku u abbażi ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli li l-miżura implimentata kienet taqa’ fil-kwalità tagħha bħala azzjonista, peress li dawn l-elementi kellhom juru biċ-ċar li hija kienet ħadet, qabel u simultanjament mal-għoti tal-vantaġġ, jiġifieri f’dan il-każ ir-rinunzja għall-taxxa fuq ir-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent f’injezzjoni ta’ kapital, id-deċiżjoni li tagħmel, b’din il-miżura, investiment f’EDF. |
|
223 |
Iktar minn hekk, għal dan il-għan, skont il-punt 84 tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, ir-Repubblika Franċiża, sabiex tistabbilixxi n-natura ekonomika tal-azzjoni tagħha, setgħet tibgħat lill-Kummissjoni elementi li juru li dik id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli għal dawk li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, investitur privat razzjonali li jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tar-Repubblika Franċiża kien jagħmel, qabel ma jwettaq l-imsemmi investiment, sabiex jiddetermina l-profittabbiltà futura ta’ tali investiment. |
|
224 |
Dawn l-elementi kellhom ikunu kontemporanji mal-miżura kontenzjuża. Fil-fatt, skont il-punt 85 tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara l-għoti tal-imsemmi vantaġġ, il-konstatazzjoni retrospettiva tal-profittabbiltà effettiva tal-investiment imwettqa mill-Istat Membru kkonċernat jew ġustifikazzjonijiet ulterjuri tal-għażla tal-proċess effettivament użat ma jistgħux ikunu biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan l-Istat Membru ħa, qabel jew fl-istess waqt ta’ dan l-għoti, tali deċiżjoni fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist. |
|
225 |
Barra minn hekk, skont il-punt 86 tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, jekk l-Istat Membru kkonċernat jipprovdi lill-Kummissjoni provi tan-natura meħtieġa, huwa l-obbligu ta’ din tal-aħħar li twettaq evalwazzjoni globali filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni, minbarra l-provi prodotti mill-Istat Membru kkonċernat, kwalunkwe prova oħra rilevanti f’dan il-każ li tippermettilha tiddetermina jekk il-miżura inkwistjoni tirriżultax mill-kwalità tal-imsemmi Stat Membru ta’ azzjonist jew minn dik ta’ awtorità pubblika. B’mod partikolari, f’dan ir-rigward jistgħu jkunu rilevanti, in-natura u l-iskop ta’ din il-miżura, il-kuntest li din tiġi adottata fih kif ukoll l-għan imfittex u r-regoli li għalihom hija suġġetta l-imsemmija miżura. |
|
226 |
F’dan il-każ, ir-Repubblika Franċiża u EDF bagħtu diversi provi lill-Kummissjoni sabiex juru li l-miżura implimentata tirriżultà mill-kwalità tal-Istat Franċiż bħala azzjonist. |
|
227 |
Il-Kummissjoni, essenzjalment, ikkunsidrat li l-elementi li tressqulha mir-Repubblika Franċiża u EDF ma kinux jistabbilixxu mingħajr ekwivoku li kienet ittieħdet deċiżjoni mill-Istat Franċiż sabiex iwettaq investiment billi jirrinunzja għat-taxxa fuq it-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent f’injezzjoni ta’ kapital (ara b’mod partikolari l-premessi 128 sa 131, 138 u 139 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
228 |
Fil-fatt, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-elementi kollha li kellha quddiemha filwaqt li ħadet inkunsiderazzjoni, barra mill-elementi pprovduti mir-Repubbika Franċiża, l-elementi rilevanti mibgħuta minn EDF, sabiex tistabbilixxi jekk il-miżura kontenzjuża kinitx tirriżulta mill-kwalità tiegħu bħala azzjonist, jew dik ta’ awtorità pubblika tal-Istat Franċiż u hija eżaminat b’mod partikolari n-natura u l-għan ta’ dik il-miżura, il-kuntest li fih saret kif ukoll l-għan imfittex u r-regoli li għalihom kienet suġġetta l-imsemmija miżura (ara l-premessi 145 et seq. tad-deċiżjoni kkontestata) wara li eżaminat minn qabel l-elementi l-oħra li kienu ntbagħtulha. |
|
229 |
Il-Kummissjoni għaldaqstant ma wettqet ebda żball ta’ liġi fil-mod li bih hija applikat il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
230 |
Fil-fatt, it-teżi sostnuta minn EDF u mir-Repubblika Franċiża li l-Kummissjoni kellha tillimita ruħha sabiex teżamina jekk investitur privat kienx iwettaq, fid-dawl tal-profitabbiltà tiegħu, investiment simili, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni l-kunsiderazzjonijiet fiskali li setgħu jiġu eżaminati allegatament mill-Istat “b’mod separat”, u billi jiġu iżolati l-elementi marbutin mad-definizzjoni tal-miżura u mal-kwalità tal-awtur tiegħu, jiġifieri f’dan il-każ ir-rikapitalizzazzjoni deċiża mill-Istat fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist, hija bbażata fuq qari żbaljat tal-punti 80 sa 86 tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P. |
|
231 |
Il-Kummissjoni ma tistax fil-fatt tinjora l-elementi li jiżvelaw l-eżistenza ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ awtorità pubblika u teżamina biss l-elementi li jtendu lejn it-teżi ta’ eventwali investiment. Tali approċċ iwassal sabiex tiġi injorata n-neċessità li jiġu evalwati l-provi rilevanti kollha sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżura inkwistjoni tirriżultax mill-kwalità ta’ azzjonist jew minn dik ta’ awtorità pubblika tal-Istat Membru, li fosthom jinsabu b’mod partikolari l-kuntest u n-natura tal-miżura kontenzjuża. |
|
232 |
Ċertament ma huwiex eskluż li eventwalment kunsiderazzjonijiet ta’ awtorità pubblika jkunu jistgħu, jekk ikun il-każ, jikkoeżistu ma’ kunsiderazzjonijiet ta’ azzjonist iżda dawn ma jistgħux madankollu jkollhom impatt fuq l-evalwazzjoni tal-punt dwar jekk l-istess miżura kinitx tiġi adottata fil-kundizzjonijiet normali tas-suq minn investitur privat li jkun jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-Istat. Fil-fatt, huma biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mas-sitwazzjoni ta’ dan tal-aħħar meta jaġixxi bħala azzjonist, bl-esklużjoni ta’ dawk li huma marbuta mal-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, punt 79). |
|
233 |
F’dan il-każ, la r-Repubblika Franċiża u lanqas EDF ma wrew li, qabel jew simultanjament mal-għoti ta’ ammont ekwivalenti għal dak tat-taxxa li għaliha kien irrinunzja fl-okkażjoni tar-riklassifikazzjoni f’injezzjoni ta’ kapital tad-drittijiet tal-konċedent, l-Istat Franċiż kien ħa d-deċiżjoni li jwettaq, permezz tal-miżura effettivament implimentata, b’investiment, u lanqas li tali deċiżjoni kienet ittieħdet abbażi ta’ evalwazzjonijiet ekonomiċi preċedenti paragunabbli għal dawk li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, investitur privat razzjonali li jkun jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-imsemmi Stat Membru kien jistabbilixxi, qabel ma jwettaq l-imsemmi investiment, għall-finijiet li jistabbilixxi l-profitabbiltà futura ta’ tali investiment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, punti 83, 84 u 104). |
|
234 |
Jekk jirriżulta li tali kunsiderazzjonijiet bħala azzjonist huma neqsin, l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat għandha tiġi miċħuda mill-Kummissjoni. |
|
235 |
Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argumenti mressqa minn EDF li jikkonċernaw is-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 2013, Land Burgenland et vs Il-Kummissjoni (C‑214/12 P, C‑215/12 P u C‑223/12 P, EU:C:2013:682), li tirriżulta fil-fatt li hija irrilevanti, peress li l-argumenti msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 52 ta’ dik is-sentenza jirrigwardaw speċifikament l-applikazzjoni u mhux l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat u għaldaqstant ma jistgħux jiġġustifikaw li jkunu biss il-kunsiderazzjonijiet ta’ Stat azzjonist li jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-iskopijiet tal-analiżi tal-applikabbiltà tal-kriterju. |
|
236 |
Din il-konklużjoni lanqas ma hija kkontestata mill-argumenti mressqa minn EDF ibbażati fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4569 finali, tas-7 ta’ Lulju 2015, dwar għajnuna preżunta favur Altrad. |
|
237 |
Fil-fatt, minn naħa, il-miżura inkwistjoni kienet, fil-kawża li wasslet għad-deċiżjoni inkwistjoni, sottoskrizzjoni diretta għall-kapital azzjonarju ta’ Altrad mill-Fonds stratégique d’investissement (il-Fond Stateġiku ta’ Investiment) mogħnija b’għażla għal ammont addizzjonali u l-fatt li t-tranżazzjoni kienet tikkostitwixxi investiment ma kienx ikkontestat mill-Kummissjoni. |
|
238 |
Min-naħa l-oħra, anki jekk wieħed jippreżumi li l-operazzjonijiet kienu paragunabbli, xorta waħda jibqa’ l-fatt li l-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat huwa kunċett oġġettiv, li jippreżumi li l-miżura, biex tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala għajnuna, hija suxxettibbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u thedded jew twassal għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, li għandu jiġi evalwat fid-data li fiha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha u li l-kwistjoni li għandha tiġi eżaminata hija biss jekk miżura tal-Istat tikkonferixxix jew le vantaġġ lil impriża jew lil ċerti impriżi. Il-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward, li l-partijiet xorta waħda ma jaqblux fuqha, ma tistax għaldaqstant tirriżulta deċiżiva (ara s-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2009, Associazione italiana del risparmio gestito u Fineco Asset Management vs Il-Kummissjoni, T‑445/05, EU:T:2009:50, punt 145 u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-20 ta’ Mejju 2010, Todaro Nunziatina & C., C‑138/09, EU:C:2010:291, punt 21). |
|
239 |
Din il-konklużjoni lanqas ma hija kkontestata mill-argumenti mressqa minn EDF wara s-sentenza Frucona Košice, li l-“perċezzjoni suġġettiva” tal-miżura mir-Repubblika Franċiża hija irrilevanti, ħaġa li twassal sabiex iċċaħħad mill-effett l-assenza eventwali ta’ distinzjoni ċara bejn kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw l-Istat bħala azzjonist u kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw l-Istat bħala awtorità pubblika waqt l-adozzjoni tal-miżura kontenzjuża. |
|
240 |
Fil-fatt, fir-rigward tal-effett tas-sentenza Frucona Košice, għandu jitfakkar li, skont dik is-sentenza, il-kriterju ta’ kreditur jew tal-investitur privat ma jikkostitwixxix eċċezzjoni li tapplika biss fuq talba tal-Istat Membri, meta l-elementi li jikkostitwixxu l-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq komuni, li jinsab fl-Artikolu 107(1) TFUE, ikunu ssodisfatti. Fil-fatt, dan il-kriterju, meta jkun applikabbli, jinsab fost l-elementi li l-Kummissjoni hija obbligata tieħu inkunsiderazzjoni biex tikkonstata l-eżistenza ta’ tali għajnuna (sentenza Frucona Košice, punt 23 u s-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, punt 103). |
|
241 |
Konsegwentement, meta jkun jidher li l-kriterju tal-kreditur privat ikun jista’ jkun applikabbli, hija l-Kummissjoni li għandha l-obbligu li teżamina din l-ipoteżi indipendentement minn kull talba f’dan is-sens mill-Istat Membru kkonċernat u, għaldaqstant, xejn ma jipprekludi li l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun jista’ jinvoka l-applikabbiltà ta’ dan il-kriterju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Frucona Košice, punti 25 u 26). |
|
242 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat fl-aħħar nett li, f’dawn iż-żewġ ipoteżijiet tal-aħħar li fihom il-kriterju tal-investitur privat ma jiġix invokat mill-Istat Membru, sabiex jiġi stabbilit jekk l-imsemmi kriterju kienx applikabbli, irid jittieħed, bħala punt tat-tluq in-natura ekonomika tal-azzjoni tal-Istat Membru u mhux il-mod li bih, suġġettivament, dak l-Istat Membru ħaseb li ser jaġixxi jew il-linji ta’ azzjoni alternattivi kkontemplati minn dak l-Istat Membru qabel ma jadotta l-miżura inkwistjoni (ara f’dan is-sens is-sentenza Frucona Košice, punti 12 u 27). |
|
243 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja, min-naħa l-oħra, iddeċidiet li jekk Stat Membru jinvoka l-kriterju tal-investitur privat matul il-proċedura amministrattiva, huwa għandu l-obbligu, fil-każ ta’ dubju, li jistabbilixxi mingħajr dubju u abbażi ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli li l-miżura implimentata tirriżulta mill-kwalità tiegħu ta’ azzjonist, fejn dawn l-elementi għandhom juru b’mod ċar li, qabel jew fl-istess waqt tal-għoti tal-vantaġġ ekonomiku l-Istat Membru kkonċernat ħa d-deċiżjoni li jwettaq, permezz tal-miżura effettivament implimentata, investiment fl-impriża pubblika kkontrollata (ara f’dan is-sens is-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, punti 82 u 83. |
|
244 |
Min-naħa l-oħra, evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara l-għoti tal-imsemmi vantaġġ, il-konstatazzjoni retrospettiva tal-profittabbiltà effettiva tal-investiment imwettqa mill-Istat Membru kkonċernat jew ġustifikazzjonijiet ulterjuri tal-għażla tal-proċess effettivament użat ma jistgħux ikunu biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan l-Istat Membru ħa, qabel jew fl-istess waqt ta’ dan l-għoti, tali deċiżjoni fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist (ara f’dan is-sens is-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, punti 85 u 104). |
|
245 |
Barra minn hekk, kif tfakkar fil-punt 232 iktar ’il fuq, għall-iskopijiet tal-evalwazzjoni tal-punt dwar jekk kinitx tiġi adottata l-istess miżura fil-kundizzjonijiet normali tas-suq minn investitur privat li jkun jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-Istat, huma biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mas-sitwazzjoni ta’ dan tal-aħħar meta jaġixxi bħala azzjonist, bl-esklużjoni ta’ dawk li huma marbuta mal-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, punt 79). |
|
246 |
Għaldaqstant, kien l-obbligu tal-Kummissjoni li teżamina, sabiex tistabbilixxi jekk il-kriterju tal-investitur privat kienx effettivament applikabbli f’dan il-każ, jekk ir-Repubblika Franċiża kinitx stabbilixxiet mingħajr ekwivoku u abbażi ta’ elementi oġġettivi, verifikabbli u kontemporanji li l-miżura implimentata kienet tirriżulta mill-kwalità tagħha bħala azzjonist u jekk din kinitx ressqet għal dan il-għan elementi li juru biċ-ċar li hija kienet ħadet, qabel jew simultanjament mal-għoti tal-vantaġġ u abbażi ta’ evalwazzjoni ekonomika minn qabel rikjesta dwar il-profittabbiltà, id-deċiżjoni li twettaq, permezz tal-miżura effettivament implimentata, investiment f’EDF. |
|
247 |
Għandu jiġi kkonstatat li dan hu l-eżami li l-Kummissjoni għamlet fil-punti 126 sa 154 tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
248 |
L-argumenti ta’ EDF, sostnuti mir-Repubblika Franċiża, ma jistgħux għaldaqstant jirnexxu. |
|
249 |
Fl-aħħar nett, għandha tiġi miċħuda wkoll bħala infondata fil-fatt l-allegazzjoni ta’ EDF li l-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq “sovrappożizzjoni” tal-kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw il-kwalità bħala azzjonist u dawk li jirrigwardaw il-kwalità bħala awtorità pubblika sabiex iddikjarat il-kriterju tal-investitur privat inapplikabbli. |
|
250 |
Fil-fatt, huwa fi tmiem evalwazzjoni globali u wara li eżaminat kull waħda mill-provi li jistgħu jkunu rilevanti li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura kienet tikkostitwixxi investiment min-naħa tar-Repubblika Franċiża fl-assenza ta’ kunsiderazzjonijiet dwar il-kwalità tagħha bħala azzjonista stabbiliti abbażi ta’ elementi oġġettivi, verifikabbli u kontemporanji kif rikjesti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 82 sa 85 tas-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P. |
|
251 |
L-argumenti ta’ EDF u tar-Repubblika Franċiża bbażati fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni għandu konsegwentement jiġi miċħud. |
2) Fuq l-allegati żbalji ta’ fatt
|
252 |
EDF issostni li diversi dokumenti, u b’mod iktar partikolari d-dokumenti Nri 23 sa 25 (Anness A-7-23 sa A-7-25) li hija hemżet mal-osservazzjonijiet tagħha mibgħuta lill-Kummissjoni f’Lulju 2013, juru li l-effetti tar-ristrutturazzjoni proposta tal-bilanċ tagħha fuq it-taxxa dovuta minnha ġew eżaminati b’mod parallel, iżda b’mod distint, mill-konsegwenzi fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat azzjonist, u li dawn id-dokumenti ma humiex prova ta’ xi sovrappożizzjoni bejn il-kunsiderazzjonijiet fiskali u ta’ investiment li ggwidaw lill-Istat Franċiż. Ir-Repubblika Franċiża tgħid ukoll li diversi dokumenti li hija bagħtet lill-Kummissjoni juru li, meta hija adottat il-miżura inkwistjoni, hija bbażat ruħha qabel kollox fuq il-kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw il-kwalità tagħha bħala azzjonista. |
|
253 |
Għandu jiġi enfasizzat, b’mod preliminari, li, fost id-dokumenti invokati minn EDF u mir-Repubblika Franċiża, ebda dokument preċedenti għar-risposta tar-Repubblika Franċiża lill-Kummissjoni fl-2002 ma ssemmi li t-taxxa kienet dovuta fuq id-drittijiet tal-konċedent, jiġifieri r-riżervi li ntużaw minn EDF, waqt ir-riklassifikazzjoni tagħhom f’injezzjoni ta’ kapital, u lanqas, a fortiori, li r-rinunzja għall-ġbir tat-taxxa kellha tiġi analizzata bħala investiment kumplimentari fil-kapital ta’ EDF kif tirrileva l-Kummissjoni fil-premessi 128 u 129 tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
254 |
Fir-rigward tad-dokumenti msemmija minn EDF li juru l-assenza ta’ sovrappożizzjoni bejn il-kunsiderazzjonijiet marbutin mat-taxxa u dawk marbutin mar-remunerazzjoni tal-Istat, għandu jiġi rrilevat dan li ġej. |
|
255 |
L-Anness A-7-23 tar-rikors huwa l-ittra tal-31 ta’ Ottubru 1995, li ntbagħtet ftit iktar minn sentejn qabel l-adozzjoni tal-Liġi Nru 97-1026, lill-Ministeru għall-Baġit u li tinkludi żewġ annessi, jiġifieri dokument ta’ tliet paġni intitolat “Proposti għal ristrutturazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF” u tabella intitolata “Proposta ta’ evoluzzjoni tal-bilanċ ta’ EDF”. |
|
256 |
Id-dokument ta’ tliet paġni mehmuż mal-ittra tal-31 ta’ Ottubru 1995 fih tliet punti, li jirrigwardaw rispettivament, u fi kliem ġenerali, ir-“[r]istrutturazzjoni tal-kapital proprju għall-passiv tal-bilanċ” u b’mod iktar partikolari tar-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent f’kapital, tal-“[a]ġġustament tad-drittijiet tal-konċedenti ‘awtoritajiet lokali’ tal-konċessjonijiet [ta’ distribuzzjoni pubblika]” u, fl-aħħar nett, tat-“[t]neħħija tar-riport mill-ġdid tat-telf fit-taxxa”. |
|
257 |
Il-punt 1.1 tad-dokument inkwistjoni jikkonċerna r-“riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent ‘Stat’ u tar-riżervi għat-tiġdid assoċjati f’kapital”. Hemmhekk tissemma l-proposta li tiġi “kkapitalizzata EDF […] billi jiġu ttrasformati d-drittijiet tal-konċedent RAG u r-riżerva għat-tiġdid korrispondenti f’kapital”, fejn din it-“tranżazzjoni [twassal] biex nirritornaw għall-analiżi tal-kontijiet ta’ qabel 1987”. |
|
258 |
Il-punt 1.2 tad-dokument inkwistjoni, intitolat “Konsolidazzjoni tal-injezzjonijiet ta’ kapital fil-kapital ta’ EDF” isemmi li “[l-konsolidazzjoni tal-injezzjonijiet ta’ kapital] issaħħaħ in-natura ‘tal-kontribuzzjoni tal-azzjonist’ li hemm fihom” sa fejn kellhom “natura ta’ żieda ta’ kapital anki jekk id-digriet tal-1956 kien ixebbaħ[hom] pjuttost għal self li jiġġenera imgħax”. |
|
259 |
Il-punt 1.3 tad-dokument inkwistjoni jirrigwarda l-“konsegwenzi ta’ dawn iż-żewġ miżuri” u jindika li dawn għandhom “iż-żewġ vantaġġi li ġejjin”:
|
|
260 |
Min-naħa waħda, għandu jiġi rrilevat li l-kwistjoni tal-“kontribuzzjoni għall-kapital”, ġustament imsemmija fl-ittra tal-31 ta’ Ottubru 1995, ma tirrigwardax ir-rinunzja għat-taxxa dovuta fuq id-drittijiet tal-konċedent, li mkien ma tissemma hemmhekk. |
|
261 |
Min-naħa waħda, għandu jiġi kkonstatat li l-kunsiderazzjonijiet kontabbli, fiskali u ta’ azzjonist jikkoeżistu mill-qrib fid-dokument ta’ tliet paġni mehmużin mal-ittra tal-31 ta’ Otubru 1995, li, fuq kollox, ma fiha ebda evalwazzjoni, u iktar u iktar evalwazzjoni tal-profittabbiltà tar-riklassifikazzjoni f’kapital tad-drittijiet tal-konċedent. |
|
262 |
L-Anness A-7-24 tar-rikors huwa nota interna ta’ żewġ paġni ta’ EDF, tas-7 ta’ Diċembru 1995, intitolat “Oriġini, kontenut u konsegwenzi tal-proposti ta’ ristrutturazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF” (iktar ’il quddiem in-“nota interna tas-7 ta’ Diċembru 1995”). |
|
263 |
Wara li fakkret, fl-ewwel parti tan-nota interna tas-7 ta’ Diċembru 1995, il-kontrolli tal-Cour de comptes (il-Qorti tal-Awdituri) u l-effett tagħhom fuq ir-riżervi għat-tiġdid u l-verifika magħmula mill-amministrazzjoni fiskali fl-1994, u sussegwentement, fit-tieni parti, u fi tliet subpartijiet, l-għanijiet tal-proposti ta’ ristrutturazzjoni tal-passiv tal-bilanċ magħmula lill-Ministeru, in-nota ssemmi l-“pass doppju” propost minn EDF: minn naħa, ir-ristrutturazzjoni tal-bilanċ għoli tagħha, li tissarraf b’mod partikolari f’konsolidazzjoni tar-“relazzjonijiet finanzjarji bejn EDF u l-Istat [Franċiż]. Dan tal-aħħar jista’ mbagħad ifittex profittabbiltà vera f’EDF fil-forma ta’ dividend li ssib il-ġustifikazzjoni tagħha fil-kapital tal-impriża”. Dan ifisser, min-naħa l-oħra, li “tiġi ċċarata l-preżentazzjoni kontabbli tal-konċessjonijiet ta’ distribuzzjoni pubblika”. |
|
264 |
Għal darba oħra, għandu jiġi kkonstatat li l-profittabbiltà tar-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent f’kapital hija l-iktar l-iktar imsemmija fin-nota interna tas-7 ta’ Diċembru 1995 mingħajr ebda evalwazzjoni kwalunkwe u li, fi kwalunkwe każ, ma hemm imkien imsemmija r-rinunzja għat-taxxa fuq l-imsemmija drittijiet tal-konċedent. |
|
265 |
Anki jekk wieħed jippreżumi li n-nota interna tas-7 ta’ Diċembru 1995 tista’ titqies bħala analiżi distinta u “parallela” tal-effetti tar-rikapitalizzazzjoni ta’ EDF, hija irrilevanti għal dak li jikkonċerna l-eżami tal-miżura kontenzjuża u tikkostitwixxi l-iktar indizju tal-kuntest li fih ġiet adottata. |
|
266 |
Għall-bqija, għandu jiġi kkonstatat li n-nota interna tas-7 ta’ Diċembru 1995 li l-kontenut tagħha jixbah finalment lil dak tal-ittra tal-31 ta’ Ottubru 1995, ma turix, lanqas din, analiżi ddettaljata tal-kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw il-kwalità tal-Istat bħala azzjonist u tar-remunerazzjoni jew tal-profittabbiltà li kellha ssir mill-Istat jew għal dan tal-aħħar fid-dawl tar-rikapitalizzazzjoni ta’ EDF. |
|
267 |
Fl-aħħar nett, l-Anness A-7-25 tar-rikors huwa ittra tal-10 ta’ April 1997 mibgħuta minn EDF lill-kap tal-uffiċċju fil-Ministeru għall-Finanzi (iktar ’il quddiem l-“ittra tal-10 ta’ April 1997”) u li tinkludi anness, ta’ paġna ppreżentata f’forma skematika, intitolata “Stimi ta’ ħlas lill-Istat fl-1997 u fl-1998”. |
|
268 |
Għalkemm l-ittra tal-10 ta’ April 1997 tista’ tikkostitwixxi indizju ta’ preżentazzjoni minimalista tar-remunerazzjoni li jista’ jirċievi l-Istat Franċiż, għandu jiġi kkonstatat madankollu li din il-preżentazzjoni hija bbażata simultanjament u interament fuq l-effetti fiskali li joħorġu mill-ħlasijiet li jsiru favur l-imsemmi Stat. |
|
269 |
Ħlief għal linja waħda minn tnejn, huwa impossibbli għaldaqstant li l-ittra tal-10 ta’ April 1997 titqies bħala analiżi distinta u “parallela” tar-remunerazzjoni tal-Istat azzjonist kif tallega li hi EDF. |
|
270 |
Id-dokumenti msemmija minn EDF ma jurux, konsegwentement, li saret analiżi distinta u awtonoma tal-kunsiderazzjonijiet tal-Istat Franċiż fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist fir-rigward tal-miżura kontenzjuża, u lanqas, b’kuntrast ma’ dak li ssostni EDF, ma jistabbilixxu l-assenza ta’ sovrappożizzjioni bejn il-kunsiderazzjonijiet marbutin mat-taxxa u dawk marbutin mar-remunerazzjoni tal-imsemmi Stat. |
|
271 |
Fir-rigward sussegwentement tal-elementi mressqa mir-Repubblika Franċiża, għandu jiġi osservat li dawn jirreferu, minn naħa, għat-tabella 11 tan-nota ta’ intervent, li hija riproduzzjoni kważi identika taċ-ċitazzjonijiet u tal-kummenti li jistgħu jinqraw fit-tabella li tinsab fl-Anness 10 tal-imsemmija nota li tressqet insostenn tal-argumenti mressqa insostenn tal-ewwel parti tat-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali, tabella li fiha ġew iċċitati estratti ta’ diversi dokumenti u, min-naħa l-oħra, f’din in-nota, għal diversi minn dawk id-dokumenti msemmija “bħala eżempju”. |
|
272 |
Fost dawn id-dokumenti msemmija bħala eżempju hemm, fl-ewwel lok, il-kuntratt ta’ impriża. |
|
273 |
Għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntratt ta’ impriża, il-kunsiderazzjonijiet dwar il-kwalità tal-Istat bħala awtorità pubblika mhux biss jimxu id f’id mal-kunsiderazzjonijiet tal-Istat bħala azzjonist imma, fuq kollox u evidentement, jipprevalu fuqhom. |
|
274 |
Il-kunsiderazzjonijiet dwar l-Istat bħala awtorità pubblika li jinsabu fil-kuntratt ta’ impriża, li rrigwardaw b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-politika dwar l-enerġija tal-Istat, in-neċessità li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista b’rispett tal-ambjent u bl-inqas spiża kif ukoll ikel ta’ kwalità lill-konsumatur ikun fejn ikun, is-sostenn lill-impjieg u lill-attività ekonomika, is-servizzi ta’ solidarjetà għal dawk li huma l-iktar fil-bżonn, l-ippjanar tat-territorju, jinsabu esposti fit-titolu I tal-imsemmi kuntratt, intitolat “Riaffermazzjoni tal-missjonijiet fundamentali tal-impriża pubblika”, li t-tliet sezzjonijiet tiegħu huma intitolati “Ħames missjonijiet ta’ servizz pubbliku mġedda u msaħħa”, “Parteċipazzjoni fl-ippjanar tat-territorju u fis-solidarjetà” u “Lejn leġiżlazzjoni ġdida tas-settur elettriku”. |
|
275 |
It-Titolu II tal-kuntratt ta’ impriża huwa intiż li “jipprepara llum il-futur tan-negozju” billi jiżgura l-iżvilupp tiegħu fi Franza (permezz tat-titjib tal-prestazzjonijiet u l-allokazzjoni prijoritarja tal-benefiċċji tal-produttività għar-roħs fil-prezzijiet, permezz tar-roħs fit-tariffi li jippreżumu aġġustament fl-istruttura tagħhom, fir-relazzjoni ta’ EDF mal-produtturi indipendenti u bl-iżvilupp tas-servizzi, permezz b’mod partikolari ta’ azzjonijiet immirati lejn il-lealtà tal-klijenti, pożizzjoni aħjar fis-swieq tal-elettriku u s-swieq assoċjati, dan permezz ta’ mezzi kummerċjali adattati, jiġifieri ta’ “għajnuna kummerċjali” fl-ammont ta’ FRF 2.8 biljun), il-konkwista ta’ swieq ġodda barra mill-pajjiż (li fir-rigward tagħhom tissemma biss in-neċessità li tittieħed inkunsiderazzjoni l-“profittabbiltà tal-kapital proprju investit” mingħajr ma ssir ebda preċiżazzjoni oħra), il-kontribuzzjoni għall-innovazzjonijiet u għall-progress teknoloġiku (riċerka u żvilupp, sħubija ma’ impriżi Franċiżi oħra) kif ukoll l-“assoċjazzjoni tal-impriża kollha għall-iżvilupp” (sezzjoni li fiha ġew ittrattati kwistjonijiet dwar ir-riżorsi umani: ġestjoni tar-riżorsi umani, taħriġ, titjib tal-organizzazzjoni tax-xogħol, tas-sigurtà fix-xogħol, politika ta’ remunerazzjoni tal-persunal, koeżjoni soċjali, eċċ). |
|
276 |
Il-kunsiderazzjonijiet dwar l-Istat bħala awtorità pubblika li jinsabu fit-Titolu II tal-kuntratt ta’ impriża jissemmew mill-qrib ħafna mal-kunsiderazzjonijiet ġenerali ħafna li rrigwardaw l-evoluzzjoni futura tal-impriża, iżda li ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala kunsiderazzjonijiet ta’ azzjonist intiżi li jevalwaw il-profittabbiltà ta’ investiment u inqas u inqas ta’ investiment imħaddem bl-implimentazzjoni tal-miżura kontenzjuża. |
|
277 |
Fl-aħħar nett, fit-Titolu III tal-kuntratt ta’ impriża, intitolat “Tqegħid tal-impriża f’kuntest finanzjarju u istituzzjonali rrinnovat”, ġew ittrattati sussegwentement, fi tliet paġni, l-għanijiet li ġejjin: “[s]tabbilizzazzjoni tar-relazzjoni mal-Istat azzjonist”, “[f]inanzjament ġust tal-missjonijiet ta’ interess pubbliku”, “[p]reparazzjoni tal-għodda meħtieġa għall-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni”, “[ħ]olqien tar-riżorsi biex jiġi ppreparat il-futur” u l-“[m]odalitajiet għat-tfittxija tal-għanijiet u impenji”. |
|
278 |
Fit-tliet paġni inkwistjoni, żewġ paragrafi biss rrigwardaw ir-ristrutturazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF, li f’wieħed minnhom tissemma, b’mod għall-inqas b’mod mhux ċar, ir-remunerazzjoni tal-Istat Franċiż. |
|
279 |
L-ewwel paragrafu, li minnu wieħed ma jista’ jieħu ebda tagħlim, jinsab fil-parti introduttiva tat-Titolu III tal-kuntratt ta’ impriża u jaqra kif ġej: “Il-karta tal-bilanċ ta’ EDF ser tiġi ristrutturata bl-għan doppju li ssaħħaħ is-sitwazzjoni netta tal-kumpanija u tistabbilizza r-relazzjoni finanzjarja mal-Istat fuq bażi eqreb tal-liġi komuni” |
|
280 |
It-tieni paragrafu, li jinsab fis-subtitolu intitolat “Stabbilizzazzjoni tar-relazzjoni mal-Istat azzjonist” tat-Titolu III tal-kuntratt ta’ impriża, jaqra kif ġej: “Ir-remunerazzjoni tal-Istat ser tinkludi żewġ elementi:
|
|
281 |
Għandu jiġi rrilevat li, fil-paragrafi inkwistjoni, ma jissemma ebda investiment kumplimentari sal-ammont tad-dejn fiskali tal-Istat Franċiż, u lanqas tal-profittabbiltà tiegħu, skont din l-informazzjoni limitata fuq ir-remunerazzjoni tal-imsemmi Stat. |
|
282 |
Il-kuntratt ta’ impriża jidher għaldaqstant irrilevanti sabiex jintwera li r-remunerazzjoni tal-Istat Franċiż u l-kunsiderazzjonijiet ta’ azzjonist, biex ma nsemmux il-kunsiderazzjonijiet li kienu jirrigwardaw il-miżura kontenzjuża, kienu analizzati b’mod awtonomu u distint minn dawk li jirrigwardaw il-kwalità bħala awtorità pubblika. |
|
283 |
It-tieni dokument li għalih tirreferi r-Repubblika Franċiża huwa estratt tar-“rapport Migaud” fl-Assemblea nazzjonali, ippreżentat minħabba l-adozzjoni tal-Liġi Nru 97-1026. |
|
284 |
L-ewwel parti tar-“rapport Migaud” jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi storiċi li jirrigwardaw l-istatus patrimonjali tal-oġġetti suġġetti għall-konċessjoni (konċessjoni tal-oġġetti, konsegwenzi fuq il-kontijiet u pożizzjoni tal-Cour de comptes (il-Qorti tal-Awdituri)) li wasslu għall-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ liġi. |
|
285 |
It-tieni parti tar-“rapport Migaud” isemmi r-“riproċessar tal-kontijiet” li tirrikjedi l-opinjoni tal-Cour de comptes (il-Qorti tal-Awdituri), riproċessar li jimplika “tibdil fir-relazzjonijiet finanzjarju bejn l-Istat u EDF”. |
|
286 |
L-ewwel subparti tar-“rapport Migaud” tesponi l-konsegwenzi fuq il-kontijiet li għandhom jinstiltu mir-rikonoxximent tal-proprjetà tan-NPĠ kif ukoll it-tibdil fl-istruttura tal-fondi proprji ta’ EDF li dan jinvolvi: “il-valur ekwivalenti tal-oġġetti in natura mogħtija fil-konċessjoni li tirrigwarda l-konċessjoni RAG irreġistrata fil-fondi proprji fil-kategorija ‘Fondi proprja oħra” hija murija fil-kategorija “Kapital proprju” sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-istatus patrimonjali tax-xogħol”. |
|
287 |
Imbagħad hemm deskritti, fir-“rapport Migaud”, il-movimenti fil-kontijiet fil-veru sens tal-kelma li timponi l-miżura kontenzjuża (li jinsabu indikati fil-premessi 28 et seq. tad-deċiżjoni attakkata). |
|
288 |
Madankollu, imkien ma ssemmiet, f’dik l-okkażjoni, ir-rinunzja għat-taxxa fuq id-drittijet tal-konċedent. |
|
289 |
It-tieni subparti tar-“rapport Migaud” tirrigwarda t-tibdil fir-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istat Franċiż u EDF u tindika l-modalitajiet tar-remunerazzjoni tal-imsemmi Stat wara t-tibdil fil-kontijiet li għandu jseħħ: “Din ir-remunerazzjoni fiha żewġ partijiet. Min-naħa, remunerazzjoni tal-injezzjonijiet ta’ kapital b’rata ta’ interessi fissata annwalment b’digriet interministerjali. Id-digriet jiffissa l-limitu ta’ din ir-rata fi 8 %. Sa mill-1989, din ġiet iffissata fl-ammont ta’ 5 %. Min-naħa l-oħra, tittieħed remunerazzjoni addizzjonali (id-“dividend”) fuq ir-riżultat wara t-taxxa u interessi fissi tal-istabbiliment. Ir-rata tagħha tiġi stabbilita b’digriet abbażi tar-riżultat tal-kontijiet provviżorji. […] L-injezzjonijiet ta’ kapital li jikkostitwixxu l-bażi tal-interessi fissi, iż-żieda ta’ dawn riżultat ta’ dan l-artikolu tirriskja li żżid il-piż fuq EDF. Għaldaqstant, huwa previst tibdil tal-kundizzjonijiet għar-remunerazzjoni tagħhom fil-kuntratt ta’ impriża 1997-2000 iffirmat fit-8 ta’ April 1997. Ir-rata ta’ interessi fiss issir 3 % sabiex tikkumpensa għall-effett tal-bażi. L-ammont annwali tal-interessi fissi jinżel għaldaqstant minn [FRF] 1816 miljun għal [FRF] 1522 miljun. Ir-remunerazzjoni kumplimentari tal-Istat hija ffissata fl-ammont ta’ 40 % tar-riżultat kontabbli nett tal-impriża. Fl-aħħar nett, jiġi ppreċiżat li l-ammont totali ta’ dawn iż-żewġ komponenti ma jistax ikun ogħla minn 6 % tal-injezzjonijiet ta’ kapital (jiġifieri limitu ta’ [FRF] 3044 miljun fid-dawl tal-injezzjonijiet kif jirriżultaw minn dan l-artikolu).” |
|
290 |
Jiġu deskritti mbagħad, fir-“rapport Migaud”, il-konsegwenzi fiskali tat-tibdil magħmul. |
|
291 |
Fir-“rapport Migaud”, jiġi ppreċiżat b’mod partikolari, dan li ġej: “Iż-żieda fir-riżervi marbutin mal-konċessjoni RAG li jiġu riportati mill-ġdid ser twassal għall-clearance, f’darba, tar-riporti mill-ġdid tal-kontabbiltà u tat-telf fit-taxxa. Minn naħa, iż-żieda diretta ta’ [FRF] 38.5 biljun iwassal għal riport mill-ġdid kontabbli ta’ kreditu ta’ [FRF] 18.3 biljun, li jinvolvi żieda tal-attiv nett taxxabbli hija stess abbażi tat-[taxxa fuq il-kumpanniji]. L-Artikolu 38-2 tal-[Kodiċi Ġenerali tat-TaxxA] jipprovdi fil-fatt li l-benefiċċju nett huwa magħmul mid-differenza bejn il-valuri tal-attiv nett mal-għeluq u mal-ftuħ tas-sena finanzjarja. Sa fejn l-‘attiv nett jestendi bl-eċċess fil-valuri tal-attiv fuq it-total magħmul fuq il-passiv mill-krediti ta’ terzi, mid-deprezzamenti u mir-riżervi ġġustifikati’, fejn iż-żieda fir-riżervi ġġib mekkanikament żieda fil-benefiċċju nett. Min-naħa l-oħra, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kummenti tal-Cour de comptes (il-Qorti tal-Awdituri) fuq il-konċessjonijiet ‘Forzi idrawliċi’ u ‘Distribuzzjoni pubblika’, EDF ser twettaq aġġustamenti fil-kontijiet li għandhom l-effett li jnaqqsu b’[FRF] 14-il miljun ir-riport mill-ġdid fiskali tagħha. Bħala total, dan tal-aħħar għandu għaldaqstant isir pożittiv fl-ammont ta’ [FRF] 3.4 biljun. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ministeru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija lir-relatur ġenerali tagħkom, it-taxxa fuq il-kumpanniji li jkollu tħallas l-istabbiliment pubbliku [wara] dawn ir-riformi titla’ għal [FRF] 3 biljun fl-1997 u għal [FRF] 2.5 biljun fl-1998”. |
|
292 |
Għandu jiġi kkonstatat li, lanqas fl-aġġustamenti fil-kontijiet, ma hemm riferiment fir-“rapport Migaud”, bħala konsegwenzi fiskali, għar-rinunzja għat-taxxa fuq id-drittijiet tal-konċedent fuq ir-riklassifikazzjoni tagħhom bħala injezzjoni ta’ kapital, kreditu li jirriżulta għaldaqstant huwa wkoll, skont ir-risposta mibgħuta mir-Repubblika Franċiża lill-Kummissjoni fin-nota tad-9 ta’ April 2002, minn varjazzjoni tal-attiv nett. |
|
293 |
Barra minn hekk, ir-“rapport Migaud” fih, ċertament, xi data dwar ir-remunerazzjoni mistennija mill-Istat mir-rikapitalizzazzjoni ta’ EDF, remunerazzjoni li mill-bqija tkun nominalment imnaqqsa wara t-tranżazzjoni ta’ rikapitalizzazzjoni. Madankollu, mill-qari ta’ dan id-dokument jirriżulta evidentement li din il-ftit data tikkostitwixxi biss parti żgħira mill-kunsiderazzjonijiet, essenzjalment li jirrigwardaw dawk ta’ awtorità pubblika, li wasslu għall-adozzjoni tal-Liġi Nru 97/1026. |
|
294 |
Fl-aħħar nett, wieħed ma jistax ma josservax li l-kontenut tar-“rapport Migaud” jikkostitwixxi l-oriġini tal-premessi 23 et seq. tad-deċiżjoni kkontestata u li dawn l-elementi ta’ evalwazzjoni ġew fil-fatt meħudin inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni. |
|
295 |
It-tielet dokument imsemmi mir-Repubblika Franċiża huwa l-ittra tal-4 ta’ April 1995. Dan huwa dokument ta’ erba’ paġni, inkluż id-dokument li hemm mehmuż miegħu, mibgħut lil EDF mid-diretturi tal-kabinett tal-Ministri għall-Ekonomija, l-Industrija, il-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet u l-Kummerċ estern; u l-Baġit, li l-għan tiegħu huwa li jimplimenta “programm ta’ xogħol” fid-dawl tal-preżentazzjoni u tal-adozzjoni tal-miżuri li timponi l-Cour de comptes (il-Qorti tal-Awdituri) fir-rigward tal-konċessjonijiet ta’ EDF. |
|
296 |
L-Istat azzjonist jissemma fl-ittra tal-4 ta’ April 1995 darbtejn biss u fil-qosor ħafna:
|
|
297 |
It-tħassib l-ieħor ittrattat fl-ittra tal-4 ta’ April 1995 (li, mill-bqija, tirrigwarda biss programm ta’ xogħol u mhux il-konklużjonijiet tiegħu) huwa fir-realtà essenzjalment kunsiderazzjonijiet dwar awtorità pubblika u għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmija ittra ma turix analiżi distinta u awtonoma tal-kunsiderazzjonijiet ta’ azzjonist. |
|
298 |
Fl-aħħar nett, l-aħħar dokument invokat mir-Repubblika Franċiża hija l-ittra tal-31 ta’ Ottubru 1995 u, għal analiżi ta’ dan id-dokument, isir riferiment għall-punti 168 et seq iktar ’il quddiem. |
|
299 |
Barra minn hekk, u mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ riferiment pur u sempliċi għal tabella li tkun tinsab f’anness tan-nota ta’ intervent, fejn jinsabu xi estratti ta’ dokumenti, spiss bil-kummenti, mhux imsemmija fl-imsemmija nota, għandu jiġi kkonstatat li ebda wieħed mis-siltiet iċċitati jew minn dawk il-kummenti ma jirreferu għall-miżura kontenzjuża. |
|
300 |
L-estratti ta’ dokumenti, imsemmija fil-punt 299 iktar ’il fuq, jirrigwardaw l-iktar il-kuntest li fih ittieħdet il-miżura kontenzjuża, kuntest li dwaru ma ġiex allegat li ma ħaditux inkunsiderazzjoni l-Kummissjoni li, sabiex tiddeskrivih, ibbażat ruħha b’mod partikolari fuq l-imsemmija dokumenti. |
|
301 |
Barra minn hekk, u l-istess bħall-Kummissjoni, għandu jiġi kkonstatat, minn qari tal-estratti ta’ dokumenti msemmija fil-punt 299 iktar ’il fuq li jinsabu fit-tabella inkwistjoni, li l-kunsiderazzjonijet dwar il-kwalità tal-Istat azzjonist huma sekondarji ħafna meta mqabbla mal-kunsiderazzjonijet dwar il-kwalità tal-Istat bħala awtorità pubblika. |
|
302 |
Fl-aħħar nett, dawn l-estratti ma jsemmux l-iċken argument iddettaljat dwar il-kunsiderazzjonijiet tal-kwalità ta’ azzjonist intiżi li jevalwaw il-profittabbiltà ta’ investiment u inqas u inqas ta’ investiment magħmul bl-implimentazzjoni tal-miżura kontenzjuża. |
|
303 |
Id-dokumenti msemmija mir-Repubblika Franċiża, bħad-dokumenti invokati minn EDF, ma jurux għaldaqstant analiżi “distinta u awtonoma” tal-kunsiderazzjonijiet tal-Istat fil-kwalità tiegħu bħala azzjonist, u lanqas ma juru l-assenza ta’ sovrappożizzjoni bejn il-kunsiderazzjonijiet marbutin mat-taxxa u dawk marbutin mar-remunerazzjoni tal-Istat. |
|
304 |
Bħala konklużjoni, it-tielet parti tat-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali għandha tiġi miċħuda. |
6. Fuq ir-raba’ parti
a) L-argumenti tal-partijiet
|
305 |
EDF, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, issostni li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta kkunsidrat li d-deċiżjoni ta’ investiment ma kinitx is-suġġett ta’ studji, ta’ referenzi, ta’ analiżi speċifika jew ta’ pjan ta’ negozju li jirrigwarda l-profittabbiltà tal-investiment għall-ammont tal-eżenzjoni tat-taxxa, u dan jikkostitwixxi diffikultà sabiex jiġu iżolati l-effetti tal-investiment fl-informazzjoni mibgħuta mir-Repubblika Franċiża jew EDF (premessa 130 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
306 |
Skont EDF, l-analiżi tal-Kummissjoni hija bbażata fuq premessa li l-miżura inkwistjoni hija l-unika eżenzjoni mit-taxxa, li ma hijiex, kif hija allegat fil-kuntest tal-ewwel motiv, il-miżura li kellha tiġi eżaminata. |
|
307 |
Barra minn hekk, il-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar, essenzjalment, l-assenza ta’ pjan ta’ negozju formali hija wkoll infondata fid-dritt, sa fejn, minn naħa, tali pjan ma huwiex rikjest mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali u fejn, min-naħa l-oħra, tali pjan ma kienx assolutament meħtieġ, peress li l-Istat Franċiż kien azzjonist 100 %, kien jaf perfettament l-impriża u li, f’tali sitwazzjoni, lanqas investitur privat ma kien jagħmel dan. |
|
308 |
Barra minn hekk, il-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar, essenzjalment, l-assenza ta’ pjan ta’ negozju formali tmur kontra l-fatti, peress li diversi dokumenti, magħmula in tempore non suspecto u pprovduti fil-kuntest tal-osservazzjonijiet mibgħuta lill-Kummissjoni fl-2013, jikkostitwixxu l-essenza ta’ tali raġunament maħsub. Huma jindikaw fil-fatt mingħajr ambigwità li l-Istat Franċiż kellu bħala għan li jwettaq investiment fl-impriża u li huwa għamel diversi analiżi u evalwazzjonijiet prospettivi. |
|
309 |
Ir-Repubblika Franċiża, min-naħa tagħha, tirreferi f’dan ir-rigward għal tabella 3, li tinsab fl-Anness 12 tan-nota ta’ intervent, li tinkludi diversi ċitazzjonijiet mid-dokumenti akkumpanjati, spiss, b’kummenti u hija tieqaf, “bħala eżempju”, fuq tlieta minn dawn id-dokumenti fl-imsemmija nota. |
|
310 |
Fl-ewwel lok, ir-Repubblika Franċiża tirreferi għall-ittra tal-10 ta’ April 1997, kif ukoll għan-nota annessa magħha intitolata “Previżjonijiet ta’ ipoteżijiet ta’ ħlas lill-Istat fl-1997 u 1998”. Dan id-dokument juri li l-Istat kien talab analiżi tal-evoluzzjoni tar-remunerazzjoni tal-Istat minn EDF u li l-evalwazzjonijiet ekonomiċi tar-ristrutturazzjoni kkontemplata ġew irfinati u ppreċiżati fid-dawl tal-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni. |
|
311 |
Fit-tieni lok, ir-Repubblika Franċiża ssemmi l-ittra tad-direttur tas-servizzi finanzjarji u legali ta’ EDF tad-9 ta’ Frar 1996 mibgħuta lill-bord tad-diretturi ta’ EDF u li tinkludi anness intitolat “Ir-ristrutturazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF” (Anness A-7-30 tar-rikors, iktar ’il quddiem l-“ittra tad-9 ta’ Frar 1996”) li tinkludi evalwazzjoni ekonomika tar-ristrutturazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF. |
|
312 |
Fl-aħħar nett, fit-tielet lok, ir-Repubblika Franċiża tiċċita l-pjan strateġiku 1996-1998 (Anness A-7-34 tar-rikors, iktar ’il quddiem il-“pjan strateġiku”) li ttieħed inkunsiderazzjoni mill-Istat waqt l-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni, tip ta’ pjan li ġeneralment jittieħed inkunsiderazzjoni waqt l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
313 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-allegazzjonijiet. |
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
|
314 |
EDF, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, issostni essenzjalment li, l-ewwel nett, l-analiżi tal-Kummissjoni li tinsab fil-premessa 130 tad-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq premessa żbaljata, peress li l-miżura kontenzjuża ma hijiex l-unika rinunzja għat-taxxa fuq ir-riżervi għat-tiġdid użati minn EDF, it-tieni nett, li l-Kummissjoni imponiet b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ pjan ta’ negozju formali u, it-tielet nett, il-kunsiderazzjoni ta’ din tal-aħħar dwar l-assenza ta’ tali pjan ta’ negozju formali tmur kontra l-fatti, peress li diversi dokumenti kontemporanji jikkostitwixxu s-sustanza tal-imsemmi pjan ta’ negozju formali. Ir-Repubblika Franċiża ssemmi f’dan ir-rigward erba’ dokumenti li, skontha, juru l-eżistenza ta’ analiżi u evalwazzjonijiet prospettivi tal-investiment. |
|
315 |
Jeħtieġ qabel kollox li jiġi miċħud l-ewwel argument imressaq minn EDF, peress li l-miżura kontenzjuża hija r-rinunzja għall-t-taxxa dovuta fuq ir-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent f’injezzjoni ta’ kapital. |
|
316 |
Jeħtieġ ukoll li jiġu miċħuda l-argumenti ta’ EDF ibbażati fuq li l-Kummissjoni imponiet b’mod żbaljat f’dan il-każ, pjan ta’ negozju formali, peress li dan huwa bbażat fuq qari żbaljat tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
317 |
Fil-fatt, il-Kummissjoni tikkonstata, essenzjalment, fid-deċiżjoni kkontestata, li ma hemmx l-iċken dokument kontemporanju li fih xi evalwazzjoni dwar il-profittabbiltà tal-allegat investiment li jikkostitwixxi r-rinunzja għat-taxxa fuq id-drittijiet tal-konċedent. |
|
318 |
Ċertament, hemm dokumenti li jevalwaw, b’mod pjuttost qasir, ir-remunerazzjoni tal-Istat Franċiż kif ikun jirriżulta mir-rikapitalizzazzjoni ta’ EDF u, għaldaqstant, il-profittabbiltà ta’ din it-tranżazzjoni, imma xejn iktar. |
|
319 |
Issa, għalkemm ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EDF tikkostitwixxi ċertament il-kuntest li fih tidħol l-evalwazzjoni tal-miżura kontenzjuża, xorta waħda jibqa’ l-fatt li, skont kliem is-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P, kienet ir-Repubblika Franċiża li kellha tippreżenta b’mod partikolari “provi li juru li din id-deċiżjoni hija bbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli għal dawk li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, investitur privat razzjonali li jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-imsemmi Stat Membru kien jagħmel, qabel ma jwettaq l-imsemmi investiment, sabiex jiddetermina l-profittabbiltà futura ta’ tali investiment”, imma “evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara l-għoti tal-imsemmi vantaġġ, il-konstatazzjoni retrospettiva tal-profittabbiltà effettiva tal-investiment imwettqa mill-Istat Membru kkonċernat jew ġustifikazzjonijiet ulterjuri tal-għażla tal-proċess effettivament użat ma jistgħux ikunu biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan l-Istat Membru ħa, qabel jew fl-istess waqt ta’ dan l-għoti, tali deċiżjoni fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist” (punti 84 u 85 ta’ din is-sentenza). |
|
320 |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-premessa 130 tad-deċiżjoni kkontestata li “in-nuqqas ta’ studji, referenzi jew analiżijiet speċifiċi tal-profittabbiltà tal-investiment għall-ammont ta’ eżenzjoni mit-taxxa jagħmilha diffiċli li wieħed jiżola l-effetti tal-investiment allegat fl-informazzjoni li bagħtu [r-Repubblika Franċiża] u EDF”. |
|
321 |
Mill-bqija, għandhom jiġu miċħuda l-argumenti mressqa minn EDF ibbażati fuq il-paralleliżmu li hija tipprova tistabbilixxi mas-sentenza tal-25 ta’ Ġunju 2015, SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni (T‑305/13, EU:T:2015:435), sa fejn, f’dik il-kawża, l-assenza ta’ pjan ta’ negozju ddettaljat kienet taqa’ f’kuntest ta’ kriżi ekonomika. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat ċertament li, f’dik is-sitwazzjoni, kellha tittieħed inkunsiderazzjoni l-impossibbiltà li jsiru previżjonijiet b’mod affidabbli u ddettaljati dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u r-riżultati tad-diversi operaturi, imma hija ddeċidiet madankollu li “li l-impossibbiltà li jitwettqu previżjonijiet iddettaljati u kompluti ma jistax jillibera lil investitur pubbliku milli jwettaq evalwazzjoni preliminari adegwata tal-profittabbiltà tal-investiment tiegħu, paragunabbli ma’ dik li kien jagħmel investitur privat li jkun f’sitwazzjoni simili, skont elementi disponibbli u prevedibbli”. |
|
322 |
Għandhom jiġu eżaminati mbagħad id-dokumenti li r-Repubblika Franċiża allegat li jikkostitwixxu evalwazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli għal dawk li investitur privat kien jagħmel qabel ma jimplimenta l-miżura kontenzjuża għall-iskopijiet li tiġi stabbilita l-profittabbiltà futura tagħha. |
|
323 |
L-ewwel nett, ir-Repubblika Franċiża ssemmi l-ittra tal-10 ta’ April 1997 kif ukoll in-nota annessa magħha u li hija intitolata “Previżjonijiet ta’ ipoteżijiet ta’ ħlas lill-Istat fl-1997 u 1998” (Anness A-7-25 tar-rikors). |
|
324 |
L-ittra tal-10 ta’ April 1997, magħmula minn tliet linji, hija limitata sabiex tibgħat l-anness lill-kap tal-uffiċċju tal-Ministeru għall-Finanzi. Fir-rigward ta’ dak l-anness, hija tippreżenta, f’paġna waħda u b’mod sistematiku, l-ipoteżijiet ta’ ħlas lill-Istat Franċiż f’ħames linji segwiti minn ċifra għal kull sena kkunsidrata: riżultat paragunabbli qabel it-taxxa u remunerazzjoni addizzjonali, riżultat fiskali, remunerazzjoni tal-injezzjonijiet ta’ kapital, taxxa fuq il-kumpanniji u remunerazzjonijiet kumplimentari. |
|
325 |
Ma hemm xejn fl-ittra tal-10 ta’ April 1997 rigward ir-remunerazzjoni speċifika għad-drittijiet tal-konċedent, lanqas għat-taxxa, teoretikament ittrasformata f’investiment, li għaliha rrinunzja l-Istat Franċiż. |
|
326 |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-ittra tal-10 ta’ April 1997 hija irrilevanti, ma fihiex u ma tinkludix evalwazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli għal dawk li investitur privat kien jagħmel qabel ma jimplimenta l-miżura kontenzjuża għall-iskopijiet li jistabbilixxi l-profittabbiltà futura tagħha. |
|
327 |
Ir-Repubblika Franċiża ssemmi mbagħad l-ittra tad-9 ta’ Frar 1996, li tinkludi anness intitolat “Ir-ristrutturazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF” (A-7-30 tar-rikors) li jinkludi evalwazzjoni ekonomika tar-ristrutturazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF. |
|
328 |
L-ittra tad-9 ta’ Frar 1996, li nħarġet mid-Direttur tas-Servizzi Finanzjarji u Legali ta’ EDF, hija limitata sabiex tibgħat lill-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ EDF, “folja sintetika” ta’ paġna li ssemmi “l-punt tan-negozjati mal-Istat”. |
|
329 |
Il-“folja sintetika” mibgħuta bl-ittra tad-9 ta’ Frar 1996 tindika dan li ġej, taħt it-titolu “Tisħiħ tal-bilanċ għoli ta’ EDF”: “Ir-ristrutturazzjoni li tinsab għaddejja fiha tliet partijiet:
Dawn il-miżuri għandhom jippermettu li jikkonfortaw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża billi l-kapital jitla’ minn [FRF] 2.6 biljun għal [FRF] 85 biljun u s-sitwazzjoni netta minn [FRF]20 biljun għal [FRF] 90 biljun, li huwa iktar relatat mal-attivi tagħha, u li tiġi ppreżentata għaldaqstant immaġni paragunabbli għal dawk ta’ kumpanniji tal-elettriku Ewropej oħra. […] Billi l-kapital ta’ ekwità issa juri xi mitt biljun [FRF] u bil-kjarifika tad-deskrizzjoni tal-konċessjonijiet tagħha, EDF ikollha għaldaqstant bilanċ li jirrifletti aħjar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża”. |
|
330 |
La d-drittijiet tal-konċedent u lanqas ir-rinunzja għat-taxxa pagabbli waqt l-inkorporazzjoni tagħhom fil-kapital ma jissemmew fl-ittra tad-9 ta’ Frar 1996. |
|
331 |
Jeħtieġ għaldaqstant li jiġi kkonstatat li l-ittra tad-9 ta’ Frar 1996 hija irrilevanti, ma tikkostitwixxix u ma fihiex evalwazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli għal dawk li investitur privat kien jagħmel qabel ma jimplimenta l-miżura kontenzjuża għall-iskopijiet li jistabbilixxi l-profittabbiltà futura tagħha. |
|
332 |
Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Franċiża ssemmi l-pjan strateġiku li ttieħed inkunsiderazzjoni minnha waqt l-adozzjoni tal-miżura inkwistjoni. Fil-fehma tagħha, dan it-tip ta’ pjan jittieħed ġeneralment inkunsiderazzjoni waqt l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
333 |
Il-pjan strateġiku huwa dokument ta’ 36 paġna, li jippreżenta, mid-dehra, lill-persunal tal-impriża, il-linja tal-impriża u l-azzjonijiet li kellhom jittieħdu sal-1998. |
|
334 |
Il-pjan strateġiku ma fih ebda riferiment la għar-rinunzja tal-Istat Franċiż għat-taxxa dovuta fuq id-drittijiet tal-konċedent, la għad-drittijiet tal-konċedent, la għar-riżervi marbutin mal-konċessjoni tan-NPĠ, la għall-istatus patrimonjali, kontabbli u fiskali tan-NPĠ u lanqas għar-rikapitalizzazzjoni ta’ EDF li kienet is-suġġett tal-Liġi Nru 97-1026. |
|
335 |
Il-pjan strateġiku jidher għaldaqstant irrilevanti, ma jikkostitwixxix u ma jinkludix evalwazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli għal dawk li investitur privat kien jagħmel qabel ma jimplimenta l-miżura kontenzjuża għall-iskopijiet li jistabbilixxi l-profittabbiltà futura tagħha. |
|
336 |
Barra minn hekk, u mingħajr il-bżonn li jkun hemm deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ riferiment pur u sempliċi għal tabella li tinsab f’anness tan-nota ta’ intervent, fejn hemm estratti ta’ dokumenti, spiss bil-kummenti, li ma jissemmewx fl-imsemmija nota, għandu jiġi kkonstatat li ebda wieħed mill-brani ċċitati jew mill-kummenti li jinsabu fit-tabella ppreżentata fl-Anness 12 ta’ din in-nota ma jirreferi għall-miżura kontenzjuża. |
|
337 |
Konsegwentement, ir-raba’ parti tat-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali għandha tiġi miċħuda kollha kemm hi. |
7. Fuq il-ħames parti
a) L-argumenti tal-partijiet
|
338 |
EDF, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, tiddikjara essenzjalment u b’mod konklużiv li, kif urew l-argumenti li hija ressqet insostenn tal-ewwel żewġ motivi mressqa b’mod prinċipali, il-Kummissjoni kienet żbaljata meta injorat l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat f’dan il-każ. Fil-fatt, analiżi oġġettiva u mhux preġudikata tan-natura u tas-suġġett tal-miżura, tal-kuntest li fih issir kif ukoll tal-għan imfittex u tar-regoli li japplikaw għaliha kellhom iwasslu sabiex tiġi kkonstatata l-applikabbiltà tal-kriterju għall-miżura inkwistjoni. |
|
339 |
Fir-rigward tan-natura u tal-għan tal-miżura inkwistjoni, din hija miżura għar-rikapitalizzazzjoni ta’ EDF mir-Repubblika Franċiża li kienet l-unika azzjonista. |
|
340 |
Fir-rigward tal-kuntest li fih ġiet adottata l-miżura, dan ġie deskritt b’mod ċar fil-punti 9 sa 36 tas-sentenza fil-Kawża T‑156/04 u kien ikkaratterizzat, fl-1997, mill-prospett tal-ftuħ, fil-qrib, tas-suq Ewropew tal-provvista tal-elettriku għall-kompetizzjoni. Issa, f’dan il-kuntest, il-kapaċità ta’ EDF li tirreaġixxi quddiem din il-liberalizzazzjoni u biex tiggwadanja mill-opportunitajiet ta’ investiment internazzjonali kienet limitata minħabba l-istat tal-bilanċ tagħha. |
|
341 |
Fir-rigward tal-għan imfittex, il-Liġi Nru 97-1026 kellha bħala “għan li tirristuttura l-bilanċ ta’ EDF u li żżid il-fondi proprja ta’ din” u kellha “għan ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ EDF”, skont is-sentenza fil-Kawża T‑156/04 (punti 243 u 247). |
|
342 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-miżura, peress li din kienet tikkonsisti fir-rikapitalizzazzjoni ta’ EDF li l-kapital tagħha kien iddefinit mil-liġi, hija ma setgħetx tiġi implimentata mil-liġi, u dan il-Qorti Ġenerali rrikonoxxietu fil-punt 252 tas-sentenza tagħha fil-Kawża T‑156/04. |
|
343 |
EDF tikkonkludi li, bl-adozzjoni tal-Liġi Nru 97-1026, li kienet intiża għar-rikapitalizzazzjoni tagħha, ir-Repubblika Franċiża aġixxiet kif kien jagħmel azzjonist, u dan jintwera mid-dokumenti kontemporanji li ntbagħtu lill-Kummissjoni, u din kellha tirrikonoxxi l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
344 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti. |
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
|
345 |
EDF, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, issostni essenzjalment u b’mod konklużiv li, kif urew l-argumenti li hija ressqet insostenn tal-ewwel motiv imressaq b’mod prinċipali u tal-ewwel erba’ partijiet tat-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali, il-Kummissjoni wettqet żball meta injorat l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat f’dan il-każ. Fil-fatt, analiżi oġġettiva u mhux ippreġudikata tan-natura u tas-suġġett tal-miżura, tal-kuntest li fih saret kif ukoll tal-għan imfittex u tar-regoli applikabbli għaliha kellha twassalha sabiex tikkonstata l-applikabbiltà tal-kriterju għall-miżura inkwistjoni. |
|
346 |
L-argumenti mressqa minn EDF u mir-Repubblika Franċiża huma intiżi fir-realtà sabiex tiġi kkonstatata l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat abbażi biss ta’ elementi li jirrigwardaw in-natura u s-suġġett tal-miżura, il-kuntest li fih saret kif ukoll l-għan imfittex u r-regoli li għalihom hija suġġetta l-imsemmija miżura. |
|
347 |
Madankollu, għall-motivi esposti fil-kuntest tal-ewwel erba’ partijiet tat-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali, dawn l-elementi ma humiex biżżejjed sabiex juru l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat. Fil-fatt, EDF u r-Repubblika Franċiża ma ppreżentawx elementi li jippermettu li jiġi stabbilit mingħajr ekwivoku li r-Repubblika Franċiża kienet ħadet, qabel jew simultanjament mal-għoti tal-vantaġġ, jiġifieri f’dan il-każ ir-rinunzja t-taxxa fuq ir-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent f’injezzjoni ta’ kapital, id-deċiżjoni li twettaq, b’din il-miżura, investiment f’EDF u li, fil-mument tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża kienet evalwat, kif kien jagħmel investitur privat, il-profittabbiltà tal-investiment ikkostitwit mill-għoti ta’ tali vantaġġ lil EDF. |
|
348 |
Għaldaqstant, il-ħames parti tat-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali għandha wkoll tiġi miċħuda. |
8. Konklużjoni fuq it-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali
|
349 |
Għaldaqstant, dan il-motiv għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu. |
C. Fuq it-tielet motiv imressaq b’mod prinċipali
|
350 |
It-tielet motiv imressaq b’mod prinċipali huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE, minħabba d-diversi żbalji li allegatament wettqet il-Kummissjoni waqt l-eżami tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
351 |
Għandu jitfakkar madankollu li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, ikkunsidrat li l-kriterju tal-investitur privat ma kienx applikabbli f’dan il-każ u li hija analizzat il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-imsemmi kriterju b’mod sussidjarju biss. |
|
352 |
Peress li EDF ma wrietx li l-Kummissjoni wettqet żball meta injorat l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat u li jeħtieġ, f’dan ir-rigward, li t-tieni motiv jiġi miċħud, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv. |
D. Fuq ir-raba’ motiv imressaq b’mod prinċipali
1. L-argumenti tal-partijiet
|
353 |
EDF issostni li l-Kummissjoni, billi kisret l-obbligu tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha għall-iskopijiet tal-analiżi tal-vantaġġ, u wriet dan fl-ewwel tliet motivi mressqa b’mod prinċipali, naqset ukoll mill-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha. Hija tikkritika f’dan ir-rigward lill-Kummissjoni li injorat mingħajr spjegazzjoni, minn naħa, dokumenti li juru li l-miżura inkwistjoni ma kinitx l-allegata deċiżjoni li ma tintaxxax id-drittijiet tal-konċedent u, min-naħa l-oħra, dokumenti li jiċċaraw il-metodoloġija li kellha tintuża fl-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
354 |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dawn l-argumenti. |
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
|
355 |
Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza kostanti, il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni tiddependi min-natura tal-att inkwistjoni u mill-kuntest li fih jiġi adottat. Il-motivazzjoni għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, b’tali mod, min-naħa waħda, li l-qorti Komunitarja tkun tista’ twettaq l-istħarriġ tagħha tal-legalità u, min-naħa l-oħra, sabiex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet għall-miżura meħuda, biex b’hekk ikunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom u jivverifikaw jekk id-deċiżjoni hijiex fondata jew le. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi, inkwantu l-kwistjoni jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fir-rigward tal-formulazzjoni tiegħu, iżda wkoll fir-rigward tal-kuntest tiegħu kif ukoll tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-kwistjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma hijiex meħtieġa li tieħu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha invokati quddiemha mill-partijiet ikkonċernati, iżda huwa biżżejjed li hija ssemmi l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ġuridiċi li huma ta’ importanza essenzjali fil-kuntest tad-deċiżjoni (ara s-sentenza tas-6 ta’ Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni, T‑228/99 u T‑233/99, EU:T:2003:57, punti 278 sa 280). |
|
356 |
EDF tikkritika lill-Kummissjoni li bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha injorat dokumenti li juru li l-miżura kontenzjuża ma kinitx deċiżjoni sabiex ma jiġux intaxxati d-drittijiet tal-konċedent. |
|
357 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, fil-premessi 23 sa 35, 74 u 112 sa 123 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet li għalihom hija kkunsidrat, abbażi tal-elementi mressqa mir-Repubblika Franċiża u b’mod partikolari tan-nota tad-9 ta’ April 2002 (ara premessa 35 tad-deċiżjoni msemmija), li r-rinunzja għat-taxxa fuq id-drittijiet tal-konċedent għar-riklassifikazzjoni tagħhom f’injezzjoni ta’ kapital kienet tikkostitwixxi vantaġġ favur EDF. Dik id-deċiżjoni għaldaqstant ma hija vvizzjata b’ebda ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward. |
|
358 |
EDF tikkritika barra minn hekk lill-Kummissjoni li injorat, bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, dokumenti li jiċċaraw il-metodoloġija li kellha tiġi adottata waqt l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat. |
|
359 |
Peress li l-eżami tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur sar biss b’mod sussidjarju u li l-Kummissjoni ma wettqitx żball meta kkunsidrat li l-imsemmi kriterju ma kienx applikabbli f’dan il-każ, l-argument ta’ EDF f’dan ir-rigward għandu jiġi ddikjarat bħala ineffettiv. |
|
360 |
Konsegwentement, ir-raba’ motiv imressaq b’mod prinċipali għandu jiġi miċħud bħala parzjalment infondat u parzjalment ineffettiv. |
E. Fuq l-ewwel motiv imressaq b’mod sussidjarju
|
361 |
L-ewwel motiv imressaq b’mod sussidjarju huwa bbażat, minn naħa, fuq li ċerti għajnuna kellha tkun ikklassifikata bħala għajnuna eżistenti u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tal-Artikolu 1(b)(v) u tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 659/1999. |
1. Tfakkira tad-deċiżjoni kkontestata
Skont il-premessa 215 tad-deċiżjoni kkontestata:
“Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li, kuntrarjament għal dak li sostnew l-awtoritajiet Franċiżi, ir-regola ta’ preskrizzjoni ma tapplikax f’dan il-każ. Ċertament, EDF ħolqot ir-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mit-taxxa mill-1987 sal-1996. Madankollu, wieħed għandu jinnota, minn naħa, li skont il-Kunsill Nazzjonali tal-Kontabilità, il-korrezzjonijiet tal-iżbalji, li min-natura tagħhom, jirrigwardaw il-kontabilità tal-operazzjonijiet fil-passat, għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet fl-introjtu tas-sena finanzjarja li matulha jiġu skoperti u, min-naħa l-oħra, li l-liġi li tipprovdi li d-drittijiet tal-konċedent ikunu riklassifikati f’injezzjonijiet ta’ kapital mingħajr ma jkunu soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji ġġib id-data tal-10 ta’ Novembru 1997. Il-vantaġġ fiskali għaldaqstant imur lura għall-1997, u l-preskrizzjoni ma tapplikax għal għajnuna ġdida mogħtija f’din id-data, peress li l-ewwel att tal-Kummissjoni rigward din il-miżura jġib id-data tal-10 ta’ Lulju 2001. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament […] Nru 659/1999, il-proċedura kontenzjuża tissospendi t-terminu ta’ preskrizzjoni”.
2. Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999
a) L-argumenti tal-partijiet
|
362 |
EDF tikkunsidra li l-miżura kontenzjuża, jekk wieħed jassumi li tikklassifika bħala għajnuna, kellha fi kwalunkwe każ tkun ikklassifikata bħala għajnuna eżistenti. |
|
363 |
EDF issostni li, skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999, l-għajnuna implimentata f’settur inizjalment magħluq għall-kompetizzjoni tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, klassifikazzjoni li hija titlef biss mad-data stabbilita għal-liberalizzazzjoni tas-settur. |
|
364 |
EDF tikkunsidra li s-soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 143 ta-sentenza tagħha tal-15 ta’ Ġunju 2000, Alzetta et vs Il-Kummissjoni (T‑298/97, T‑312/97, T‑313/97, T‑315/97, T‑600/97 sa T‑607/97, T‑1/98, T‑3/98 sa T‑6/98 u T‑23/98, EU:T:2000:151), hija trasponibbli għall-każ ineżami. Fil-fatt, is-settur tal-elettriku ġie lliberalizzat bid-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol 2, p. 3) li daħlet fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 1997 u li kienet tipprevedi terminu għat-traspożizzjoni li jiskadi fid-19 ta’ Frar 1999. Din id-direttiva madankollu ġiet trasposta mir-Repubblika Franċiża fl-10 ta’ Frar 2000 biss. |
|
365 |
EDF issostni li, konsegwentement, kull miżura adottata jew implimentata qabel dik id-data, jekk wieħed jeħodha bħala stabbilita l-klassifikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, għandha neċessarjament titqies bħala eżistenti u ma tistax, għaldaqstant, tkun is-suġġett ta’ ordni ta’ restituzzjoni. Dan huwa l-każ, fil-fehma tagħha, tal-Liġi Nru 97-1026, adottata ħmistax-il xahar qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni stabbilit fid-direttiva, fl-assenza ta’ miżura nazzjonali ta’ traspożizzjoni minn qabel l-imsemmija liġi. |
|
366 |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dawn l-argumenti. |
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
|
367 |
Għandu jitfakkar li, skont il-premessa 4 tar-Regolament Nru 659/1999, “sabiex tkun assigurata ċertezza legali, huwa xieraq li jkunu definiti ċ-ċirkustanzi li fihom l-għajnuna tkun ikkunsidrata li hija għajnuna eżistenti; […] t-tlestija u t-tkabbir tas-suq intern huwa proċess gradwali, li huwa rifless fl-iżvilupp permanenti tal-politika ta’ l-għajnuna Statali; […] wara li jsiru dawn l-iżviluppi, ċerti miżuri, li meta daħlu fis-seħħ ma kkostitwixxewx għajnuna Statali, minn dak iż-żmien ‘l hawn setgħu saru għajnuna”. |
|
368 |
Skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999, għajnuna eżistenti tfisser għajnuna li hija kkunsidrata bħala għajnuna eżistenti għaliex jista’ jkun stabbilit li fil-ħin li ġiet fis-seħħ ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna u sussegwentement saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni mingħajr ma nbidel mill-Istat Membru. Il-miżuri li jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta’ attività mid-dritt Komunitarju ma għandhomx ikunu kkunsidrati li huma għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għal-liberalizzazzjoni. |
|
369 |
Skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999, id-data tal-liberalizzazzjoni ta’ attività mid-dritt Komunitarju għandha, konsegwentement, tittieħed inkunsiderazzjoni għall-iskopijiet biss biex jiġi eskluż li, wara dik id-data, miżura li ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna qabel il-liberalizzazzjoni mid-dritt Komunitarju tkun ikklassifikata, sussegwentement, bħala għajnuna eżistenti. Min-naħa l-oħra, il-preżenza ta’ data tal-liberalizzazzjoni, li tirriżulta minn direttiva bħalma hija dik inkwistjoni f’dan il-każ, ma hijiex biżżejjed sabiex teskludi li miżura tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala għajnuna ġdida jekk, abbażi tal-kriterju tal-evoluzzjoni tas-suq, jista’ jiġi ppruvat li l-miżura kienet ġiet adottata f’suq li kien diġà, kollu jew parti minnu, miftuħ għall-kompetizzjoni qabel id-data tal-liberalizzazzjoni tal-attività kkonċernata mid-dritt Komunitarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-4 ta’ April 2001, Regione Friuli Venezia, Giulia vs Il-Kummissjoni, T‑288/97, EU:T:2001:115, punt 95. |
|
370 |
Il-Kummissjoni, esponiet, fil-premessi 196 sa 204 tad-deċiżjoni kkontestata, u mingħajr ma dan ġie kkontestat minn EDF, li kienet ressqet motiv f’dan ir-rigward fil-kuntest tar-rikors li wassal għas-sentenza fil-Kawża T‑156/04, miċħud mill-Qorti Ġenerali fil-punti 134 sa 155 tal-imsemmija sentenza, li l-għajnuna kienet ingħatat fil-kuntest ta’ settur li kien fetaħ progressivament għall-kompetizzjoni, li fih, anki qabel l-1997, EDF kienet esportat l-elettriku fi Stati Membri oħra, ħadmet permezz ta’ sussidjarji fis-swieq tas-servizzi miftuħa għall-kompetizzjoni, kienet tinsab f’kompetizzjoni reali jew potenzjali ma’ operaturi oħra fis-suq tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea fi Stati Membri oħra u li hija kienet f’kompetizzjoni ma’ Franza ma’ fornituri ta’ enerġiji oħra bħalma huwa l-gass. |
|
371 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-miżura kontenzjuża ma tistax titqies bħala miżura preeżistenti li ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna fil-mument li daħlet fis-seħħ u li saret għajnuna wara l-evoluzzjoni tas-suq fi tmiem il-perijodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 92/96. |
|
372 |
Konsegwentement, l-ewwel parti tal-ewwel motiv imressaq b’mod sussidjarju għandha tiġi miċħuda bħala infondata. |
3. Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 659/1999
a) L-argumenti tal-partijiet
|
373 |
EDF tfakkar qabel kollox li l-kumplessità u l-inċertezzi li jirrenjaw fuq is-suġġett tal-istatus patrimonjali tar-RAG ġew solvuti permezz tal-Artikolu 4(1) tal-Liġi Nru 97-1026, li jindika li n-NPĠ titqies li tikkostitwixxi l-proprjetà ta’ EDF minn meta ngħatatilha l-konċessjoni ta’ dan in-netwerk. |
|
374 |
EDF issostni li għandu jiġi konkluż, għaldaqstant, kif għamlet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta’ ftuħ (paragrafi 45, 49 u 52), li, permezz tal-ħolqien tar-riżervi għat-tiġdid mill-1987 sal-1996, hija kienet fir-realtà bbenefikat minn vantaġġ fiskali mhux iġġustifikat kull sena mill-1987 sal-1996, vantaġġ li kien annullat biss parzjalment permezz tal-aġġustamenti u r-riklassifikazzjonijiet kontabbli magħmula fl-1997. |
|
375 |
Peress li l-ewwel att istruttorju sar mill-Kummissjoni fl-10 ta’ Lulju 2001, ebda riżerva maħluqa qabel l-10 ta’ Lulju 1991 ma setgħet konsegwentement tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-miżura li minnha bbenefikat EDF, fid-dawl tal-preskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 659/1999. |
|
376 |
L-ammont tad-drittijiet tal-konċedent maħluqa wara l-10 ta’ Lulju 1991 li jistgħu jkunu kklassifikati bħala għajnuna ġdida jirrappreżentaw biss, f’dan il-każ, ammont ta’ FRF 7.976 biljun fuq total ta’ FRF 14.119 biljun. |
|
377 |
Barra minn hekk, EDF issostni li l-Kummissjoni biddlet l-analiżi tagħha tal-miżura kontenzjuża bejn id-deċiżjoni ta’ ftuħ u d-deċiżjoni kkontestata sabiex tevita l-preskrizzjoni. Fil-fehma tagħha, mid-deċiżjoni ta’ ftuħ jirriżulta li l-għajnuna kienet inħolqot kull sena b’effett mill-1987. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tirreferi għall-kunċett ta’ konsolidazzjoni tal-għajnuna, billi kkunsidrat li n-nuqqas ta’ ntaxxar tar-riżervi kkostitwiti qabel kien jikkostitwixxi għajnuna fid-data ta’ dak in-nuqqas ta’ taxxa, jiġifieri fl-1997. |
|
378 |
EDF issostni li d-deċiżjoni ta’ ftuħ, li tikkostitwixxi l-bażi tad-deċiżjoni kkontestata (premessa 52 ta’ din tal-aħħar), tirriproduċi fil-fatt it-teżi tal-vantaġġ selettiv li ngħatalha matul il-perijodu 1987-1996 u tindika li l-ammont ta’ dak il-vantaġġ jikkorrispondi għad-“differenza bejn il-valur kapitalizzat tat-taxxa fuq il-kumpaniji mhux imħallsa fuq ir-riżervi matul l-istess perjodu u l-ammont tat-taxxa fuq il-kumpaniji mħallas minn[ha] fl-1997, wara d-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026”. |
|
379 |
Issa, il-mod tal-kalkolu adottat finalment fid-deċiżjoni kkontestata ma huwiex ibbażat fuq id-differenza bejn il-valur ikkapitalizzat tat-taxxa fuq il-kumpanniji mhux imħallsa fuq ir-riżervi matul l-istess perijodu u l-ammont tat-taxxa fuq il-kumpanniji mħallas minn EDF fl-1997. Fil-premessa 220 tal-imsemmija deċiżjoni, il-Kummissjoni adottat fil-fatt l-ammont “mogħti […] fil-forma ta’ eżenjoni mit-taxxa fuq il-kumpaniji li tammonta għal FRF 5882849762 għar-riklassifikazzjoni f’kapital ta’ parti mir-riżervi li jammontaw għal FRF 14119065335”. |
|
380 |
Iktar minn hekk, il-Kummissjoni tikser b’dan il-mod il-kunċett ta’ għajnuna eżistenti meta tikklassifika bħala għajnuna ġdida miżura li annullat biss parzjalment il-vantaġġi permessi qabel (paragrafu 49 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ). |
|
381 |
Fl-aħħar nett, EDF issostni essenzjalment li l-Kummissjoni ma tistax tikkontesta r-regola ta’ kontabbiltà nazzjonali sabiex topponi għall-argumenti tagħha dwar l-eżistenza ta’ għajnuna ġdida. |
|
382 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-allegazzjonijiet. |
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
|
383 |
EDF issostni, essenzjalment, li parti kbira mill-għajnuna hija preskritta, sa fejn, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ (paragrafi 45, 49 u 52), il-Kummissjoni kkunsidrat li, bil-ħolqien tar-riżervi għat-tiġdid mill-1987 sal-1996, hija kienet fir-realtà bbenefikat minn vantaġġ fiskali mhux iġġustifikat kull sena mill-1987 sal-1996, vantaġġ li ġie annullat parzjalment biss permezz tal-aġġustamenti u r-riklassifikazzjonijiet fil-kontijiet imwettqa fl-1997, mentri, fid-deċiżjoni kkontestata, l-imsemmija istituzzjoni biddlet apposta l-analiżi tagħha sabiex tikkunsidra li l-vantaġġ kien ġie kkonsolidat permezz tal-Liġi Nru 97-1026. |
|
384 |
L-ewwel nett, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tar-riorganizzazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF, l-awtoritajiet Franċiżi segwew l-opinjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kontabbiltà, li stabbilixxa li l-korrezzjonijiet fl-iżbalji kontabbli, li, min-natura tagħhom stess, jirrigwardaw il-kontabilizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet passati, “jiġu kkalkolati fir-riżultat tas-sena finanzjarja li fiha huma jiġu kkonstatati”. Dan l-element ma huwiex ikkontestat mir-Repubblika Franċiża. |
|
385 |
Għandu jiġi osservat ukoll li mill-ittra tat-22 ta’ Diċembru 1997 (ara l-punt 23 iktar ’il fuq) jirriżulta li, fir-rigward tar-“riżervi għat-tiġdid li saru mhux ġustifikati (FRF 38520943408) [jiġifieri r-riżervi mhux użati, dawn ġew irriklassifikati] għar-riport mill-ġdid, skont l-[opinjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kontabbiltà]”. |
|
386 |
Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li fin-nota tad-9 ta’ April 2002 (Anness D.2 tar-replika), ir-Repubblika Franċiża indikat li “d-drittijiet tal-konċedent [li jikkorrispondu għar-riżervi għat-tiġdid użati] li jirrigwardaw in-NPĠ [kienu jirrappreżentaw] dejn mhux dovut [ta’ EDF fil-konfront tal-Istat kif kien jidher fil-bilanċ] li l-inkorporazzjoni fil-kapital [kienet] eżentat mit-taxxa b’mod mhux ġustifikat”. Hija ppreċiżat, f’dik l-istess nota, li, “peress li n-NPĠ kien magħmul minn assi tagħha stess, EDF ma kinitx obbligata fil-konfront tal-Istat b’ebda dejn għar-restituzzjoni ta’ dawk l-assi, b’mod li l-ammonti korrispondenti li jinsabu fil-partita “drittijiet tal-konċedent” [kienu jikkostitwixxi] mhux passiv reali imma riżerva mhux eżentata mit-taxxa”, u li “[f]’dawn iċ-ċirkustanzi, din ir-riżerva kellha, qabel l-inkorporazzjoni tagħha fil-kapital, tiġi ttrasferita mill-passiv tal-istabbiliment fejn kienet tidher bi żball, lejn kont patrimonjali nett, u b’hekk tinvolvi varjazzjoni pożittiva ta’ attiv nett taxxabbli […] il-vantaġġ f’taxxi li rriżulta b’dan il-mod [seta’] jiġi stmat fl-ammont ta’ FRF 5.88 biljun (14.119× 41.66 %)”. Fir-rigward ta’ dawn iċ-ċifri, nota ta’ qiegħ il-paġna tagħmel il-preċiżazzjoni segwenti: “Rata normali tat-taxxa fuq il-kumpanniji (31.1/3 %) miżjuda bil-kontribuzzjonijiet addizzjonali fis-seħħ għas-snin magħluqa bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-1 ta’ Jannar 1999”. |
|
387 |
Konsegwentement, ma hemmx dubju li r-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent f’injezzjoni ta’ kapital, li seħħet fl-1 ta’ Jannar 1997, kienet tikkostitwixxi l-fatt li ġġenera t-taxxa. |
|
388 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-preskrizzjoni ma kinitx iddekorriet, peress li l-ewwel att istruttorju kien sar mill-Kummissjoni fl-10 ta’ Lulju 2001. |
|
389 |
It-tieni nett, u għall-finijiet ta’ kompletezza, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 659/1999, il-Kummissjoni għandha tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali li tinforma lill-partijiet interessati, meta, wara eżami preliminari, hija jkollha dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura finanzjarja inkwistjoni mas-suq komuni. Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni ma tistax tiġi obbligata tippreżenta analiżi kompluta fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni fin-notifika tagħha dwar il-ftuħ ta’ din il-proċedura, iżda huwa biżżejjed li hija tiddefinixxi b’mod suffiċjenti l-kuntest tal-eżami tagħha sabiex ma tirrendix mingħajr skop id-dritt tal-partijiet interessati li jissottomettu l-kummenti tagħhom (ara s-sentenza fil-Kawża T‑156/04, punt 108 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
390 |
Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 659/1999, meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, id-deċiżjoni ta’ ftuħ tista’ tillimita ruħha sabiex jinġabru fil-qosor il-punti rilevanti ta’ fatt u ta’ liġi, sabiex tiġi inkluża evalwazzjoni provviżorja tal-miżura tal-Istat inkwistjoni, intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk din għandhiex in-natura ta’ għajnuna, u sabiex jiġu esposti r-raġunijiet li jwasslu għal dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni (ara s-sentenza fil-Kawża T‑156/04, punt 109 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
391 |
Għaldaqstant, id-deċiżjoni ta’ ftuħ għandha tqiegħed lill-partijiet interessati f’pożizzjoni li jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali li matulha huma jkollhom il-possibbiltà li jesponu l-argumenti tagħhom. Għal dan il-għan, ikun biżżejjed li l-partijiet interessati jkun jafu r-raġunament li wassal lill-Kummissjoni sabiex tqis provviżorjament li l-miżura inkwistjoni setgħet tikkostitwixxi għajnuna ġdida inkompatibbli mas-suq komuni (ara s-sentenza fil-Kawża T‑156/04, punt 110 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
392 |
Minn dan isegwi li l-analiżi tal-miżura li tinsab fid-deċiżjoni ta’ ftuħ hija analiżi provviżorja, li tista’ għaldaqstant tiġi rfinata jew irrettifikata mill-Kummissjoni fil-kuntest tad-deċiżjoni finali. |
|
393 |
L-analiżi tal-miżura kontenzjuża li tinsab, f’dan il-każ, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, ma kinitx għaldaqstant definittiva u l-Kummissjoni setgħet ġustament tkun tista’ tippreċiża jew tirrettifika din l-analiżi fid-deċiżjoni kkontestata. |
|
394 |
Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, fil-paragrafu 71 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni, fi kwalunkwe każ, kienet diġà kkunsidrat li “r-riklassifikazzjonijiet u l-aġġustamenti kontabbli li [kienu] kkonsolidaw parti mill-vantaġġ li EDF kienet żgurat permezz tal-ħolqien irregolari ta’ riżervi għat-tiġdid tan-NPĠ ta’ vultaġġ għoli [kienu] ġew irreġistrati fl-1997, wara l-adozzjoni mill-Parlament Franċiż tal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026 tal-10 ta’ Novembru 1997”, li “[l-]element ta’ għajnuna, li jikkonsisti fil-valur ikkapitalizzat tal-vantaġġ mhux annullat mill-imsemmija riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti, [kien] għaldaqstant ġie kkonsolidat bi qbil mal-awtoritajiet Franċiżi waqt id-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin previst fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Nru 659/1999 u bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat” u li “[d]an l-element ta’ għajnuna [kien jikkostitwixxi] għaldaqstant għajnuna ġdida”. |
|
395 |
Fl-aħħar nett, it-tielet nett, l-argumenti dwar in-natura tal-għajnuna ġdida tressqu insostenn ta’ din il-parti jitħallat mill-bqija ma’ dak li ssostni EDF insostenn tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv u għandu konsegwentement ukoll jiġi miċħud, fid-dawl tal-motivi esposti fil-punti 367 sa 372 iktar ’il fuq. |
|
396 |
Konsegwentement, għandha tiġi miċħuda t-tieni parti tal-ewwel motiv imressaq b’mod sussidjarju. |
F. Fuq it-tieni motiv imressaq b’mod sussidjarju
1. L-argumenti tal-partijiet
|
397 |
EDF issostni, minn naħa, insostenn tal-ewwel parti, li l-Kummissjoni adottat ammont ta’ FRF 56886 miljun, billi għaqqdet it-total tal-ammont tar-riżervi għat-tiġdid mhux użati fil-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 1996 (FRF 38520 miljun) mal-ammonti rriklassifikati fil-kapital tagħha stess (FRF 18345 miljun). Issa, fil-fehma tagħha, l-ammont totali tar-riżervi għat-tiġdid maħluqa matul il-perijodu 1987-1996 jitla’ għal FRF 47943 miljun li l-allokazzjoni tiegħu kien dan li ġej: FRF 9423 miljun għad-drittijiet tal-konċedent fl-okkażjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ tiġdid tax-xogħol tan-NPĠ li hija wettqet bejn l-1987 u l-1996; il-bilanċ, jiġifieri, FRF 38520 miljun, għal kont ta’ riżervi mingħajr ma jgħaddu mill-kont tar-riżultati waqt ir-ristrutturazzjoni tal-bilanċ. |
|
398 |
EDF tippreċiża li d-differenza bejn l-ammont totali tas-somom riklassifikati f’kapital proprju (FRF 18345 miljun) u l-użu tar-riżerva għat-tiġdid allokata għad-drittijiet tal-konċedent (FRF 9423 miljun) hija magħmula mid-differenzi ta’ rievalwazzjoni (FRF 4226 miljun) u tal-finanzjamenti mill-konċedent ta’ ċerti xogħol tan-NPĠ(FRF 4696 miljun) matul il-perijodu bejn l-1987 sal-1996. |
|
399 |
Min-naħa l-oħra, insostenn tat-tieni parti, EDF issostni li r-rata tat-taxxa fuq il-kumpanniji li kellha tiġi applikata għall-kalkolu tar-rimbors hija dik tal-1996 u mhux dik tal-1997. Fil-fehma tagħha, l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 97-1026 ħoloq kontribuzzjoni addizzjonali għat-taxxa fuq il-kumpanniji ugwali għal 15 % ta’ din it-taxxa għas-snin finanzjarji magħluqa bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 1998, li għaldaqstant ma kinitx teżisti qabel. Kienet biss il-kontribuzzjoni addizzjonali ta’ 10 % fuq it-taxxa fuq il-kumpanniji li kienet fis-seħħ. |
|
400 |
EDF tallega li r-regolarizzazzjonijiet imwettqa fl-okkażjoni tar-ristrutturazzjoni tal-bilanċ tagħha ġew intaxxati bir-rata tat-taxxa fuq il-kumpanniji tal-1997, jiġifieri 33.33 %, miżjuda biż-żewġ kontribuzzjonijiet addizzjonali ta’, rispettivament, 10 % u 15 % (Artikoli 235 ter ZA u ter ZB tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa), jiġifieri rata globali ta’ 41.67 %. |
|
401 |
Issa, ir-regolarizzazzjoni kellha ssir għas-sena finanzjarja 1996 bir-rata globali ta’ 36.67 %. Fil-fatt, l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026 jipprevedi espressament li x-xogħol tan-NPĠ fl-enerġija tal-elettriku jitqies li huwa proprjetà ta’ EDF peress li l-konċessjoni ta’ dan in-netwerk ingħatat lilha. |
|
402 |
Skont EDF, wieħed għandu jirraġuna għaldaqstant bħallikieku hija kienet minn dejjem proprjetarja tan-NPĠ, jiġifieri bħala li hija ma kienet qatt ħolqot riżervi għat-tiġdid ta’ dawn l-assi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kieku hija ma kinitx ħolqot dawn ir-riżervi, hija kienet issir taxxabbli għas-sena finanzjarja 1996, peress li r-riżultat fiskali wara l-imputazzjoni tar-riporti preċedenti jsir benefiċjarju fil-31 ta’ Diċembru 1996, meħud kont, barra minn hekk, tal-korrezzjonijiet l-oħra marbutin mar-riforma kontabbli tagħha. Għaldaqstant, fil-fehma tagħha, hija fil-fatt ir-rata fis-seħħ għas-sena finanzjarja 1996 li għandha tiġi applikata għas-sena ta’ regolarizzazzjoni u, a fortiori, sabiex tiġi evalwata globalment l-eventwali insuffiċjenza ta’ taxxa. |
|
403 |
Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li l-bilanċ li serva ta’ bażi għar-ristrutturazzjoni huwa l-bilanċ tal-31 ta’ Diċembru 1996, li t-taxxa mħallsa fl-1997 minħabba dik ir-ristrutturazzjoni ġiet ikkalkolata mingħajr ma ttieħed inkunsiderazzjoni r-riżultat tas-sena finanzjarja 1997 u li l-krediti ta’ taxxa disponibbli fil-31 ta’ Diċembru 1996 ġew imputati għal dik it-taxxa. |
|
404 |
Bħala konklużjoni, EDF tikkunsidra li l-ammont tad-drittijiet tal-konċedent li jista’ jkun ikklassifikat bħala għajnuna ġdida, jekk wieħed isegwi dan ir-raġunament, jitla’ għal FRF 7655 miljun li għalih għandha tiġi applikata r-rata tat-taxxa fuq il-kumpanniji tal-1996, jiġifieri 36.67 %. Minn dan l-ammont, għandu jitnaqqas l-ammont tas-sovrataxxa tas-somma ta’ FRF 38520 miljun minħabba t-taxxa ta’ 41.67 % minflok 36.67 %, jiġifieri FRF 1926 miljun. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ammont tal-għajnuna jitla’ għal: [7976 x 36.67 %] – (38520 x (41.67 – 36.67)) = FRF 998.80 miljun, jiġifieri EUR 151 miljun. |
|
405 |
Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti. |
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
|
406 |
Insostenn tal-ewwel parti tat-tieni motiv imressaq b’mod sussidjarju, EDF issostni li saru żbalji fil-kalkolu waqt id-determinazzjoni tal-ammont tar-riżervi għat-tiġdid. |
|
407 |
Barra minn hekk, EDF issostni essenzjalment, insostenn tat-tieni parti, li kien b’mod żbaljat li r-rata ta’ taxxa tal-1997 ġiet użata sabiex jiġi kkalkolat il-vantaġġ fiskali li minnu hija bbenefikat u li kien jeħtieġ li tintuża r-rata applikabbli fl-1996, li kienet iktar favorevoli għaliha. |
|
408 |
L-ewwel nett, għandu jitfakkar li l-ittra tat-22 ta’ Diċembru 1997 (ara l-punt 23 iktar ’il fuq), tippreċiża, fir-rigward tad-drittijiet tal-konċedent: “konsolidazzjoni f’injezzjonijiet ta’ kapital tal-valur korrispondenti tal-ass in natura tan-NPĠ mogħtija b’konċessjoni li tammonta għal FRF 14119065335”. |
|
409 |
It-tieni nett, fin-nota tad-9 ta’ April 2002 (Anness D.2 tar-replika), ir-Repubblika Franċiża indikat dan li ġej: “[…] għandha ssir distinzjoni bejn l-ipproċessar mill-ġdid tar-riżervi għat-tiġdid użati li jidhru, skont l-informazzjoni pprovduta mill-EDF, fit-taqsima ‘[D]rittijiet tal-konċedent’ f’ammont ta’ [FRF] 14.119 [biljun] u mhux ta’ [FRF] 18.345 [biljun], minn dak tar-riżervi li għadhom mhux użati f’ammont ta’ [FRF] 38.5 [biljun]. Id-drittijiet tal-konċedent [li jikkorrispondu għar-riżervi għat-tiġdid użati] relatati man-NPĠ jirrappreżentaw dejn mhux dovut [ta’ EDF fil-konfront tal-Istat Franċiż kif kien jidher fil-bilanċ] li l-inkorporazzjoni fil-kapital ħelset mit-taxxa b’mod inġustifikat. […] Peress li n-NPĠ ikkostitwit minn assi proprji, EDF ma kinitx marbuta fir-rigward tal-Istat minn ebda dejn ta’ restituzzjoni ta’ dawn l-assi, b’tali mod li l-ammonti korrispondenti li jidhru fl-entrata ‘[D]rittijiet tal-konċedent’ ma jikkostitwixxux passiv reali, iżda riżerva mhux eżenti mit-taxxa. F’dawn iċ-ċirkustanzi, din ir-riżerva kellha, qabel l-inkorporazzjoni tagħha fil-kapital, tiġi ttrasferita mill-passiv tal-istabbiliment fejn kienet tidher bi żball, lejn kont patrimonjali nett, u b’hekk tinvolvi varjazzjoni pożittiva ta’ attiv nett taxxabbli […] il-vantaġġ f’taxxi li rriżulta b’dan il-mod [jista’] jkun stmat fl-ammont ta’ FRF 5.88 biljun (14.119 × 41.66 %)”. |
|
410 |
Fir-rigward ta’ dawn iċ-ċifri, nota ta’ qiegħ il-paġna fin-nota tad-9 ta’ April 2002 tippreċiża: “Rata normali tat-taxxa fuq il-kumpanniji (31.1/3 %) miżjuda bil-kontribuzzjonijiet addizzjonali fis-seħħ għas-snin finanzjarji magħluqa bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-1 ta’ Jannar 1999”. |
|
411 |
It-tielet nett, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tar-riorganizzazzjoni tal-bilanċ ta’ EDF, l-awtoritajiet Franċiżi segwew l-opinjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kontabbiltà, li stabbilixxa li l-korrezzjonijiet fl-iżbalji kontabbli, li, min-natura tagħhom stess, jirrigwardaw il-kontabilizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet passati “jiġu kkalkolati fir-riżultat tas-sena finanzjarja li fiha huma jiġu kkonstatati” (ara l-Anness I-8 tan-nota ta’ intervent). |
|
412 |
L-ittra tat-22 ta’ Diċembru 1997 (ara l-punt 23 iktar ’il fuq) tippreċiża f’dan ir-rigward li r-“riżervi għat-tiġdid li saru mhux ġustifikati (FRF 38520943408) [dawn ġew irriklassifikati] għar-riport mill-ġdid, skont l-[opinjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kontabbiltà]”. Barra minn hekk, mill-Anness 3 ta’ din l-ittra jirriżulta li din ir-riklassifikazzjoni tar-riżervi mhux użati ġabet varjazzjoni tal-attiv nett li kien suġġett għat-taxxa fuq il-kumpanniji bir-rata ta’ 41.66 % li, l-partijiet jaċċettaw, li kienet ir-rata ta’ taxxa applikabbli fl-1997. |
|
413 |
Konsegwentement, il-Kummissjoni ma tistax tkun ikkritikata li bbażat ruħha fuq l-informazzjoni, b’mod partikolari dwar l-ammont tar-riżervi għat-tiġdid jew dwar ir-rata ta’ taxxa applikabbli, li kienet ipprovduta lilha mir-Repubblika Franċiża matul il-proċedura amministrattiva sabiex tevalwa l-ammont tal-għajnuna inkwisjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-30 ta’ Novembru 2009, France u France Télécom vs Il-Kummissjoni, T‑427/04 u T‑17/05, EU:T:2009:474, punti 302 u 303, ikkonfermata fl-appell permezz tas-sentenza tat-8 ta’ Diċembru 2011, France Télécom vs Il-Kummissjoni, C‑81/10 P, EU:C:2011:811, punti 102 sa 104). |
|
414 |
Għaldaqstant, iż-żewġ partijiet tat-tieni motiv imressaq b’mod sussidjarju għandhom jiġu miċħuda u, konsegwentement, dan jiġi miċħud kollu kemm hu. |
Fuq l-ispejjeż
|
415 |
Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 134(2) tal-istess regoli, jekk ikun hemm iktar minn parti waħda li titlef il-kawża, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar kif għandhom jinqasmu l-ispejjeż. Barra minn hekk, l-Artikolu 138(1) tal-istess regoli jipprovdi li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jagħmlu intervent fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
416 |
F’dan il-każ, peress li EDF u r-Repubblika Franċiża tilfu, hemm lok li huma jiġu kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom flimkien ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif mitlub minn din tal-aħħar. |
|
Għal dawn il-motivi, IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Frimodt Nielsen Kreuschitz Półtorak Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-16 ta’ Jannar 2018. Firem |
Werrej
|
I. Il-fatti li wasslu għall-kawża |
|
|
A. Introduzzjoni3 |
|
|
B. Fuq il-benefiċjarju tal-għajnuna |
|
|
C. Fuq il-ħolqien ta’ riżervi kontabbli għat-tiġdid tan-NPĠ |
|
|
D. Fuq ir-riklassifikazzjoni tar-riżervi kontabbli |
|
|
E. Fuq l-impatt fiskali tar-riklassifikazzjoni tar-riżervi kontabbli |
|
|
F. Fuq id-deċiżjoni ta’ ftuħ |
|
|
G. Fuq id-deċiżjoni inizjali tal-Kummissjoni |
|
|
H. Fuq is-sentenza fil-kawża T-156/04 |
|
|
I. Fuq is-sentenza fil-Kawża C‑124/10 P |
|
|
J. Fuq id-deċiżjoni ta’ estensjoni |
|
|
K. Fuq id-deċiżjoni kkontestata |
|
|
II. Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet |
|
|
III. Id-dritt |
|
|
A. Fuq l-ewwel motiv imressaq b’mod prinċipali |
|
|
1. L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali |
|
|
B. Fuq it-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali |
|
|
1. Tfakkira tad-deċiżjoni kkontestata |
|
|
2. Kunsiderazzjonijiet preliminari |
|
|
3. Fuq l-ewwel parti |
|
|
a) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali |
|
|
4. Fuq it-tieni parti |
|
|
a) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali |
|
|
5. Fuq it-tielet parti |
|
|
a) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali |
|
|
1) Fuq l-allegat żball ta’ liġi |
|
|
2) Fuq l-allegati żbalji ta’ fatt |
|
|
6. Fuq ir-raba’ parti |
|
|
a) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali |
|
|
7. Fuq il-ħames parti |
|
|
a) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali |
|
|
8. Konklużjoni fuq it-tieni motiv imressaq b’mod prinċipali |
|
|
C. Fuq it-tielet motiv imressaq b’mod prinċipali |
|
|
D. Fuq ir-raba’ motiv imressaq b’mod prinċipali |
|
|
1. L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali |
|
|
E. Fuq l-ewwel motiv imressaq b’mod sussidjarju |
|
|
1. Tfakkira tad-deċiżjoni kkontestata |
|
|
2. Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999 |
|
|
a) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali |
|
|
3. Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 659/1999 |
|
|
a) L-argumenti tal-partijiet |
|
|
b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali |
|
|
F. Fuq it-tieni motiv imressaq b’mod sussidjarju |
|
|
1. L-argumenti tal-partijiet |
|
|
2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali |
|
|
Fuq l-ispejjeż |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.