IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.10.2026
COM(2026) 598 final
2026/0343(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-assistenza finanzjarja lill-Ungerija skont ir-Regolament (UE) 2025/1106
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.10.2026
COM(2026) 598 final
2026/0343(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-assistenza finanzjarja lill-Ungerija skont ir-Regolament (UE) 2025/1106
2026/0343 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-assistenza finanzjarja lill-Ungerija skont ir-Regolament (UE) 2025/1106
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Kummissjoni nediet sejħa għal espressjoni ta’ interess biex tirċievi assistenza finanzjarja skont l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa permezz tat-tisħiħ tal-industrija Ewropea tad-difiża (l-“istrument SAFE”), filwaqt li talbet lill-Istati Membri jipprevedu ammont ta’ self massimu u minimu indikattiv. Sad-29 ta’ Awwissu 2025, 19-il Stat Membru kienu esprimew interess li jiksbu assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2025/1106.
(2)Fid-9 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Istati Membri rikjedenti dwar l-allokazzjoni tentattiva tal-ammonti ta’ self għal kull Stat Membru.
(3)Fid-29 ta’ Novembru 2025, l-Ungerija ressqet talba f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2025/1106 għal assistenza finanzjarja (it-“talba”) flimkien ma’ pjan ta’ investiment għall-industrija tad-difiża Ewropea (il-“pjan”).
(4)Fid-19 ta’ Settembru 2026, qabel ma l-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tat-talba u tal-pjan f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2025/1106, l-awtoritajiet Ungeriżi nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirrieżaminaw it-talba tagħhom għal assistenza finanzjarja.
(5)Fil-15 ta’ Ottubru 2026, l-Ungerija ressqet talba ġdida flimkien ma’ pjan rivedut, inkluż tnaqqis tal-ammont mitlub għal EUR 5 405 644 108,40, li l-Kummissjoni vvalutat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2025/1106.
(6)F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2025/1106, il-pjan rivedut kien motivat u sostanzjat kif xieraq u kien jinkludi deskrizzjoni tal-prodotti tad-difiża u tal-prodotti l-oħra għall-finijiet tad-difiża u fejn rilevanti, deskrizzjoni tal-involviment previst tal-Ukrajna fl-attivitajiet, in-nefqiet u l-miżuri ppjanati, jew tal-azzjonijiet previsti għall-benefiċċju tal-Ukrajna.
(7)Il-Kummissjoni sabet li t-talba tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2025/1106 għall-użu tal-istrument SAFE. B’mod partikolari, tiżgura li l-attivitajiet, in-nefqiet u l-miżuri relatati mal-prodotti tad-difiża jew ma’ prodotti oħra għall-finijiet tad-difiża jitwettqu permezz ta’ akkwisti komuni jew ta’ akkwisti uniċi. Dawn għandhom ukoll l-objettiv li jħaffu l-aġġustament tal-industrija tad-difiża għall-bidliet strutturali u/jew itejbu d-disponibbiltà f’waqtha tal-prodotti tad-difiża, u/jew jiżguraw l-interoperabbiltà u l-interkambjabbiltà madwar l-Unjoni.
(8)Il-Kummissjoni sabet ukoll li t-talba fiha deskrizzjoni tal-miżuri ppjanati maħsuba biex jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 16 u mar-regoli tal-akkwist tar-Regolament (UE) 2025/1106, inkluża deskrizzjoni ta’ kif għandha tiġi żgurata dik il-konformità.
(9)B’riżultat ta’ dan, f’konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2025/1106, il-Kummissjoni tinsab f’pożizzjoni li tikkonferma li t-talba hija konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament b’mod partikolari ma’ dawk previsti fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 16.
(10)F’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2025/1106, il-Kummissjoni qieset il-ħtiġijiet eżistenti u mistennija ta’ finanzjament tal-Ungerija kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont dak ir-Regolament diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li tapplika l-prinċipju tat-trattament ugwali, tas-solidarjetà, tal-proporzjonalità u tat-trasparenza.
(11)Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ kwalunkwe proċedura u għall-eżitu tagħha skont ir-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 3 ,
(12)Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli rilevanti adottati skont l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE, Euratom) 2024/2509 4 u (UE, Euratom) 2020/2092 5 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(13)F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2025/1106, jenħtieġ li l-ftehim ta’ self li għandu jiġi konkluż mal-Ungerija jistabbilixxi l-miżuri xierqa kollha meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b’dan ikkonfermat li l-Kummissjoni vvalutat it-talba għal assistenza finanzjarja skont l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-tisħiħ tal-industrija Ewropea tad-difiża mressqa mill-Ungerija fil-15 ta’ Ottubru 2026 u sabet li t-talba tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2025/1106, b’mod partikolari dawk fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 16. L-assistenza finanzjarja għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ungerija kif xieraq.
Artikolu 2
1. L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ungerija self li jammonta għal massimu ta’ EUR 5 405 644 108,40.
2. L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ungerija appoġġ fil-forma ta’ self. Għandu jitqiegħed ammont ta’ EUR 810 846 616,26 għad-dispożizzjoni bħala pagament ta’ prefinanzjament.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President