02010R0909 — MT — 12.10.2010 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 909/2010

tal-11 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont ċerti kwoti tal-GATT

(ĠU L 268 12.10.2010, p. 27)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 928/2010 tal-15 ta’ Ottubru 2010

  L 272

17

16.10.2010




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 909/2010

tal-11 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont ċerti kwoti tal-GATT



Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għall-esportazzjoni ddepożitati skont ir-Regolament (UE) Nru 635/2010 rigward il-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati mis-“16-Tokyo, 16-, 17-, 18-, 20- u l-21-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettati, bir-riżerva tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni indikati fil-kolonna ta’ dan l-Anness.

Artikolu 2

L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għall-esportazzjoni ddepożitati skont ir-Regolament (UE) Nru 635/2010 rigward il-grupp ta’ prodotti u l-kwoti identifikati minn “22- u 25- Tokyo, 22- u 25-Uruguay” fil-kolonna 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettati skont il-kwantitajiet mitluba.

Il-liċenzji ta’ esportazzjoni jistgħu jingħataw għall-kwantitajiet żejda skont l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni kif indikati fil-kolonna 6 tal-Anness, wara l-aċċettazzjoni mill-operatur fiż-żmien ġimgħa li tibda tgħodd mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u suġġett għall-għoti tal-garanzija mitluba.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



L-identifikazzjoni tal-grupp skond in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti

Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota

Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2011

(f’tunnellati)

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 1

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 2

In-numru tan-nota

Grupp

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

▼M1

16

Mhux speċifikament ipprovduta għall-(NSPF)

 

 

 

 

16-Urugwaj

3 446,000

0,1635967

 

17

Blue Mould

17-Urugwaj

350,000

0,0833333

 

▼B

18

Cheddar

18-Uruguay

1 050,000

0,3125000

 

20

Edam/Gouda

20-Uruguay

1 100,000

0,1776486

 

21

Italian type

21-Uruguay

2 025,000

0,0851556

 

22

Swiss or Emmenthaler cheese other than with eye formation

22-Tokio

393,006

 

4,9125750

22-Uruguay

380,000

 

4,7500000

25

Swiss or Emmenthaler cheese with eye formation

25-Tokio

4 003,172

 

4,2262326

25-Uruguay

2 420,000

 

2,5548447